This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22005A0705(01)
Agreement between Ukraine and the European Union on the security procedures for the exchange of classified information
Ftehim bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata
Ftehim bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata
ĠU L 172, 5.7.2005, p. 84–86
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 217–219
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2005/481/oj
Ftehim bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata
Official Journal L 172 , 05/07/2005 P. 0084 - 0086
Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0217 - 0219
Ftehim bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata L-UKRAINA, min-naħa l-waħda, u L-UNJONI EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa l-"UE", irrappreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra minn issa 'l quddiem imsejjħa "l-Partijiet", WARA LI KKUNSIDRAW li l-Ukraina u l-UE għandhom l-istess għanijiet li jsaħħu s-sigurtà tagħhom stess b'kull mod u li jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom livell għoli ta' sigurtà f'żona ta' sigurtà; WARA LI KKUNSIDRAW li l-Ukraina u l-UE jaqblu li konsultazzjonijiet u koperazzjoni għandhom jiġu żviluppati bejniethom dwar kwistjonijiet ta' interess komuni relatati mas-sigurtà; WARA LI KKUNSIDRAW li għaldaqstant, f'dan il-kuntest, teżisti ħtieġa permanenti għal skambju ta' informazzjoni klassifikata bejn l-Ukraina u l-UE; WARA LI JAGĦRFU li konsultazzjoni u koperazzjoni sħaħ u effettivi jistgħu jeħtieġu aċċess għal informazzjoni u materjal klassifikat ta' l-Ukraina u ta' l-UE, kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata u materjal relatat bejn l-Ukraina u l-UE; KONXJI LI tali aċċess għal, u skambju ta', tagħrif klassifikat u materjal relatat jeħtieġ miżuri xierqa ta' sigurtà; QABLU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Sabiex jitwettqu l-għanijiet għat-tisħiħ tas-sigurtà ta' kull waħda mill-Partijiet b'kull mod, dan il-Ftehim għandu japplika għal tagħrif jew materjal klassifikat fi kwalunkwe forma kemm provdut kif ukoll skambjat bejn il-Partijiet. Artikolu 2 Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, informazzjoni klassifikata għandha tfisser kwalunkwe informazzjoni (jiġifieri, tagħrif li jista' jiġi komunikat fi kwalunkwe forma) jew materjal determinat bħala wieħed li jkun jeħtieġ li jiġi mħares kontra kxif mhux awtorizzat u li jkun ġie kwalifikat tali minn klassifikazzjoni ta' sigurtà (minn issa 'l quddiem "informazzjoni klassifikata"). Artikolu 3 Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "UE" għandha tfisser il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem "il-Kunsill"), is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa 'l quddiem "il-Kummissjoni Ewropea"). Artikolu 4 Kull Parti għandha: (a) tipproteġi u tħares informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim provduta jew skambjata mill-Parti l-oħra; (b) tiżgura li informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim provduta jew skambjata żżomm il-klassifika ta' sigurtà mogħtija lilha mill-Parti li tipprovdiha. Il-Parti li tirċievi għandha tipproteġi u tħares l-informazzjoni klassifikata skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti ta' sigurtà tagħha stess għal informazzjoni jew materjal ta' klassifika ta' sigurtà ekwivalenti, kif speċifikat fl-arranġamenti tas-sigurtà stabbiliti skond l-Artikolu 11; (ċ) ma tużax tali informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim għal finijiet li ma humiex dawk stabbiliti mill-awtur u dawk li għalihom tingħata jew tiġi skambjata l-informazzjoni; (d) ma tikxifx tali informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim lil partijiet terzi, jew lil kwalunkwe istituzzjoni jew entità ta' l-UE mhux imsemmija fl-Artikolu 3, mingħajr il-kunsens minn qabel ta' l-awtur. Artikolu 5 1. Informazzjoni klassifikata tista' tinkixef jew tiġi rilaxxata, skond il-prinċipju tal-kontroll ta' l-awtur, minn Parti waħda, "il-Parti li tipprovdi", lill-Parti l-oħra, "il-Parti li tirċievi". 