EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31968L0414

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi

ĠU L 308, 23.12.1968, p. 14–16 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1968(II) P. 586 - 588

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/08/2006; Imħassar b' 32006L0067

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1968/414/oj

31968L0414



Official Journal L 308 , 23/12/1968 P. 0014 - 0016
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0028
Danish special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0575
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0028
English special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0586
Greek special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0039
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0125
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 1 P. 0125


Direttiva tal-kunsill

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968

li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi

(68/414/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 103 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Billi ż-zejt mhux maħdum u l-prodotti petroliferi impurtati huma ta’ importanza li dejjem tikber sabiex jipprovdu lill-Komunità bi provvisti ta’ enerġija; billi kwalunkwe diffikultà, ukoll temporanja, li jkollha l-effett li jitnaqqsu l-provvisti ta’ dawk il-prodotti mportati minn Stati terzi tista’ tikkawża disturbi serji fl-attività ekonomika tal-Komunità; billi l-Komunità trid għalhekk tkun f’pożizzjoni li tpatti għal jew għall-inqas li tnaqqas kwalunkwe effetti negattivi f’każ bħal dak;

Billi kriżi fil-kisba ta’ provvisti tista’ sseħħ bla mistennija u billi huwa għalhekk essenzjali li jittieħdu minnufih il-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għal skarsezza possibbli;

Billi, għalhekk, huwa meħtieġ li tiżdied is-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi fl-Istati Membri billi jiġu stabbiliti u jinżammu ħażniet minimi ta’ l-aktar prodotti importanti ta’ żejt mhux maħdum;

Billi l-produzzjoni nazzjonali tikkontribwixxi fiha nfisha għas-sigurtà tal-provvista; billi l-kondizzjonijiet tal-prodotti tal-Komunità u s-sigurtà akbar ta’ provvista inerenti f’tali prodotti jiġġustifikaw li tingħata il-possibiltà li lill-Istati Membri li jqiegħdu u l-piż taż-żamma ta’ provvista fuq importazzjonijiet;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jadottaw dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jidhrulhom xierqa sabiex iżommu f’kull żmien, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 u 7, il-ħażniet ta’ prodotti petroliferi f’livell li jikkorrispondi, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti petroliferi elenkati fl-Artikolu 3, għal ta’ l-anqas 65 ġurnata konsum medju intern ta’ kuljum fis-sena kalendarja ta’ qabel.

Dik il-parti tal-konsum intern li tiġi soddisfatta permezz ta’ derivattivi ta’ prodotti petroliferi prodotti lokalment mill-Istat Membru konċernat tista’ tiġi mnaqqsa sa massimu ta’ 15 % ta’ dak il-konsum.

Provvisti mill-bunkers għal bastimenti li jbaħħru m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-konsum intern.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriżi mill-obbligu li jżommu waqfiet rigward ammont li ma jaqbiżx il-kwantità ta’ prodotti li dawk l-impriżi jimmanifatturaw minn żejt mhux maħdum prodott lokalment.

Artikolu 3

Il-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-konsum intern:

- spirtu tal-vetturi u karburant ta’ l-avjazzjoni (spirtu ta’ l-avjazzjoni u karburant tal-ġettijiet tal-tip tal-petrol);

- żejt tal-gass, żejt tad-dijżil, pitrolju u fuel tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju;

- żjut karburanti.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sommarju statistiku li juri l-ħażniet li jeżistu fl-aħħar ta’ kull kwart ta’ sena mħejji skond l-Artikoli 5 u 6 u li jispeċifika n-numru ta’ ġranet ta’ konsum medju fis-sena kalendarja ta’ qabel li dawk il-ħażniet jirrappreżentaw.

Artikolu 5

Fis-sommarju statistiku tal-ħażniet li għalih jipprovdi l-Artikolu 4, prodotti lesti għandhom ikunu inklużi skond it-tunnellaġġ metriku attwali tagħhom; żejt mhux maħdum u prodotti intermedji għandhom ikunu inklużi:

- fuq il-proporzjonijiet tal-kwantitajiet għal kull kategorija ta’ prodotti miksuba matul is-sena kalendarja li tiġi qabel mir-raffineriji ta’ l-Istat konċernat; jew

- fuq bażi tal-programmi ta’ produzzjoni tar-raffineriji ta’ l-Istat konċernat għas-sena kurrenti; jew

- fuq bażi tal-proporzjon bejn il-kwantità totali manifatturata matul is-sena kalendarja li tiġi qabel fl-Istat konċernat ta’ prodotti koperti mill-obbligazzjoni sabiex iżommu ħażniet u l-ammont totali ta’ żejt mhux maħdum użat matul dik is-sena; il-fuq imsemmija għandhom jammontaw għal mhux aktar minn 10 % ta’ l-obbligazzjoni totali għall-ewwel u t-tieni kategoriji petrol u żejt tal-gass) u għal mhux aktar minn 50 % għat-tielet kategorija (żjut tal-karburanti):

Komponenti għat-tħallit, meta ntiżi biex jiġu proċessati fil-prodotti finali elenkati fl-Artikolu 3, jistgħu jiġu sostitwiti bil-prodotti li għalihom huma intiżi.

