Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31969L0464

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata

    ĠU L 323, 24.12.1969, p. 1–2 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1969(II) P. 561 - 562

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Imħassar b' 32016R2031

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1969/464/oj

    31969L0464



    Official Journal L 323 , 24/12/1969 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0249
    Danish special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0545
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0249
    English special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0561
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0019
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0170
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0170


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-8 ta’ Diċembru 1969

    dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata

    (69/464/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

    Billi l-produzzjoni tal-patata għandha post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità;

    Billi l-ħsad tal-patata huwa l-ħin kollu mhedded minn organiżmi li jagħmlu ħsara;

    Billi, permezz tal-ħarsien tal-koltivazzjoni tal-patata minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara, mhux biss għandha tinżamm il-kapaċità produttiva iżda wkoll tiżdied il-produttività fil-biedja;

    Billi miżuri ta’ ħarsien li jwaqqfu d-dħul ta’ l-organiżmi ta’ ħsara fi Stati Membri individwali ikollha biss effett limitat jekk dawk l-organiżmi ma jkunux ġew fl-istess ħin ikontrollati simultanjament u b’mod metodiku fil-Komunità u ma jkunux imwaqqfa milli jinfirxu;

    Billi wieħed mill-organiżmi l-aktar ta’ ħsara għall-patata huwa is-Synchytrium endobioticum (Schilb.) Perc., l-aġent patoġeniku tal-cryptogamic tal-marda "Ċesta fil-Patata";

    Billi din il-marda seħħet f’diversi Stati Membri u jeżistu sorsi limitati ta’ infezzjoni fil-Komunità;

    Billi hemm riskju permanenti għall-koltivazzjoni tal-patata fil-Komunità jekk ma jittieħdux miżuri effettivi sabiex din il-marda tiġ kkontrollotata u sabiex din ma tinfirix;

    Billi, sabiex jinqered dan l-organiżmu ta’ ħsara, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet minimi għall-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet aktar ħarxa fejn xieraq;

    Billi l-varjetajiet tal-patata li huma reżistenti għal ċerti tipi ta’ dan l-organiżmu għandhom rwol importanti, billi l-użu tagħhom, l-aktar fiż-żoni ta’ sigurezza madwar l-art ikkontaminata, huwa ta’ importanza kbira; billi għaldaqstant huwa ta’ interess ġenerali li jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien listi ta’ dawn il-varjetajiet;

    Billi sabiex tiġi stabbilita l-presenza ta’ kontaminazzjoni u ta’ reżistenza tal-varjetajiet, jidher li hemm bżonn li jintużaw metodi xierqa li l-Istati Membri m’ għandhomx oġġezzjoni għalihom;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva tittratta l-miżuri minimi li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri sabiex tiġi kkontrollata l-marda tal-ġlata fil-patata u sabiex din il-marda kriptogamika titwaqqaf milli tinfirex.

    Artikolu 2

    1. Meta jiġi rrekordjat każ ta’ Synchytrium endobioticum (Schilb.) Perc., l-aġent patoġeniku tal-marda tal-Ġlata tal-Patata, L-Istati Membri għandhom jimmarkaw il-konfini taż-żona kkontaminata u dawk ta’ zona ta’ sigurezza kbira biżżejjed sabiex tiżgura l-ħarsien taż-żoni ta’ madwarha.

    2. Biċċa art għandha titqies bħala kkontaminata meta jinstabu sintomi tal-marda tal-Ġlata tal-Patata fuq ta’ lanqas pjanta waħda f’dik il-biċċa art.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu li tuberi u zkuk tal-patata li jiġu minn biċċiet ta’ art ikkontaminati għandhom jiġu ttrattati b’mod li l-organiżmu ta’ ħsara jiġi meqrud. Jekk ma jibqax aktar possibli li jiġi stabbilit il-lok minn fejn it-tuberi u z-zkuk ikunu ġew, il-lott sħiħ fejn ikunu instabu t-tuberi jew iz-zkuk għandu jiġi ttrattat.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fuq il-biċċiet ta’ art ikkontaminati:

    (a) ma titkabbar ebda patata;

    (b) l-ebda pjanta maħsuba għat-traspjant ma tista’ titkabbar, tinħażen fl-art jew xort’oħra.

    Artikolu 5

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-patata fiż-żona tas-sigurezza tista’ titkabbar biss jekk hija tal-varjeta li hija reżistenti għar-razzez tas-Synchytrium endobioticum li jinstabu fil-biċċa art ikkontaminata.

    2. Varjeta ta’ patata għandha titqies reżistenti għal razza partikolari ta’ Synchytrium endobioticum meta hija tirrejaġixxi għall-kontaminazzjoni mill-aġent patoġeniku ta’ dik ir-razza b’mod li ma jkunx hemm perikolu ta’ infezzjoni sekondarja.

    Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-miżuri meħuda sabiex tiġi kkontrollata l-marda tal-Ġlata fil-Patata jew sabiex ma titħalliex tinfirex biss jekk is-Synchytrium endobioticum ma jinstabx aktar preżenti.

    Artikolu 7

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu ż-żamma ta’ kulturi ta’ Synchytrium endobioticum.

    Artikolu 8

    L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 3, 4, 5 u 7 għal raġunijiet xjentifiċi, testijiet u xogħol ta’ għażla b’dan illi dawk id-deogi ma jippreġudikawx il-kontroll tal-marda tal-Ġlata fil-Patata u sakemm ma joħolqux riskju li din il-marda tinfirex.

    Artikolu 9

    L-Istati Membri jistgħu jadottaw dawk il-miżuri ulterjuri jew aktar ħarxa kif jista’ jkun hemm il-ħtieġa sabiex il-marda tal-Ġlata fil-Patata tiġi kkontrollata jew ma titħalliex tinfirex;

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena lista tal-varjetajiet kollha tal-patata li huma jaċċettaw fis-swieq tagħhom u li huma jkunu sabu, minn investigazzjoni uffiċjali li hija reżistenti għas-Synchytrium endobioticum. Huma għandhom jiddikjaraw ir-razzez li l-varjetajiet huma reżistenti għalihom.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li lista ta’ varjetajiet reżistenti, bbażata fuq il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri, tiġi ppubblikata kull sena, jekk jista’ jkun qabel l-1 ta’ Frar.

    Artikolu 11

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontaminazzjoni mis-Synchytrium endobioticum u r-reżistenza tal-varjetajiet tal-patata għal dan l-organiżmu jiġu stabbiliti b’metodi xierqa li l-Istati Membri ma joġġezzjonawx għalihom.

    Artikolu 12

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn wara li hija tiġi nnotifikata u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 13

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Diċembru 1969.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.M.A.H. Luns

    [1] ĠU Ċ 28, 17.2.1967, p. 454/67.

    --------------------------------------------------

    Top