EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008M024

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Kapitolu 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Taqsima 1: Dispożizzjonijiet komuni - Artikolu 24 (ex Artikolu 11 TUE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2008/art_24/oj

12008M024

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Kapitolu 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Taqsima 1: Dispożizzjonijiet komuni - Artikolu 24 (ex Artikolu 11 TUE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0030 - 0031


Artikolu 24

(ex Artikolu 11 TUE)

1. Il-kompetenza ta' l-Unjoni f'materji ta' politika estera u ta' sigurtà komuni għandha tkopri l-oqsma kollha tal-politika estera u l-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà ta' l-Unjoni, inkluż it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni, li tista' twassal għal difiża komuni.

Il-politika estera u ta' sigurtà komuni hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-adozzjoni ta' atti leġislattivi għandha tkun eskluża. Il-politika estera u ta' sigurtà komuni għandha titwettaq mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Istati Membri, skond it-Trattati. Ir-rwoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f'dan il-qasam huma definiti mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhiex ikollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief għall-kompetenza tagħha li tissorvelja l-konformità ma' l-Artikolu 40 ta' dan it-Trattat u sabiex tikkontrolla l-legalità ta' ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 275 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna tagħha, l-Unjoni għandha tmexxi, tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni bbażata fuq l-iżvilupp ta' solidarjetà politika reċiproka bejn l-Istati Membri, fuq l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' interess ġenerali u t-twettiq ta' konverġenza dejjem akbar ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom isostnu l-politika esterna u ta' sigurtà ta' l-Unjoni attivament u mingħajr riserva fi spirtu ta' lealtà u solidarjetà reċiproka u għandhom jirrispettaw l-azzjoni ta' l-Unjoni f'dan il-qasam.

L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex jtejbu u jiżviluppaw is-solidarjetà politika reċiproka tagħhom. Għandhom joqgħodu lura minn kull azzjoni li tkun kontra l-interessi ta' l-Unjoni jew li x'aktarx tagħmel ħsara għall-effettività tagħha bħala forza b'koeżjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali.

Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jassiguraw li dawn il-prinċipji jkunu rispettati.

--------------------------------------------------

Top