Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006L0025-20190726

    Consolidated text: Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fitt-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/25/2019-07-26

    02006L0025 — MT — 26.07.2019 — 004.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DIRETTIVA 2006/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-5 ta' April 2006

    dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fitt-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

    (ĠU L 114 27.4.2006, p. 38)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

      L 165

    21

    27.6.2007

     M2

    REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

      L 311

    1

    21.11.2008

    ►M3

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/64/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013

      L 353

    8

    28.12.2013

    ►M4

    REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

      L 198

    241

    25.7.2019




    ▼B

    DIRETTIVA 2006/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-5 ta' April 2006

    dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fitt-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)



    SEZZJONI I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Għan u kamp ta' applikazzjoni

    1.  Din id-Direttiva, li hija d-19-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom li jirriżultaw jew li x'aktarx jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali matul xogħolhom.

    2.  Din id-Direttiva tirreferi għar-riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema dovut għall-effetti dannużi kkawżati lill-għajnejn u lill-ġilda mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali.

    3.  Id-Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika fl-intier tagħha għaż-żona kollha msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti u/jew aktar speċifiċi kontenuti f'din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)  radjazzjoni ottika: kwalunkwe radjazzjoni elettromanjetika fil-medda ta' wavelength bejn 100 nm u 1 mm. L-ispettru ta' radjazzjoni ottika huwa maqsum f'radjazzjoni ultravjola, radjazzjoni viżibbli u radjazzjoni infra-ħamra:

    (i)  radjazzjoni ultravjola: radjazzjoni ottika fil-medda ta' wavelength bejn 100 nm u 400 nm. Ir-reġjun ultravjola huwa maqsum f'UVA (315-400 nm), UVB (280-315 nm) u UVC (100-280 nm);

    (ii) radjazzjoni viżibbli: radjazzjoni ottika fil-medda ta' wavelength bejn 380 nm u 780 nm;

    (iii) radjazzjoni infra-ħamra: radjazzjoni ottika fil-medda ta' wavelengthbejn 780 nm u 1 mm. Ir-reġjun infra-aħmar huwa maqsum f'IRA (780-1 400  nm), IRB ((1 400 -3 000  nm) u IRC ((3 000  nm-1 mm);

    (b)  laser: (amplifikazzjoni tad-dawl bl-emissjoni stimulata ta' radjazzjoni): kwalunkwe apparat li jista' jintuża sabiex jipproduċi jew jamplifika radjazzjoni elettromanjetika fil-medda ta' wavelength tar-radjazzjoni ottika prinċipalment permezz tal-proċess ta' emissjoni stimulata kontrollata;

    (ċ) radjazzjoni laser: radjazzjoni ottika minn laser;

    (d) radjazzjoni non-koerenti: kwalunkwe radjazzjoni ottika li mhijiex radjazzjoni laser;

    (e)  valuri ta' limiti ta' espożizzjoni: limiti fuq espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika li huma bbażati direttament fuq effetti stabbiliti fuq is-saħħa u konsiderazzjonijiet bioloġiċi. Il-konformità ma' dawn il-limiti tiżgura li ħaddiema esposti għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika jkunu protetti kontra l-effetti kollha dannużi magħrufa kollha fuq is-saħħa;

    (f) irradjanza (E) jew densità ta' potenza: il-qawwa ta' radjazzjoni inċidenti għal kull unità ta' area fuq superfiċje espressa f'watts kull metru kwadru (W m-2);

    (g) espożizzjoni radjanti (H): l-integral tal-ħin ta' l-irradjanza, espress f'joules għal kull metru kwadru (J m-2);

    (h) radjanza (L): il-fluss radjanti jew il-potenza għal kull unità ta' angolu solidu kull unità ta' area, espress f'watts kull metru kwadru kull steradjant (W m-2 sr-1);

    (i) livell: il-kombinazzjoni ta' irradjanza, espożizzjoni radjanti u radjanza li għaliha jkun espost ħaddiem.

    Artikolu 3

    Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni

    1.  Il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni għal radjazzjoni non-koerenti, ħlief għal dik emessa minn fonti naturali ta' radjazzjoni ottika, huma kif stabbiliti fl-Anness I.

    2.  Il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni għal radjazzjoni laser huma kif stabbiliti fl-Anness II.



    SEZZJONI II

    OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

    Artikolu 4

    Identifikazzjoni ta' l-espożizzjoni u stima tar-riskji

    1.  Fit-twettiq ta' l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem, fil-każ ta' ħaddiema esposti għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika, għandu jistma u, jekk ikun meħtieġ, ikejjel u/jew jikkalkula l-livelli ta' radjazzjoni ottika li għaliha x'aktarx jiġu esposti l-ħaddiema sabiex jistgħu jiġu identifikati u applikati l-miżuri meħtieġa għar-restrizzjoni ta' l-espożizzjoni għal-limiti applikabbli. Il-metodoliġija applikata fl-istima, fil-kejl u/jew fil-kalkoli għandha tirrispetta l-istandards tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (International Electrotechnical Commission) (IEC) fir-rigward tar-radjazzjoni laser u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali fuq id-Dwal (International Commission on Illumination) (CIE) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (European Committee for Standardization) (CEN) fir-rigward tar-radjazzjoni non-koerenti. F'sitwazzjonijiet ta' espożizzjoni li mhumiex koperti minn dawn l-istandards u rakkomandazzjonijiet, u sa meta jsiru disponibbli standards u rakkomandazzjonijiet adegwati ta' l-Unjoni Ewropea, l-istima, il-kejl u/jew il-kalkoli għandhom jitwettqu bl-użu tal-linji gwida xjentifikament fondati nazzjonali jew internazzjonali li huma disponibbli. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet ta' espożizzjoni, l-istima tista' tieħu kont ta' data provduta mill-manifatturi tat-tagħmir meta din taqa' taħt Direttivi Komunitarji pertinenti.

