This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12008M016
Consolidated version of the Treaty on European Union - TITLE III: PROVISIONS ON THE INSTITUTIONS - Article 16
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 16
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 16
ĠU C 115, 9.5.2008, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 16
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0024 - 0024
Artikolu 16 1. Il-Kunsill, flimkien mal-Parlament Ewropew, għandu jeżerċita funzjonijiet leġislattivi u baġitarji. Huwa għandu jeżerċita funzjonijiet ta' tfassil ta' politika u ta' koordinazzjoni skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. 2. Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentant ta' kull Stat Membru fil-livell ministerjali, li jista' jimpenja lill-gvern ta' l-Istat Membru li hu jirrapreżenta u jivvota għalih. 3. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b'maġġoranza kwalifikata, ħlief fejn it-Trattati jipprovdi mod ieħor. 4. Mill- 1 ta' Novembru 2014, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala li hija daqs mill-inqas 55 % tal-membri tal-Kunsill, li tinkludi mill-inqas ħmistax fosthom u li tirrappreżenta Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni. Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas erba' membri tal-Kunsill, u fin-nuqqas ta' dan għandu jitqies li ntlaħqet il-maġġoranza kwalifikata. L-arranġamenti l-oħra li jirregolaw il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. 5. Id-dispożizzjonijiet transitorji dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata li għandhom japplikaw sal- 31 ta' Ottubru 2014, kif ukoll dawk li ser ikunu applikabbli bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017, għandhom ikunu stabbiliti mill-protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji. 6. Il-Kunsill jiltaqa' f'formazzjonijiet differenti, li l-lista tagħhom għandha tkun adottata skond l-Artikolu 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali għandu jara li jkun hemm konsistenza fil-ħidma tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill. Huwa għandu jħejji u jassigura s-segwitu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni. Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin għandu jelabora l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni skond il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, u jassigura li l-azzjoni ta' l-Unjoni tkun konsistenti. 7. Kumitat ta' Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandu jkun responsabbli sabiex iħejji l-ħidma tal-Kunsill. 8. Il-Kunsill għandu jiltaqa' fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta' att leġislattiv. Għal dan l-għan, kull laqgħa tal-Kunsill għandha tkun maqsuma f'żewġ partijiet, li jittrattaw rispettivament id-deliberazzjonijiet dwar l-atti legislattivi ta' l-Unjoni u l-attivitajiet mhux leġislattivi ta' l-Unjoni. 9. Il-Presidenza tal-formazzjonijiet tal-Kunsill, minbarra dik ta' l-Affarijiet Barranin, għandha tinżamm mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill skond sistema ta' rotazzjoni ndaqs, fil-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. --------------------------------------------------