This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22011D0113
Decision of the EEA Joint Committee No 113/2011 of 21 October 2011 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2011 tal- 21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2011 tal- 21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 341, 22.12.2011, p. 74–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 113/2011
tal-21 ta’ Ottubru 2011
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1). |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 li temenda, fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2005/78/KE (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/1/KE tas-7 ta’ Jannar 2009 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (4), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(5) |
Id-Direttiva 2009/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti (5), għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
(6) |
Id-Direttiva 2009/67/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE (6) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim. |
(7) |
Id-Direttiva 2009/78/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE (7) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness II mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-punt 45k (id-Direttiva tal-Kunsill 93/31/KEE) u tal-punt 45o (id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE) jitħassar. |
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 45zn (id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “kif emendat bi:
|
3. |
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 45zl (id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 45zo (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE):
|
4. |
Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2008/74/KE, 2009/1/KE, 2009/67/KE u 2009/78/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 262, 6.10.2011, p. 20.
(2) ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51.
(4) ĠU L 222, 25.8.2009, p. 1.
(6) ĠU L 311, 14.12.1993, p. 1.
(7) ĠU L 188, 29.7.1993, p. 19.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.