Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E325

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU II: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI - Kapitolu 6: Il-ġlieda kontra l-frodi - Artikolu 325 (ex Artikolu 280 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 188–189 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_325/oj

12008E325

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU II: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI - Kapitolu 6: Il-ġlieda kontra l-frodi - Artikolu 325 (ex Artikolu 280 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0188 - 0189


Artikolu 325

(ex Artikolu 280 TKE)

1. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkumbattu l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni permezz ta' miżuri, li jittieħdu skond dan l-Artikolu u li jservu ta' deterrent kif ukoll li jkunu tali li joffru protezzjoni effettiva fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni bħal ma jieħdu sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tagħhom stess.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom li tkun immirata sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni kontra l-frodi. Għal dan l-għan huma għandhom jorganizzaw, flimkien mal-Kummissjoni, koperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti.

4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, wara li jikkonsultaw l-Qorti ta' l-Awdituri, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa fl-oqsma ta' prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni bl-għan li joffru protezzjoni effettiva u ekwivalenti fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni.

5. Il-Kummissjoni, b’koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha kull sena tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-miżuri meħuda għall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu.

--------------------------------------------------

Top