    2.  L-istima, it-tkejjil u/jew l-kalkolar imsemmi f' paragrafu 1 għandu jiġi pjanat u mwettaq minn servizzi jew persuni kompetenti f' intervalli xierqa, b' kont meħud partikolarment tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar is-servizzi jew persuni kompetenti meħtieġa u l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Id-data miksuba mill-istima, inkluża dik miksuba mit-tkejjil jew kalkolar tal-livell ta' espożizzjoni imsemmi f' paragrafu 1 għandha tkun merfugħa f' forma adattata sabiex tippermetti l-konsultazzjoni fi stadju ulterjuri.

    3.  Skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jagħti attenzjoni partikolari, meta jwettaq l-istima tar-riskju, lil dan li ġej:

    (a) il-livell, medda ta' wavelength u t-tul ta' espożizzjoni għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika;

    (b) il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva;

    (ċ) kwalunkwe effett li jikkonċerna s-saħħa u s-sigurtà ta' ħaddiema li jappartjenu għal gruppi partikolarment sensittivi għar-riskju;

    (d) interazzjonijiet bejn radjazzjoni ottika u sustanzi kimiċi fotosensibilizzanti fuq il-post tax-xogħol; kwalunkwe effett possibbli fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jirriżulta minn

    (e) kwalunkwe effett indirett bħal telf temporanju tal-vista, splużjoni jew nar;

    (f) l-eżistenza ta' tagħmir alternattiv proġettat sabiex jitnaqqsu l-livelli ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali;

    (g) sa fejn hu possibbli, informazzjoni adegwata miksuba matul sorveljanza tas-saħħa, inkluża informazzjoni pubblikata;

    (h) fonti multipli ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali;

    (i) klassifikazzjoni applikata għal laser kif definit skond l-istandard pertinenti ta' l-IEC u, fir-rigward ta' kwalunkwe fonti artifiċjali li jista' jikkawża ħsara simili għal dik ta' laser tal-klassi 3B jew 4, kwalunkwe klassifikazzjoni simili;

    (j) informazzjoni provduta mill-manifatturi ta' fonti ta' radjazzjoni ottika u ta' tagħmir ta' xogħol assoċjat skond id-Direttivi Komunitarji pertinenti.

    4.  Min iħaddem għandu jippossjedi stima tar-riskju skond l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 89/391/KEE u għandu jidentifika liema miżuri għandhom jittieħdu skond l-Artikoli 5 u 6 ta' din id-Direttiva. L-istima tar-riskju għandha tiġi reġistrata fuq mezz adattat, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali; hija tista' tinkludi ġustifikazzjoni minn min iħaddem li n-natura u l-entità tar-riskji konnessi mar-radjazzjoni ottika ma jirrikjedux stima dettaljata ulterjuri tar-riskju. L-istima tar-riskju għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari, partikolarment jekk ikun hemm bidliet sinifikanti li jistgħu jrenduha skaduta, jew fejn ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa juru li dan ikun meħtieġ.

    Artikolu 5

    Dispożizzjonijiet intiżi sabiex jevitaw jew inaqqsu r-riskji

    1.  B'kont meħud tal-progress tekniku u d-disponibbiltà ta' miżuri li jikkontrollaw ir-riskju f'ras il-għajn, ir-riskji li jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali għandhom jiġu eliminati jew imnaqqsa għal minimu.

    It-tnaqqis tar-riskji li jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ġenerali ta' prevenzjoni stabbiliti fid-Direttiva 89/391/KEE.

    2.  Fejn l-istima tar-riskju mwettqa skond l-Artikolu 4(1) għal ħaddiema esposti għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika tindika kwalunkwe possibilita li l-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jistgħu jinqabżu, min iħaddem għandu jfassal u jimplimenta pjan ta' azzjoni li jinkludi miżuri tekniċi u/jew organizzattivi maħsuba biex jipprevjenu l-espożizzjoni li teċċedi l-valuri ta' limitu, li jieħdu kont b'mod partikolari ta':

    (a) metodi oħra ta' xogħol li jnaqqsu r-riskju mir-radjazzjoni ottika;

    (b) l-għażla ta' tagħmir b'inqas emissjoni ta' radjazzjoni ottika, b'kont meħud tax-xogħol li jrid isir;

    (ċ) miżuri tekniċi sabiex titnaqqas l-emissjoni ta' radjazzjoni ottika li jinkludu, fejn jinħtieġ, l-użu ta' interlocks, ilqugħ protettiv jew mekkaniżmi simili ta' protezzjoni tas-saħħa;

    (d) programmi adegwati ta' manutenzjoni għat-tagħmir tax-xogħol, għal postijiet tax-xogħol u sistemi ta' stazzjonijiet tax-xogħol;

    (e) il-proġettazzjoni u l-arranġament tal-postijiet u stazzjonijiet tax-xogħol;

    (f) il-limitazzjoni tad-dewmien u l-livell ta' l-espożizzjoni;

    (g) id-disponibbiltà ta' tagħmir adegwat ta' protezzjoni personali;

    (h) l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-tagħmir fejn dan huwa kopert minn Direttivi Komunitarji pertinenti.