2. Għal rilaxx lil riċevituri oħra li mhumiex il-Partijiet ta' dan il-Ftehim, deċiżjoni dwar kxif jew rilaxx ta' informazzjoni klassifikata għandha ssir mill-Parti li tirċievi wara l-kunsens tal-Parti li tipprovdi, skond il-prinċipju tal-kontroll mill-awtur kif imfisser fir-regolamenti ta' sigurtà tagħha. 3. Fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 hawn fuq, ir-rilaxx ta' gruppi ta' kategoriji speċifiċi ta' informazzjoni klassifikata rilevanti għall-ħtiġiet operazzjonali jkun possibbli biss bil-kundizzjoni li jkunu ġew stabbiliti u miftiehma proċeduri bejn il-Partijiet. Artikolu 6 L-Ukraina u l-UE u l-entitajiet ta' din ta' l-aħħar kif imfisser fl-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim għandu jkollhom organizzazzjoni ta' sigurtà, regolamenti ta' sigurtà u programmi ta' sigurtà, ibbażati fuq tali prinċipji bażiċi u standards minimi ta' sigurtà li għandhom jiġu implimentati fis-sistemi ta' sigurtà tal-Partijiet stabbiliti skond l-Artikolu 11, biex jiżguraw li livell ekwivalenti ta' protezzjoni jiġi applikat għal informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim. Artikolu 7 1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li, fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom jeħtieġu aċċess, jew li d-dmirijiet jew funzjonijiet tagħhom jistgħu jagħtuhom aċċess, għal informazzjoni klassifikata provduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim, jkunu ngħataw l-approvazzjoni tas-sigurtà kif xieraq qabel ma jingħataw aċċess għal tali informazzjoni. 2. Il-proċeduri għall-approvazzjoni tas-sigurtà għandhom jiġu ppjanati biex jiddeterminaw jekk individwu jistax ikollu aċċess għal informazzjoni klassifikata meta jitqiesu l-ħtiġiet, inklużi dawk sabiex ikunu affermati l-lealtà u l-affidabbiltà tiegħu u kemm wieħed jista' joqgħod fuqu, li jinsabu f'regolamenti u linji ta' gwida stabbiliti minn kull waħda mill-Partijiet. Artikolu 8 Il-Partijiet għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka rigward sigurtà ta' informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim u kwistjonijiet ta' interess komuni ta' sigurtà. Konsultazzjonijiet u spezzjonijiet reċiproċi ta' sigurtà għandhom jitmexxew mill-awtoritajiet kif imfissra fl-Artikolu 11 biex tiġi stmata l-effikaċja ta' l-arranġamenti tas-sigurtà fil-qasam tar-responsabbiltà rispettiva tagħhom skond l-Artikolu 11. Artikolu 9 1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim (a) Fir-rigward ta' l-UE: il-korrispondenza kollha għandha tiġi mibgħuta lill-Kunsill fl-indirizz li ġej: Council of the European Union Chief Registry Officer Rue de la Loi/Wetstraat, 175 B-1048 Brussel. Il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat mill-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea suġġett għall-paragrafu 2. (b) Fir-rigward ta' l-Ukraina, il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat lill-Kap ta' l-Uffiċċju Ċentrali tar-Reġistru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Ukraina, fl-indirizz li ġej: Ministry of Foreign Affairs of Ukraine Chief of the Central Registry of the EU Documentation Office Mykhailivska square, 1 01018 Kiev Ukraine. 2. B'mod eċċezzjonali, korrispondenza minn Parti waħda li hi aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi ta' dik il-Parti tista', għal raġunijiet operazzjonali, tiġi indirizzata u tkun aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi tal-Parti l-oħra nnominati b’mod speċifiku bħala riċevituri, b’kunsiderazzjoni tal-kompetenzi tagħhom u skond il-prinċipju li jistabbilixxi l-ħtieġa li jkunu jafu. Tali korrispondenza għandha tkun immarkata kif xieraq. Sa fejn għandha x'taqsam l-Unjoni Ewropea, din il-korrispondenza għandha tiġi mgħoddija permezz ta' l-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill. Sa fejn għandha x'taqsam l-Ukraina, din il-korrispondenza għanha tiġi mgħoddija permezz ta' l-Kap ta' l-Uffiċju Ċentrali tar-Reġistru tad-Dokumentazzjoni ta' l-UE tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Ukraina. Artikolu 10 Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Ukraina u s-Segretarji-Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Artikolu 11 1. Sabiex jiġi mplimentat dan il-Ftehim, arranġamenti ta' sigurtà għandhom jiġu stabbiliti bejn it-tliet awtoritajiet nominati fil-paragrafi 2 u 4 sabiex jistabbilixxu l-istandards ta' protezzjoni ta' sigurtà reċiproka għal informazzjoni klassifikata suġġett għal dan il-Ftehim. 