This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31969R0549
Regulation (Euratom, ECSC, EEC) No 549/69 of the Council of 25 March 1969 determining the categories of officials and other servants of the European Communities to whom the provisions of Article 12, the second paragraph of Article 13 and Article 14 of the Protocol on the Privileges and Immunities of the Communities apply
Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1–2
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1969(I) P. 119 - 120
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2010
Official Journal L 074 , 27/03/1969 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0051
Danish special edition: Series I Chapter 1969(I) P. 0108
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0051
English special edition: Series I Chapter 1969(I) P. 0119
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0124
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0145
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0145
Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 28 tiegħu; Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikoli 16 u 22 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; Billi l-privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet mogħtija lill-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet huma mogħtija biss fl-interess tal-Komunitajiet; Billi hu għalhekk importanti li jkun assigurat li uffiċjali u impjegati oħra, minħabba d-doveri u r-responsabbiltajiet tagħhom u s-sitwazzjoni partikolari tagħhom, igawdu minn dawk il-privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet li huma meħtieġa għall-funzjonament xieraq tal-Komunitajiet; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet għandhom japplikaw lill-kategoriji li ġejjin: (a) uffiċjali li jaqaw taħt ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet, bl-eċċezzjoni ta' uffiċjali li qegħdin fuq status mhux attiv, lil liema l-Artikolu 12(a) u, fir-rigward ta' konċessjonijiet imħallsa mill-Komunitajiet, l-Artikolu 12(ċ) biss għandhom japplikaw; (b) staff li jaqa' taħt il-Kondizzjonijiet ta' Impieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet, bl-eċċezzjoni ta': 1. Staff lokali, lil liema l-Artikolu 12(a) biss għandu japplika; 2. staff awżiljari part-time, lil liema l-Artikolu 12(a) u (b) u, fir-rigward ta' remunerazzjoni mħallsa mill-Komunitajiet, l-Artikolu 12(ċ) biss għandhom japplikaw. Artikolu 2 Id-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet għandhom japplikaw għall-kategoriji li ġejjin: (a) persuni li jaqaw taħt ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' Uffiċjali jew il-Kondizzjonijiet ta' Impieg ta' Impjiegati Oħra tal-Komunitajiet, inklużi dawk li jirċievu l-kompensazzjoni prevista fil-każ ta' irtir fl-interessi tas-servizz, bl-eċċezzjoni ta' staff lokali; (b) il-persuni li jirċievu pensjonijiet għad-disabilità, l-irtir jew is-sopravivenza mħallsa mill-Komunitajiet; (ċ) persuni li jirċievu l-kompensazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [2] fil-każ tat-terminazzjoni tas-servizz. Artikolu 3 Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet għandhom japplikaw għall-kategoriji li ġejjin: (a) uffiċjali li jaqaw taħt ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet; (b) staff li jaqa' taħt il-Kondizzjonijiet ta' Impieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet, bl-eċċezzjoni ta' staff lokali. Artikolu 4 Mingħajr preġudizzju għad- disposizzjonijiet ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej dwar membri ta' l-organi tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-privileġġi u l-immunitajiet previsti fl-Artikolu 12, fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u fl-Artikolu 14 tal-Protokoll għandhom japplikaw taħt l-istess kondizzjonijiet u ġo l-istess limiti bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 1, 2 u3 ta' dan ir-Regolament lil: - staff tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment; - persuni li jirċievu pensjonijiet għad-disabilità, l-irtir u s-soppravivenza mħallsin mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment. Artikolu 5 Ir-Regolament Nru 8/63 Euratom, 127/63/KEE [3] hu hawnhekk mħassar. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 25 Marzu 1969. Għall-Kunsill Il-President G. Thorn [1] ĠU C 135, ta' l-14.12.1968, p. 31. [2] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. [3] ĠU C 181, tal-11.12.1963, p. 2880/63. --------------------------------------------------