Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31959R0005

    Ir-Regolament Nru 5 li jemenda l-lista B ta’ l-Anness IV tat-Trattat

    ĠU 7, 9.2.1959, p. 185–185 (DE, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1959/5/oj

    31959R0005



    Official Journal 007 , 09/02/1959 P. 0185 - 0185
    Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0014
    Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0014


    Regolament Nru 5

    li jemenda l-lista B ta’ l-Anness IV tat-Trattat

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    Wara li kunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikoli 1 u 92, it-tieni paragrafu;

    Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni;

    Wara li kunsidra li r-reatturi nukleari huma kontemplati fil-lista A 2, l-Anness IV tat-Trattat, waqt li l-partijiet u l-komponenti għar-reatturi nukleari huma kontemplati fil-lista B;

    Wara li kunsidra li l-fatt li jiġu attribwiti diversi reġimi doganali għar-reatturi nukleari min naħa waħda, waqt li min-naħa l-oħra jiġu attribwiti oħrajn għall-partijiet u komponenti ta’ reatturi nukleari, iwassal biex ikun hemm ostaklu serju biex jitwettqu l-għanijiet tal-Komunità;

    Wara li kunsidra li differenza bħal din fir-reġim twassal biex tinkoraġġixxi l-importazzjoni fil-Komunità ta’ reatturi nukleari sħaħ, u tkun qed tippreġudika l-bini ta’ partijiet u komponenti ta’ reatturi nukleari min-naħa ta’ l-industrija fil-Komunità;

    Wara li kunsidra, għalhekk, li r-reġim eċċezzjonali li jkun ġej mill-inklużjoni ta’ partijiet u komponenti ta’ reatturi nukleari fuq lista differenti minn dik li jkun fiha r-reatturi nfushom, għandu jiġi mibdul f’reġim li jkun jinkludi l-partijiet u l-komponenti tar-reatturi nukleari fuq l-istess lista li fiha tkun tidher l-informazzjoni dwar għalfejn huma destinati li jmorru;

    Wara li kunsidra li riżultat bħal dan ikun inkiseb wara t-tneħħija tal-kelmiet "partijiet u komponenti għal reatturi nukleari" mil-lista B ta’ l-Anness IV tat-Trattat;

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kelmiet "partijiet u komponenti għal reatturi nukleari", li jidhru fil-lista B ta’ l-Anness IV tat-Trattat, għandhom jitħassru.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara l-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-22 ta’ Diċembru 1958.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Balke

    --------------------------------------------------

    Top