EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0115(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2011 tal- 21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 341, 22.12.2011, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/115(2)/oj

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2010 tad-9 ta’ April 2010 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-2-phenylphenol f’ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 375/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 376/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 983/2009 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa magħmula dwar l-ikel u li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/172/UE tat-22 ta’ Marzu 2010 temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE fir-rigward tal-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/161/UE tas-17 ta’ Marzu 2010 dwar is-sorveljanza ta’ sustanzi perfluworalkilati fl-ikel (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32010 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2010 tad-9 ta’ April 2010 (ĠU L 94, 15.4.2010, p. 1).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 54zze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE):

“—

32010 D 0172: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/172/UE tat-22 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 75, 23.3.2010, p. 33).”

2.

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2010 tad-9 ta’ April 2010 (ĠU L 94, 15.4.2010, p. 1).”

3.

Dan li ġej ikun miżjud fil-punt 54zzzzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2009):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 R 0376: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 376/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 111, 4.5.2010, p. 3).”

4.

Il-punti li ġejjin ikunu miżjuda wara l-punt 54zzzzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2009):

“54zzzzzh.

32010 R 0375: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 375/2010 tat-3 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 111, 4.5.2010, p. 1).

54zzzzzi.

32010 R 0382: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, 6.5.2010, p. 1).

54zzzzzj.

32010 R 0383: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, 6.5.2010, p. 4).

54zzzzzk.

32010 R 0384: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2010 tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, 6.5.2010, p. 6).

54zzzzzl.

32010 D 0169: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE (ĠU L 75, 23.3.2010, p. 25).”

5.

Il-punt li ġej ikun miżjud wara l-punt 66 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/307/UE):

“67.

32010 H 0161: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/161/UE tas-17 ta’ Marzu 2010 dwar is-sorveljanza ta’ sustanzi perfluworalkilati fl-ikel (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 22).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 304/2010, (UE) Nru 375/2010, (UE) Nru 376/2010, (UE) Nru 382/2010, (UE) Nru 383/2010 u (UE) Nru 384/2010, tad-Deċiżjonijiet 2010/169/UE u 2010/172/UE u tar-Rakkomandazzjoni 2010/161/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 5.

(2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32.

(3)  ĠU L 94, 15.4.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 111, 4.5.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 111, 4.5.2010, p. 3.

(6)  ĠU L 113, 6.5.2010, p. 1.

(7)  ĠU L 113, 6.5.2010, p. 4.

(8)  ĠU L 113, 6.5.2010, p. 6.

(9)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 25.

(10)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 33.

(11)  ĠU L 68, 18.3.2010, p. 22.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top