    3.  Abbażi ta' l-istima tar-riskju mwettqa skond l-Artikolu 4, il-postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għal livelli ta' radjazzjoni ottika minn fonti artifiċjali li jaqbżu l-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni għandhom ikunu indikati b'sinjali xierqa skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-9 Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) ( 1 ). Iż-żoni in kwistjoni għandhom jiġu identifikati, u l-aċċess għalihom limitat fejn dan ikun teknikament possibbli u fejn ikun hemm riskju li l-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jistgħu jinqabżu.

    4.  Fi kwalunkwe każ, il-ħaddiema m'għandhomx ikunu esposti iktar 'il fuq mill-valuri ta' limitu ta' espożizzjoni. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda minn min iħaddem sabiex jikkonforma ma' din id-Direttiva fir-rigward ta' fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika, il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jinqabżu, min iħaddem għandu jieħu azzjoni minnufih sabiex inaqqas l-espożizzjoni għal taħt il-valuri tal-limiti. Min iħaddem għandu jidentifika r-raġunijiet li għalihom il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jkunu nqabżu u għandu jadatta skond kif meħtieġ il-miżuri ta' protezzjoni u prevenzjoni sabiex jevita li dawn jerġgħu jinqabżu.

    5.  Bis-saħħa ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jadatta l-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu għall-ħtiġijiet ta' ħaddiema li jappartjenu għal gruppi partikolarment sensittivi għar-riskju.

    Artikolu 6

    Informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jiżgura li ħaddiema li huma esposti għal riskji minn radjazzjoni ottika artifiċjali fuq ix-xogħol u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jirċievu kwalunkwe informazzjoni u taħriġ meħtieġ konness mar-riżultat ta' l-istima tar-riskju previst fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, li jikkonċernaw b'mod partikolari:

    (a) il-miżuri meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva;

    (b) il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni u r-riskji potenzjali assoċjati;

    (c) ir-riżultati ta' l-istima, tal-kejl u/jew tal-kalkoli tal-livelli ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali mwettqa skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva flimkien ma' spjegazzjoni tas-sinifikat tagħhom u r-riskji potenzjali;

    (d) kif jiġu individwati effetti dannużi għas-saħħa ta' espożizzjoni u kif jiġu rapportati;

    (e) iċ-ċirkostanzi li fihom ħaddiema ikollhom id-dritt ta' sorveljanza tas-saħħa;

    (f) prattiki tax-xogħol mingħajr periklu sabiex jiġu minimizzati r-riskji mill-espożizzjoni;

    (g) l-użu korrett ta' tagħmir adegwat ta' protezzjoni personali.

    Artikolu 7

    Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

    Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-materji koperti minn din id-Direttiva.



    SEZZJONI III

    DISPOŻIZZJONIJIET VARJI

    Artikolu 8

    Sorveljanza tas-saħħa

    1.  Bil-għan tal-prevenzjoni u l-individwazzjoni fil-ħin ta' kwalunkwe effett ħażin, kif ukoll il-prevenzjoni ta' riskji fuq is-saħħa fuq perijodu fit-tul u kwalunkwe riskju ta' mard kroniku, li jiġu mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jassiguraw is-sorveljanza adegwata tas-saħħa tal-ħaddiema skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE.

    2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li s-sorveljanza tas-saħħa titwettaq minn tabib, professjonist tas-saħħa okkupazzjonali jew awtorita medika responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa skond il-liġi u l-prattika nazzjonali.

    3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti sabiex jiżguraw li, għal kull ħaddiem sottopost għal sorveljanza skond il-paragrafu 1, issir u tinżamm aġġornata dokumentazzjoni medika individwali. Id-dokumentazzjoni medika għandha tikkontjeni sommarju tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa mwettqa. Hija għandha tinżamm f'forma adatta sabiex tippermetti l-konsultazzjoni aktar tard, b'kont meħud ta' kull konfidenzjalità meħtieġa. Għandhom jiġu provduti kopji tad-dokumentazzjoni adegwata lill-awtorità kompetenti jekk jiġu mitluba, b'kont meħud ta' kull konfidenzjalità meħtieġa. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri adegwati sabiex jassigura li t-tabib, il-professjonist tas-saħħa okkupazzjonali jew l-awtorita medika responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa, kif determinata mill-Istati Membri kid xieraq, ikollhom aċċess għar-riżultati ta' l-istima tar-riskji kif imsemmija fl-Artikolu 4 fejn tali riżultati jistgħu jkunu relevanti għas-sorveljanza tas-saħħa. Il-ħaddiema individwali għandhom, fuq talba tagħhom, ikollhom aċċess għad-dokumentazzjoni medika personali tagħhom stess.

