Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E223

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 1: Il-Parlament Ewropew - Artikolu 223 (ex Artikolu 190(4) sa (5), TKE)

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 149–149 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_223/oj

    12008E223

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 1: Il-Parlament Ewropew - Artikolu 223 (ex Artikolu 190(4) sa (5), TKE)

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0149 - 0149


    Artikolu 223

    (ex Artikolu 190(4) sa (5), TKE)

    1. Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex il-membri tiegħu jiġu eletti b'vot dirett universali skond il-poċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skond il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha.

    Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

    2. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta' regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill għandu jifformula r-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eserċizzju tal-funzjonijiet tad-doveri tal-Membri tiegħu. Ir-regoli u l-kondizzzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tassazzjoni tal-Membri jew tal-Membri ta' qabel ikunu jeħtieġu l-unanimità fil-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top