Artikolu 6

1. Meta jiġi ikkalkulat il-livell minimu ta’ ħażniet li għalih jipprovdi l-Artikolu 1, dawk il-kwantitajiet biss li jkunu kompletament għad-dispożizzjoni ta’ Stat Membru jekk jinqalgħu diffikultajiet fil-kisba ta’ provvisti ta’ żejt għandhom jiġu inklużi fis-sommarju statistiku.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, dawk il-ħażniet iridu jkunu lokati fit-territorju ta’ l-Istat konċernat.

2. Għall-finjijiet ta’ din id-Direttiva, ħażniet jistgħu jiġu stabbiliti, taħt patti ta’ ftehim individwali bejn il-Gvernijiet, fit-territorju ta’ Stat membru f’isem impriżi stabbilti fi Stat Membru iehor.

F’dawk il-każi, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikunu qed jinżammu l-ħażniet ma jistax jopponi għat-trasferiment tagħhom lejn l-Istati Membri l-oħra; huwa għandu sa fejn ikun possibbli iżomm kontroll fuq dawk il-ħażniet iżda m’għandux jinkludihom fis-sommarju statistiku tiegħu. L-Istat Membru li f’ismu l-ħażniet ikunu qed jinżammu jista’ jinkludihom fis-sommarju statistiku tiegħu.

Abbozzi tal-patti ta’ ftehim imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, li tista twassal il-kummenti tagħha lill-Gvernijiet konċernati. L-arranġamenti, ġaladarba konklużi, għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni, li għandha tinforma bihom lill-Istati Membri l-oħrajn.

Il-patti ta’ ftehim iridu jissoddisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- huma għandhom jirrelataw ma’ żejt mhux maħdum u l-prodotti kollha petroliferi koperti minn din id-Direttiva;

- huma jridu jispeċifikaw il-proċeduri għall-ikkontrollar u l-identifikazzjoni tal-ħażniet li għalihom hemm provdut;

- huma iridu bħala regola ġenerali jiġu konklużi għal żmien mhux limitat;

- huma għandhom jiddikjaraw li, fejn issir dispożizzjoni għal terminazzjoni unilaterali, dan ta’ l-aħħar m’għandux jiġi utilizzat f’każ ta’ kriżi ta’ provvista u li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tirċievi informazzjoni minn qabel ta’ kull terminazzjoni.

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dan li ġej jista’ jiġi inkluż fil-ħażniet:

- provvisti fuq tankers taż-żejt fil-port għall-iskop ta’ skarikar, ġaladarba l-formalitajiet tal-port ikunu ġew kompletati;

- provvisti miżmuma f’portijiet ta’ skariku;

- provvisti miżmuma f’tankijiet fid-daħla għal pajpijiet taż-żejt;

- provvisti miżmuma f’tankijiet ta’ raffineriji, ħlief għal dawk il-provvisti f’pajpijiet u f’impjant tar-raffineriji;

- provvisti miżmuma fil-ħażna minn raffineriji u minn ditti li jimpurtaw, jaħżnu jew ibiegħu bl-ingrossa;

- provvisti miżmuma fil-ħażna minn konsumaturi fuq skala kbira, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-obbligazzjoni li jinżammu ħażniet permanenti;

- provvisti miżmuma fi braken u bastimenti kostali li jagħmlu xogħol ta’ trasport bejn fruntieri nazzjonali, sakemm ikun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jżommu kontroll fuq dawk il-provvisti u sakemm il-provvisti jkunu jistgħu isiru disponibbli minnufih;

Konsegwentement dan li ġej għandu, b’mod partikulari, jiġi eskluż mis-sommarju statistiku: Kwantitajiet miżmuma mill-forzi armati u dawk li jkunu qed jinżammu għalihom mill-kumpaniji taż-żejt għandhom ukoll jiġu esklużi mis-sommarju statistiku.

Artikolu 7

Jekk jinqalgħu diffikultajiet rigward il-provvisti ta’ żejt tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ xi wieħed mill-Istati Membri jew fuq inizjattiva tagħha stess, torganizza konsultazzjoni bejn l-Istati Membri.

Ħlief f’każijiet t’urġenza partikulari jew sabiex jintlaħqu ħtiġiet lokali minuri, l-Istati Membri għandhom iżommu lura, qabel il-konsultazzjoni hawn fuq imsemmija, milli jieħdu mill-ħażniet tagħhom sa dak il-limitu li dawn il-ħażniet jispiċċaw jinżlu taħt il-livell minimu obbligatorju.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’kull teħid mill-ħażniet ta’ riserva tagħhom u għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli: - id-data li fiha l-ħażniet waqgħu taħt il-livell minimu obbligatorju;

- ir-raġunijiet għal dak it-teħid;

- il-miżuri, jekk ikun hemm, meħuda sabiex jiġġeddu l-ħażniet;

- apprezzament, jekk inkun possibbli, ta’ l-isvilupp probabbli tas-sitwazzjoni rigward il-ħażniet sakemm jibqgħu taħt il-minimu obbligatorju.

Artikolu 8

It-twaqqif ta’ ħażniet kif meħtieġ minn din id-Direttiva għandu jkun offrut mill-aktar fis possibbli wara n-notifika ta’ l-istess u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1971.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda għal dan il-għan.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-20 ta’ Diċembru 1968.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Lattanzio

[1] ĠU C 20, tas-6.2.1965, p. 330/65.

--------------------------------------------------

Top