    4.  Fi kwalunkwe każ, fejn tiġi individwata espożizzjoni 'il fuq mil-limiti ta' valur, eżami mediku għandu jsir disponibbli lill-ħaddiema konċernati skond il-liġi u l-prattika nazzjonali. Dan l-eżami mediku għandu jitwettaq ukoll fejn, bħala riżultat ta' sorveljanza tas-saħħa, ħaddiem jinstab li jkollu marda identifikabbli jew ibati minn effett dannuż għas-saħħa li tabib jew professjonist fil-mediċina okkupazzjonali jattribwixxi għall-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali fuq ix-xogħol. Fiż-żewġ każijiet, fejn jinqabżu l-valuri ta' limitu, jew jiġu individwati effetti ħżiena (inkluż mard) għas-saħħa:

    (a) il-ħaddiem għandu jiġi infurmat mit-tabib jew minn persuna adegwatament kwalifikata oħra bir-riżultat li jirrigwarda lilu personalment. Huwa għandu, b'mod partikolari, jirċievi informazzjoni u pariri rigward kull sorveljanza tas-saħħa li għaliha għandu jissottometti ruħu wara t-tmiem ta' l-espożizzjoni;

    (b) min iħaddem għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe fatt sinifikattiv li jinstab bis-sorveljanza tas-saħħa, b'kont meħud ta' kull konfidenzjalità medika meħtieġa;

    (ċ) min iħaddem għandu:

     jirrivedi l-istima tar-riskju mwettqa skond l-Artikolu 4,

     jirrivedi l-miżuri previsti sabiex jiġu eliminati jew jitnaqqsu r-riskji skond l-Artikolu 5,

     jieħu kont tal-pariri tal-professjonist fil-mediċina okkupazzjonali jew ta' persuna adegwatament kwalifikata oħra jew ta' l-awtorità kompetenti fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju skond l-Artikolu 5, u

     jirranġa li titkompla s-sorveljanza tas-saħħa u jipprovdi għal reviżjoni ta' l-istat ta' saħħa ta' kwalunkwe ħaddiem ieħor li jkun ġie espost bl-istess mod. F'każijiet bħal dawn, it-tabib kompetenti jew il-professjonist tas-saħħa okkupazzjonali jew l-awtorità kompetenti jistgħu jipproponu li l-persuni esposti jiġu sottoposti għal eżami mediku.

    Artikolu 9

    Penali

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali adegwati li jkunu applikabbli fil-każ ta' ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    ▼M4

    Artikolu 10

    Emenda tal-Annessi

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal- armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol jew tal-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istandards Ewropej armonizzati u s-sejbiet xjentifiċi ġodda dwar l-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għar-radjazzjoni ottika. Dawk l-emendi ma għandhomx jirriżultaw f’modifika tal-valuri limiti indikattivi stabbiliti fl-Annessi.

    Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 10b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

    ▼M4

    Artikolu 10a

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

    3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

    4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 2 ).

    5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 10b

    Proċedura ta’ urġenza

    1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

    2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    ▼M4 —————

    ▼B



    SEZZJONI IV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    ▼M1 —————

    ▼B

    Artikolu 13

    Gwida prattika

    Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva il-Kummissjoni għandha tfassal gwida prattika tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 5 u ta' l-Annessi I u II.

    Artikolu 14

    Traspożizzjoni

    1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa Mejju tas-27 ta' April 2010. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jikkontjenu riferiment għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferiment fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isir tali riferiment għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw jew li jkunu diġà adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    ▼M3

    Artikolu 14a

    1.  Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, Franza tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2017, tidderoga mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ din id-Direttiva fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Majott”) sakemm tali applikazzjoni tirrikjedi faċilitajiet tekniċi speċifiċi li ma jkunux disponibbli fil-Majott.

    L-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva, jew għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirriflettu l-prinċipji ġenerali stipulati fid-Direttiva 89/391/KEE.

    2.  Kull deroga minn din id-Direttiva li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 2014 jew mill-adozzjoni ta’ miżuri ġodda għandha tkun preċeduta minn konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali skont id-dritt u l-prattika nazzjonali. Dawn id-derogi għandhom ikunu applikati b'kundizzjonijiet li, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari prevalenti fil-Majott, jiggarantixxu li r-riskji li jirriżultaw għall-ħaddiema għandhom jitnaqqsu għall-minimu possibbli u li l-ħaddiema kkonċernati jibbenefikaw minn sorveljanza msaħħa tas-saħħa.

    3.  Il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, u għandha tiġi rtirata hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma għadhomx jeżistu.

    ▼B

    Artikolu 15

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 16

    Indirizzati

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    Radjazzjoni Ottika Non-Koerenti

    Il-valuri tal-limiti bijo-fiżikament pertinenti ta’ espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika jistgħu jiġu determinati bil-formoli ta’ hawn taħt. Il-formoli li għandhom jintużaw jiddependu mill-medda ta’ radjazzjoni emessa mill-fonti u r-riżultati għandhom jitqabblu mal-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni korrispondenti indikati fit-Tabella 1.1. Aktar minn valur wieħed ta’ espożizzjoni u limitu ta’ espożizzjoni korrispondenti jistgħu jkunu pertinenti għal xi fonti partikolari ta’ radjazzjoni ottika.

