Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008M050

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU VI: DISPOŻIZZJONIJIET FINALI - Artikolu 50

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2008/art_50/oj

    12008M050

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU VI: DISPOŻIZZJONIJIET FINALI - Artikolu 50

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0043 - 0044


    Artikolu 50

    1. Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu, li joħroġ mill-Unjoni.

    2. L-Istat Membru li jiddeċiedi li joħroġ għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu. Fid-dawl tal-linji gwida provduti mill-Kunsill Ewropew, l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu, filwaqt li jittieħed kont tal-qafas tar-relazzjonijiet futuri tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea. Dan il-ftehim għandu jkun innegozjat skond l-Artikolu 218(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jiġi konkluż f'isem l-Unjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    3. It-Trattati għandhom jieqfu milli japplikaw għall-Istat in kwistjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika prevista fil-paragrafu 2, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim ma' l-Istat Membru in kwistjoni, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

    4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun qiegħed joħroġ m'għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kunsill Ewropew jew f'deċiżjonijiet li jkunu jikkonċernawh.

    Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3)(b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    5. Jekk l-Istat li jkun ħareġ mill-Unjoni jitlob li jaderixxi mill-ġdid, it-talba tiegħu għandha tkun suġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikolu 49.

    --------------------------------------------------

    Top