Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 12008M007

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu 7 (ex Artikolu 7 TUE)

    ĠU C 115, 9.5.2008, str. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Pravni status dokumenta V veljavi

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2008/art_7/oj

    12008M007

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu 7 (ex Artikolu 7 TUE)

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0019 - 0020


    Artikolu 7

    (ex Artikolu 7 TUE)

    1. Fuq proposta motivata minn terz ta' l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b' maġġoranza ta' erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista' jikkonstata li hemm riskju ċar ta' ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma' l-Istat Membru in kwistjoni u jista' jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.

    Il-Kunsill għandu jivverifka regolarment jekk il-motivi li għalihom tkun saret il-kostatazzjoni għadhomx validi.

    2. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta ta' terz ta' l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista jikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal- valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu.

    3. Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċidi li jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta' l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista' jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta' persuni ġuridiċi u fiżiċi.

    L-obbligi ta' l-Istat Membru inkwistjoni kif joħorġu mit-Trattati jibqgħu jorbtu fuq dak l-Istat.

    4. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista', sussegwentement, ibiddel jew iħassar il-miżuri li jkunu ttieħdu taħt il-paragrafu 3 minħabba tibdil fis-sitwazzjoni li tkun wasslet sabiex dawn ikunu ttieħdu.

    5. L-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta' dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill, huma stabbiliti fl-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

    --------------------------------------------------

    Na vrh