    Is-sekwenza (a) sa (o) tirreferu għas-sekwenza korrispondenti fit-Tabella 1.1.



    (a)

    image

    (Heff hija pertinenti biss fil-medda 180 sa 400 nm)

    (b)

    image

    (HUVA hija pertinenti biss fil-medda 315 sa 400 nm)

    (ċ), (d)

    image

    (LB hija pertinenti biss fil-medda 300 sa 700 nm)

    (e), (f)

    image

    (EB hija pertinenti biss fil-medda 300 sa 700 nm)

    (g) sa (l)

    image

    (Ara t-Tabella 1.1 għall-valuri adatti ta’ λ1 u λ2)

    (m), (n)

    image

    (EIR hija pertinenti biss fil-medda 780 sa 3 000  nm)

    (o)

    image

    (Hskin hija pertinenti biss fil-medda 380 sa 3 000  nm)

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-formoli ta’ hawn fuq jistgħu jiġu sostitwiti bl-espressjonijiet li ġejjin u bl-użu ta’ valuri diskreti kif stabbilit fit-tabelli li ġejjin:



    (a)

    image

    u

    image

    (b)

    image

    u

    image

    (ċ), (d)

    image

     

    (e), (f)

    image

     

    (g) sa (l)

    image

    (Ara t-Tabella 1.1 għall-valuri adatti ta’ λ1 u λ2)

    (m), (n)

    image

     

    (o)

    image

    u

    image

    Noti:

    Eλ (λ, t), Eλ

    irradjanza spettrali jew densità ta’ potenza spettrali: il-potenza radjanti inċidenti kull unità ta’ area, espressa f’watts kull metru kwadru kull nanometru [W m-2 nm-1]; il-valuri ta’ Eλ (λ, t) u Eλ huma riżultat ta' kejl jew jistgħu jiġu provduti mill-manifattur tat-tagħmir;

    Eeff

    irradjanza effettiva (medda UV): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelength ta’ UV ta’ 180 sa 400 nm peżati spettralment b’S (λ), espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

    H

    espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin ta’ l-irradjanza, espressa f’joules kull metru kwadru [J m-2];

    Heff

    espożizzjoni radjanti effettiva: l-espożizzjoni radjanti peżata b’S (λ), espressa f’joules kull metru kwadru (J m-2);

    EUVA

    irradjanza totali (UVA): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelength ta’ UVA ta’ 315 sa 400 nm, espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

    HUVA

    espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin u tal-wavelength jew is-somma ta’ l-irradjanza fil-medda ta’ wavelengths bejn 315 u 400 nm ta’ l-UVA, espressa f’joules kull metru kwadru [J m-2];

    S (λ)

    attur tal-piż spettrali, jieħu kont tad-dipendenza fuq il-wavelength ta’ l-effetti fuq is-saħħa tar-radjazzjoni UV fuq l-għajnejn u l-ġilda, (Tabella 1.2) [mingħajr dimensjoni];

    t, Δt

    ħin, tul ta’ ħin ta’ l-espożizzjoni, espress f’sekondi [s];

    λ

    wavelength, espress f’nanometri [nm];

    Δλ

    medda ta’ frekwenzi, espressa f’nanometri [nm], ta’ l-intervalli tal-kalkolu jew tal-kejl

    Lλ (λ),Lλ

    radjanza spettrali tal-fonti esspressa f’watts kull metru kwadru kull steradjant kull nanometru [W m-2 sr-1 nm-1];

    R (λ)

    fattur ta’ piż spettrali, jieħu kont tad-dipendenza fuq il-wavelength tal-leżjoni termika kawżata lill-għajn minn radjazzjoni viżibbli u IRA (Tabella 1.3) [mingħajr dimensjoni];

    LR

    radjanza effettiva (leżjoni termika): radjanza kalkulata b’fattur ta’ piż spettrali ta’ R (λ) espressa f’watts kull metru kwadru kull steradjant [W m-2 sr-1];

    B (λ)

    fattur ta’ piż spettral jieħu kont tad-dipendenza fuq il-wavelength tal-leżjoni fotokimika kawżata lill-għajn minn radjazzjoni b’dawl blu (Tabella 1.3) [mingħajr dimensjoni];

    LB

    radjanza effettiva(dawl blu): radjanza kalkulata b’fattur ta’ piż spettrali ta’ B (λ), espressa f’watts kull metru kwadru kull steradjant [W m-2 sr-1];

    EB

    irradjanza effettiva(dawl blu): irradjanza kalkulata b’fattur ta’ piż spettrali ta’ B (λ) espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

    EIR

    irradjanza totali(leżjoni termika): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelengths ta’ l-infra-aħmar bejn 780 nm u 3 000  nm espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

    Eskin

    irradjanza totali (viżibbli, IRA u IRB): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelengths viżibbli u ta’ l-infra-aħmar bejn 380 nm u 3 000  nm, espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

    Hskin

    espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin u tal-wavelength jew is-somma ta’ l-irradjanza fil-medda ta’ wavelengths viżibbli u ta’ l-infra-aħmar bejn 380 u 3 000  nm, espressa f’joules kull metru kwadru [J m-2];

    α

    angolu apparenti: l-angolu kopert minn fonti apparenti, kif jidher f’punt fl-ispazju, espress f’ milliradjani (mrad). Il-fonti apparenti huwa l-oġġett reali jew virtwali li jifforma l-iċken xbiha possibbli fuq ir-retina.



