EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E175

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XVIII: KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI - Artikolu 175 (ex Artikolu 159 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 127–127 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_175/oj

12008E175

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XVIII: KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI - Artikolu 175 (ex Artikolu 159 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0127 - 0127


Artikolu 175

(ex Artikolu 159 TKE)

L-Istati Membri għandhom imexxu l-linji politiċi ekonomiċi tagħhom u jikkordinawhom b’tali mod li, jinkisbu wkoll l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 174. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull politika u azzjoni ta' l-Unjoni u l-implimentazzjoni tas-suq intern għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 174 u jwasslu għat-twettiq tagħhom. L-Unjoni għandha wkoll tappoġġa t-twettiq ta' dawn l-għanijiet imsemmija, bl-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali (il-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida; il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew), il-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-bqija ta' l-istrumenti finanzjarji eżistenti.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, kull tliet snin, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, dwar il-progress li jkun sar sabiex tintlaħaq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u dwar il-mod ta' kif il-mezzi varji msemmija f’dan l-Artikolu ikunu wasslu għal dan l-għan. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun hekk meħtieġ, jinkludi l-proposti xierqa.

Jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra ta' l-Unjoni, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

--------------------------------------------------

Top