Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023X0417(03)

    Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal- 24 ta’ Marzu 2023 dwar l-Artikolu 13(3a) tal-Qafas ta’ Windsor (Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023.)

    PUB/2023/435

    ĠU L 102, 17.4.2023, p. 90–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/90


    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-UNJONI U TAR-RENJU UNIT FIL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

    tal- 24 ta’ Marzu 2023

    dwar l-Artikolu 13(3a) tal-Qafas ta’ Windsor (1)

    L-Unjoni u r-Renju Unit jirrikonoxxu li biex notifika skont l-Artikolu 13(3a) tal-Qafas ta’ Windsor issir in bona fide f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), jeħtieġ li din issir skont kull waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 tad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit dwar l-involviment tal-istituzzjonijiet tal-Ftehim tal-1998, kif anness mad-Deċiżjoni Nru 1/2023 (3).

    F’każ li l-bord ta’ arbitraġġ ikun iddeċieda, f’konformità mal-Artikolu 175 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li r-Renju Unit naqas milli jikkonforma mal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-rigward ta’ notifika skont l-Artikolu 13(3a) tal-Qafas ta’ Windsor, jenħtieġ li tinkiseb konformità rapida mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni Nru 2/2023 (4).


    (1)  Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023.

    (2)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

    (3)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti relatati mal-Qafas Windsor (ara l-paġna 61 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Rakkomandazzjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 dwar l-Artikolu 13(3a) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (ara l-paġna 86 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    Top