    Tabella 1.1

    Valuri ta' limiti ta’ espożizzjoni għal radjazzjoni ottika non-koerenti

    Indiċi

    Wavelength nm

    Valur ta' limitu ta’ espożizzjoni:

    Unitajiet

    Kumment

    Parti tal-ġisem

    Riskju

    a.

    180-400

    (UVA, UVB u UVC)

    Heff = 30

    Valur kull jum 8 sigħat

    [J m-2]

     



    għajn -

    kornea

    konġunktiva

    lenti

    ġilda

    fotokeratite

    konġunktivite

    katarrettoġenesi

    eritema elastosi

    kanċer tal-ġilda

    b.

    315-400

    (UVA)

    HUVA = 104

    Valur kull jum 8 sigħat

    [J m-2]

     

    għajn - lenti

    katarrettoġenesi

    c.

    300-700

    (Dawl blu) ara nota 1

    image

    għal t> ≤ 10 000 s

    LB :[W m-2 sr-1]

    t: [sekondi]

    għal α ≥ 11 mrad

    għajn - retina

    fotoretinite

    d.

    300-700

    (Dawl blu)

    ara nota 1

    LB = 100

    għal t> 10 000 s

    [W m-2 sr-1]

    e.

    300-700

    (Blue light)

    ara nota 1

    image

    għal t> ≤ 10 000 s

    EB: [W m-2]

    t: [sekondi]

    għal α < 11 mrad

    ara nota2

    f.

    300-700

    (Blue light)

    ara nota1

    EB = 0,01

    t >10 000 s

    [W m-2]

    g.

    380-1 400

    (Viżibbli u IRA)

    image

    għal t> 10 s

    [W m-2 sr-1]

    Cα = 1,7 għal

    α ≤ 1,7 mrad

    Cα = α għal

    1,7 ≤ α ≤ 100 mrad

    Cα = 100 għal

    α > 100 mrad

    λ1= 380; λ2= 1 400

    għajn - retina

    ħruq tar-retina

    h.

    380-1 400

    (Viżibbli u IRA)

    image

    għal 10 μs ≤ t ≤ 10 s

    LR:[W m-2 sr-1]

    t: [seKondi]

    i.

    380-1 400

    (Viżibbli u IRA)

    image

    għal t <10 μs

    [W m-2 sr-1]

    j.

    780-1 400

    (IRA)

    image

    għal t> 10 s

    [W m-2 sr-1]

    Cα = 11 għal

    α ≤ 11 mrad

    Cα = α għal

    11≤ α ≤ 100 mrad

    Cα = 100 għal

    α > 100 mrad

    (kamp ta’ vista tal-kejl: 11 mrad)

    λ1= 780; λ2= 1 400

    għajn - retina

    ħruq tar-retina

    k.

    780-1 400

    (IRA)

    image

    għal 10 μs ≤ t ≤ 10 s

    LR: [W m-2 sr-1]

    t: [sekondi]

    l.

    780-1 400

    (IRA)

    image

    għal t < 10 μs

    [W m-2 sr-1]

    m.

    780-3 000

    (IRA and IRB)

    EIR = 18 000  t-0,75

    għal t ≤ 1 000 s

    E: [W m-2]

    t: [sekondi]

     



    għajn -

    kornea

    lens

    corneal burn

    ħruq tal-korneakatarrettoġenesi

    n.

    780-3 000

    (IRA u IRB)

    EIR = 100

    għal t> 1 000 s

    [W m-2]

    o.

    380-3 000

    (Viżibbli, IRA u IRB)

    u IRB)

    Hskin = 20 000  t0,25

    għal t < 10 s

    H: [J m-2]

    t: [sekondi]

     

    ġilda

    ħruq

    Nota 1: Il-medda ta’ 300 sa 700 nm tkopri partijiet ta’ l-UVB, l-UVA kollha u l-biċċa kbira tar-radjazzjoni viżibbli; madankollu, il-periklu assoċjat huwa normalment imsejjaħ riskju minn “dawl blu”. Fis-sens strett, id-dawl blu jkopri biss il-medda ta’ madwar 400 sa 490 nm.

    Nota 2: Għall-fissazzjoni kostanti fuq fonti żgħar ħafna b’angolu apparenti < 11 mrad, LB jista’ jiġi kkonvertit għal EB. Dan normalment japplika biss għal strumenti oftalmiċi jew għal għajn stabilizzata waqt anestesija. Il-“ħin ta' fissazzjoni”massimu jinstab hekk: tmax = 100/EB fejn EB huwa espress bħala W m-2. Minħabba l-movimenti ta’ l-għajn waqt kompiti viżivi normali, dan ma jeċċedix il-100 s.



