Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0742

2009/742/KE: Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill ta’ koperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika t’isfel tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar l-emendament tal-Annessi IV u VI għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, dwar ċerti prodotti agrikoli

ĠU L 265, 9.10.2009, p. 34–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/742/oj

9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/34


DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUNSILL TA’ KOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-AFRIKA T’ISFEL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar l-emendament tal-Annessi IV u VI għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, dwar ċerti prodotti agrikoli

(2009/742/KE)

Il-KUNSILL TA’ KOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-AFRIKA T’ISFEL,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ‘il quddiem, it-“TDCA”), iffirmat fi Pretorja fil-11 ta’ Ottubru 1999, u b’mod partikolari l-Artikolu 106(1) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tifsira ta’ “gross weight” fil-kuntest tal-linji tariffarji inklużi taħt l-intestatura “Fruit, nuts and other edible parts of plants” fl-Anness IV, fil-lista 6, tad-TDCA, għandha tiġi ċċarata.

(2)

Ċerti ismijiet ta’ ġobnijiet taħt l-intestatura “Cheese and curd” fl-Anness IV tad-TDCA, li mhumiex denominazzjonijiet protetti tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2) għandhom jitħassru mil-Lista 8 u mdaħħlin fil-Lista 7 ta’ dak l-Anness.

(3)

L-Afrika t’Isfel għandha tiftaħ ċerti kwoti tar-rata tariffarja kif stabbilit fl-Anness VI, fil-lista 4, tad-TDCA, fir-rigward, inter alia, ta’ “Cheese and curd”.

(4)

Għal tliet kategoriji ta’ ġobnijiet, jiġifieri l-Gouda (li jikkorrispondi għall-Kodiċi Doganali tal-KE 0406 90 78), iċ-Cheddar (li jikkorrispondi għall-Kodiċi Doganali tal-KE 0406 90 21) u l-ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew trab (li jikkorrispondi għall-Kodiċi Doganali tal-KE 0406 30), elenkati fl-Anness VI, fil-lista 4, tad-TDCA, it-tnaqqis attwali ta’ 50 % fil-kwota, tan-Nazzjon l-Aktar Favorit (NAF), applikabbli fuq importazzjoni fl-Afrika t’Isfel ta’ prodotti b’oriġini mill-Komunità għandu jinbidel f’importazzjoni bi kwota mingħajr dazju.

(5)

Il-Komunità m’għandhiex tagħti rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ dawn it-tliet kategoriji ta’ ġobon u m’għandhiex tagħti rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ prodotti oħrajn tal-ġobon aktar mil-livelli applikabbli fis-16 ta’ Lulju 2004, sakemm l-Afrika t’Isfel timplimenta d-dazji doganali fil-kwota fuq l-importazzjoni fl-Afrika t’Isfel ta’ prodotti b’oriġini mill-Komunità. Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, mill-15 ta’ Ġunju 2007 m’humiex jingħataw rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ prodotti tal-ġobon, kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 660/2007 (3),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Anness IV, fil-lista 6, tad-TDCA, fil-linji tariffarji inklużi taħt l-intestatura “Fruit, nuts and other edible parts of plants”, fil-kolonna tal-lemin, mal-abbrevjazzjoni “g.w.” tiżdied din in-nota tal-qiegħ:

“F’dan il-każ partikolari, it-terminu “gross weight” għandu jitqies bħala l-massa totali tal-prodotti nfushom inkluż l-ippakkjar immedjat, iżda eskluż kull ippakkjar ulterjuri.”

Artikolu 2

1.   Fl-Anness IV, fil-lista 7, tad-TDCA, għandha tiddaħħal il-lista li ġejja dwar il-“Cheese and curd”:

CN code 2007

Notes/tariff quota/reductions

“Cheese and curd

 

0406 20 10 (Glarus herb cheese (known as Schabziger)

 

0406 90 13 (Emmentaler)

 

0406 90 15 (Sbrinz, Gruyère)

 

0406 90 17 (Bergkäse, Appenzell)

 

0406 90 18 (Fromage fribourgeois and tête de moine)

 

0406 90 19 (Glarus herb cheese (known as Schabziger)

 

0406 90 23 (Edam)

 

0406 90 25 (Tilsit)

 

0406 90 27 (Butterkäse)

 

0406 90 29 (Kashkaval)

 

0406 90 35 (Kefalo-Tyri)

 

0406 90 37 (Finlandia)

 

0406 90 39 (Jarlsberg)

 

0406 90 73 (Provolone)

 

ex 0406 90 75 (Caciocavallo)

 

ex 0406 90 76 (Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø)

 

ex 0406 90 79 (Italico, Kernhem, Saint-Paulin)

 

ex 0406 90 81

(Lancashire, Cheshire, Wensleydale, Blamey, Colby, Monterey, Double Gloucester)

 

ex 0406 90 82 (Camembert)

 

ex 0406 90 84 (Brie)”.

