Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E222

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - TITOLU VII: KLAWŻOLA TA' SOLIDARJETÀ - Artikolu 222

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 148–148 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_222/oj

12008E222

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - TITOLU VII: KLAWŻOLA TA' SOLIDARJETÀ - Artikolu 222

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0148 - 0148


Artikolu 222

1. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta' solidarjetà jekk xi Stat Membru jkun suġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem. L-Unjoni għandha tuża l-istrumenti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi r-riżorsi militari magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sabiex:

a) - tipprevjeni t-theddida tat-terroriżmu fit-territorju ta' l-Istati Membri,

- tipproteġi l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili minn kwalunkwe attakk terroristiku,

- tipprovdi assistenza lil xi Stat Membru fit-territorju tiegħu fuq talba ta' l- awtoritajiet politiċi tiegħu f'każ ta' attakk terroristiku;

b) tipprovdi assistenza lil Stat Membru fit-territorju tiegħu, fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu, f'każ ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem.

2. Jekk Stat Membru jkun suġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem, l-Istati Membri l-oħra għandhom jgħinuh fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom fil-Kunsill.

3. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni ta' din il-klawżola ta' solidarjetà għandhom ikunu definiti permezz ta' deċiżjoni adottata mill-Kunsill, fuq proposta konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Meta din id-deċiżjoni jkollha implikazzjonijiet ta' difiża l-Kunsill għandu jaġixxi skond l-Artikolu 31(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat.

Fil-kuntest ta' dan il-paragrafu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240, il-Kunsill għandu jiġi assistit mill-Kumitat tal-Politika u tas-Sigurtà bl-appoġġ ta' l-istrutturi żviluppati fil-kuntest tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, u mill-Kumitat previst fl-Artikolu 71, biż-żewġ kumitati jippreżentaw opinjonijiet konġunti fejn ikun il-każ.

4. Il-Kunsill Ewropew għandu jivvaluta regolarment it-theddid kontra l-Unjoni sabiex l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva.

--------------------------------------------------

Top