    Tabella 1.2

    S (λ) [mingħajr dimensjoni], 180 nm sa 400 nm

    λ f’nm

    S (λ)

    λ f’nm

    S (λ)

    λ f’nm

    S (λ)

    λ f’nm

    S (λ)

    λ f’nm

    S (λ)

    180

    0,0120

    228

    0,1737

    276

    0,9434

    324

    0,000520

    372

    0,000086

    181

    0,0126

    229

    0,1819

    277

    0,9272

    325

    0,000500

    373

    0,000083

    182

    0,0132

    230

    0,1900

    278

    0,9112

    326

    0,000479

    374

    0,000080

    183

    0,0138

    231

    0,1995

    279

    0,8954

    327

    0,000459

    375

    0,000077

    184

    0,0144

    232

    0,2089

    280

    0,8800

    328

    0,000440

    376

    0,000074

    185

    0,0151

    233

    0,2188

    281

    0,8568

    329

    0,000425

    377

    0,000072

    186

    0,0158

    234

    0,2292

    282

    0,8342

    330

    0,000410

    378

    0,000069

    187

    0,0166

    235

    0,2400

    283

    0,8122

    331

    0,000396

    379

    0,000066

    188

    0,0173

    236

    0,2510

    284

    0,7908

    332

    0,000383

    380

    0,000064

    189

    0,0181

    237

    0,2624

    285

    0,7700

    333

    0,000370

    381

    0,000062

    190

    0,0190

    238

    0,2744

    286

    0,7420

    334

    0,000355

    382

    0,000059

    191

    0,0199

    239

    0,2869

    287

    0,7151

    335

    0,000340

    383

    0,000057

    192

    0,0208

    240

    0,3000

    288

    0,6891

    336

    0,000327

    384

    0,000055

    193

    0,0218

    241

    0,3111

    289

    0,6641

    337

    0,000315

    385

    0,000053

    194

    0,0228

    242

    0,3227

    290

    0,6400

    338

    0,000303

    386

    0,000051

    195

    0,0239

    243

    0,3347

    291

    0,6186

    339

    0,000291

    387

    0,000049

    196

    0,0250

    244

    0,3471

    292

    0,5980

    340

    0,000280

    388

    0,000047

    197

    0,0262

    245

    0,3600

    293

    0,5780

    341

    0,000271

    389

    0,000046

    198

    0,0274

    246

    0,3730

    294

    0,5587

    342

    0,000263

    390

    0,000044

    199

    0,0287

    247

    0,3865

    295

    0,5400

    343

    0,000255

    391

    0,000042

    200

    0,0300

    248

    0,4005

    296

    0,4984

    344

    0,000248

    392

    0,000041

    201

    0,0334

    249

    0,4150

    297

    0,4600

    345

    0,000240

    393

    0,000039

    202

    0,0371

    250

    0,4300

    298

    0,3989

    346

    0,000231

    394

    0,000037

    203

    0,0412

    251

    0,4465

    299

    0,3459

    347

    0,000223

    395

    0,000036

    204

    0,0459

    252

    0,4637

    300

    0,3000

    348

    0,000215

    396

    0,000035

    205

    0,0510

    253

    0,4815

    301

    0,2210

    349

    0,000207

    397

    0,000033

    206

    0,0551

    254

    0,5000

    302

    0,1629

    350

    0,000200

    398

    0,000032

    207

    0,0595

    255

    0,5200

    303

    0,1200

    351

    0,000191

    399

    0,000031

    208

    0,0643

    256

    0,5437

    304

    0,0849

    352

    0,000183

    400

    0,000030

    209

    0,0694

    257

    0,5685

    305

    0,0600

    353

    0,000175

     

     

    210

    0,0750

    258

    0,5945

    306

    0,0454

    354

    0,000167

     

     

    211

    0,0786

    259

    0,6216

    307

    0,0344

    355

    0,000160

     

     

    212

    0,0824

    260

    0,6500

    308

    0,0260

    356

    0,000153

     

     

    213

    0,0864

    261

    0,6792

    309

    0,0197

    357

    0,000147

     

     

    214

    0,0906

    262

    0,7098

    310

    0,0150

    358

    0,000141

     

     

    215

    0,0950

    263

    0,7417

    311

    0,0111

    359

    0,000136

     

     

    216

    0,0995

    264

    0,7751

    312

    0,0081

    360

    0,000130

     

     

    217

    0,1043

    265

    0,8100

    313

    0,0060

    361

    0,000126

     

     

    218

    0,1093

    266

    0,8449

    314

    0,0042

    362

    0,000122

     

     

    219

    0,1145

    267

    0,8812

    315

    0,0030

    363

    0,000118

     

     

    220

    0,1200

    268

    0,9192

    316

    0,0024

    364

    0,000114

     

     

    221

    0,1257

    269

    0,9587

    317

    0,0020

    365

    0,000110

     

     

    222

    0,1316

    270

    1,0000

    318

    0,0016

    366

    0,000106

     

     

    223

    0,1378

    271

    0,9919

    319

    0,0012

    367

    0,000103

     

     

    224

    0,1444

    272

    0,9838

    320

    0,0010

    368

    0,000099

     

     

    225

    0,1500

    273

    0,9758

    321

    0,000819

    369

    0,000096

     

     

    226

    0,1583

    274

    0,9679

    322

    0,000670

    370

    0,000093

     

     