 

2.   Fl-Anness IV, fil-lista 8, tad-TDCA, il-lista li tirrigwarda l-“Cheese and curd” għandha tinbidel b’din li ġejja:

CN code 2007

Notes/tariff quota/reductions

“0406 40 10 (Roquefort)

 

0406 90 18 (Vacherin Mont d’Or)

 

0406 40 50 (Gorgonzola)

 

0406 90 32 (Feta)

 

0406 90 61 (Grana Padano, Parmigiano Reggiano)

 

ex 0406 90 63 (Fiore Sardo)

 

ex 0406 90 75 (Asiago, Montasio, Ragusano)

 

ex 0406 90 76 (Fontina)

 

ex 0406 90 79 (Esrom, Saint-Nectaire, Taleggio)

 

ex 0406 90 81 (Cantal)

 

0406 90 85 (Kefalograviera, Kasseri)”.

 

Artikolu 3

1.   Fl-Anness VI, fil-lista 4, tad-TDCA, il-lista li tirrigwarda l-“Cheese and curd” għandha tinbidel b’din li ġejja:

HS code 2007

Notes/tariff quota/reductions

“04061010  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 10 20  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 20 10  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 20 90  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 30 00  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 0 %; agf 3 %

0406 40 10  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 40 90  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 90 10  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 90 25  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 90 35  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 90 99  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 50 %; agf 3 %

0406 90 12  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 0 %; agf 3 %

0406 90 22  (*)

Global cheese and curd 5 000  t; 0 %; agf 3 %

2.   Il-Komunità ma għandhiex tapplika rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-Gouda, Cheddar u Ġobon ipproċessat lejn l-Afrika t’Isfel, li huma t-tliet kategoriji ta’ prodotti tal-ġobon li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 0406 90 21, 0406 90 78 u 0406 30.

3.   Mingħajr preġudiżżju għal aġġustamenti ta’ rati tal-kambju, għall-prodotti tal-ġobon li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2, il-Komunità ma għandhiex iżżid il-livelli ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni li japplikaw għal esportazzjoni lejn l-Afrika t’Isfel aktar mil-livelli stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1305/2004 tal-15 ta’ Lulju 2004 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (4).

4.   Tnaqqis ulterjuri f’dazji doganali u rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq prodotti tal-ġobon għandu jkun soġġett għal negozjati skont l-Artikolu 17 tat-TDCA. Fil-każ tat-tnaqqis aċċellerat imsemmi fl-Artikolu 17 tat-TDCA, għandu jkun applikabbli proporzjon ta’ 1 għal 1.3 jiġifieri, it-tnaqqis ta’ EUR 1 fuq id-dazji doganali tal-Afrika t’Isfel għandu jimplika tnaqqis ta’ EUR 1,3 fuq ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-KE.

5.   L-Afrika t’Isfel għandha tirrevoka l-miżuri kontra l-esportazzjoni tal-ġobon mill-KE u tiftaħ il-kwota globali tal-ġobon u l-baqta, prevista skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-firma ta’ din id-deċiżjoni.

6.   L-Afrika t’Isfel għandha tippubblika notifika ta’ informazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-firma ta’ din id-deċiżjoni li tirrevoka l-miżuri kontra l-esportazzjoni tal-ġobon mill-KE lejn l-Afrika t’Isfel u l-ftuħ ta’ kwota globali għall-ġobon u l-baqta flimkien mal-modifiki rilevanti kif deskritti fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Iż-żewġ Partijiet qablu dwar is-sostituzzjoni tas-sistema attwali ta’ ġestjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja tal-ġobon tal-Komunità u tal-Afrika t’Isfel b’sistema bbażata fuq il-prinċipju ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel”, li għandha tiġi implimentata mill-1 ta’ Lulju 2008 ’l quddiem.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-iffirmar ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni

Il-Presidenti

M. NKOANA-MASHABANE

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 311, 4.12.1999, p. 3.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 26).

(*)  The annual growth factor (agf) shall be applied annually as from 2000 to the relevant basic quantities.”

(4)  ĠU L 244, 16.7.2004, p. 27.


Top