2. Is-Servizz tas-Sigurtà ta' l-Ukraina, li jaġixxi f'isem l-Ukraina u taħt l-awtorità tagħha, għandu jkun responsabbli għall-iżvilupp ta' arranġamenti ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għall-protezzjoni u l-ħarsien ta' informazzjoni klassifikata pprovduta lill-Ukraina taħt dan il-Ftehim. 3. L-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, taħt it-tmexxija u f’isem is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li jaġixxi f’isem il-Kunsill u taħt l-awtorità tiegħu, għandu jkun responsabbli biex jiżviluppa arranġamenti ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għall-protezzjoni u l-ħarsien ta' informazzjoni klassifikata provduta lill-UE taħt dan il-Ftehim. 4. Id-Direttorat għas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxi f’isem il-Kummissjoni Ewropea u taħt l-awtorità tagħha, għandu jkun responsabbli biex jiżviluppa arranġamenti ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata provduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea u fil-bini tagħha. 5. Għall-UE, dawn l-istandards għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill. Artikolu 12 L-awtoritajiet definiti fl-Artikolu 11 għandhom jistabbilixxu proċeduri li jridu jiġu segwiti fil-każ ta' periklu ċert jew suspettat għal informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim. Artikolu 13 Qabel ma tingħata informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim bejn il-Partijiet, l-awtoritajiet tas-sigurtà responsabbli definiti fl-Artikolu 11 iridu jaqblu li l-Parti li tirċievi hi kapaċi tipproteġi u tħares l-informazzjoni suġġetta għal dan il-Ftehim b'mod konsistenti ma' l-arranġamenti stabbiliti skond l-Artikolu 11. Artikolu 14 Dan il-Ftehim ma għandu bl-ebda mod iżomm lill-Partijiet milli jikkonkludu ftehim oħra li għandhom x'jaqsmu mal-provvista jew l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata suġġetta għal dan il-Ftehim sakemm dan ma jkunx f'konflitt mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Artikolu 15 Id-differenzi kollha bejn l-UE u l-Ukraina li jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ttrattati permezz ta' negozjati bejn il-Partijiet. Artikolu 16 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-kompletar tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan. 2. Dan il-Ftehim jista' jiġi rivedut biex jiġu kkunsidrati emendi possibbli fuq talba ta' kwalunkwe Parti. 3. Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim għandha ssir biss bil-miktub u bi ftehim bejn il-Partijiet. Għandha tidħol fis-seħħ meta ssir notifika reċiproka kif previst taħt il-paragrafu 1. Artikolu 17 Dan il-Ftehim jista' jiġi ddenunzjat minn Parti waħda b'notifika miktuba ta' denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha tibda sseħħ sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tkun irċeviet in-notifika, iżda ma għandhiex taffettwa obbligi diġà kkuntrattati taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. B'mod partikolari, kull informazzjoni klassifikata provduta jew skambjata skond dan il-Ftehim għandha tibqa' tiġi mħares skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fih. B'XIEHDA TA' DAN, l'hawn taħt iffirmati, awtorizzati rispettivament kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi Brussel, 13 ta' Ġunju 2005 f'żewġ kopji t-tnejn bl-Ingliż. Għall-Ukraina +++++ TIFF +++++ Għall-Unjoni Ewropea +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------