    227

    0,1658

    275

    0,9600

    323

    0,000540

    371

    0,000090

     

     



    Tabella 1.3

    B (λ), R (λ) [mingħajr dimensjoni], 380 nm sa 1 400  nm

    λ f’nm

    B (λ)

    R (λ)

    300 ≤ λ < 380

    0,01

    380

    0,01

    0,1

    385

    0,013

    0,13

    390

    0,025

    0,25

    395

    0,05

    0,5

    400

    0,1

    1

    405

    0,2

    2

    410

    0,4

    4

    415

    0,8

    8

    420

    0,9

    9

    425

    0,95

    9,5

    430

    0,98

    9,8

    435

    1

    10

    440

    1

    10

    445

    0,97

    9,7

    450

    0,94

    9,4

    455

    0,9

    9

    460

    0,8

    8

    465

    0,7

    7

    470

    0,62

    6,2

    475

    0,55

    5,5

    480

    0,45

    4,5

    485

    0,32

    3,2

    490

    0,22

    2,2

    495

    0,16

    1,6

    500

    0,1

    1

    500 < λ ≤ 600

    100,02 ·(450-λ)

    1

    600 < λ ≤ 700

    0,001

    1

    700 < λ ≤ 1 050

    100,002 ·(700-λ)

    1 050 < λ ≤ 1 150

    0,2

    1 150 < λ ≤ 1 200

    0,2 · 100,02 ·(1 150 -λ)

    1 200 < λ ≤ 1 400

    0,02




    ANNESS II

    Radjazzjoni Ottika Laser

    Il-valuri bijo-fiżikament pertinenti ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika jistgħu jiġu determinati bil-formoli ta' hawn taħt. Il-formoli li għandhom jintużaw jiddependu mill-wavelength u d-dewmien ta' radjazzjoni emessa mill-fonti u r-riżultati għandhom jitqabblu mal-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni korrispondenti indikati fit-Tabelli 2.2 – 2.4. Aktar minn valur ta' espożizzjoni wieħed u limitu ta' espożizzjoni korrispondenti jistgħu jkunu pertinenti għal xi fonti partikolari ta' radjazzjoni ottika laser.

    Il-koeffiċjenti użati bħala għodda ta' kalkolu fit-Tabelli 2.2 – 2.4 huma elenkati fit-Tabella 2.5 u l-korrezzjonijiet għal espożizzjoni ripetittiva huma elenkati fit-Tabella 2.6.

    image

    image

    Noti:

    dP

    potenza espressa f'watts [W];

    dA

    superfiċje espressa f'metri kwadri [m2];

    E (t), E

    irradjanza jew densità ta' potenza: il-potenza radjanti inċidenti kull unità ta' area, ġeneralment espressa f'watts kull metru kwadru [W m-2]. Il-valuri ta' E(t), E huma riżultat ta' kejl jew jistgħu jiġu provduti mill-manifattur tat-tagħmir;

    H

    espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin ta' l-irradjanza, espressa f'joules kull metru kwadru [J m-2];

    t)

    ħin, tul ta' ħin ta' l-espożizzjoni, espress f'sekondi [s];

    λ

    wavelength, espress f'nanometri [nm];

    γ

    l-angolu massimu tal-kon tal-kamp ta' vista tal-kejl espress f'milliradjani [mrad];

    γm

    kamp ta' vista tal-kejl espress f'milliradjani [mrad];

    α

    angolu apparenti ta' fonti espress f'milliradjani [mrad];

    limitu ta' apertura: iċ-ċirku li fuqu tiġi kalkolata l-medja ta' l-irradjanza u ta' l-espożizzjoni radjanti;

    G

    radjanza integrata: l-integral tar-radjanza fuq ammont ta' ħin ta' espożizzjoni espress bħala enerġija radjanti kull unità ta' area ta' superfiċje radjanti kull unità ta' angolu solidu ta' emissjoni, f'joules kull metru kwadru kull steradjan [J m-2 sr-1].

    Tabella 2.1

    Riskji ta' radjazzjoni



    Wavelength [nm]

    λ

    Medda ta' radjazzjoni

    Organu effettwat

    Riskju

    Tabella tal-valur ta' limitu ta' espożizzjoni

    180 sa 400

    UV

    għajn

    ħsara fotokimika u ħsara termika

    2.2, 2.3

    180 sa 400

    UV

    ġilda

    eritema

    2.4

    400 sa 700

    viżibbli

    għajn

    ħsara fir-retina

    2.2

    400 sa 600

    viżibbli

    għajn

    ħsara fotokimika

    2.3

    400 sa 700

    viżibbli

    ġilda

    ħsara termika

    2.4

    700 sa 1 400

    IRA

    għajn

    ħsara termika

    2.2,2.3

    700 sa 1 400

    IRA

    ġilda

    ħsara termika

    2.4

    1 400 sa 2 600

    IRB

    għajn

    ħsara termika

    2.2

    2 600 sa 106

    IRC

    għajn

    ħsara termika

    2.2

    1 400 sa 106

    IRB, IRC

    għajn

    ħsara termika

    2.3

    1 400 sa 106

    IRB, IRC

    ġilda

    ħsara termika

    2.4

    Tabella 2.2

    Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni ta' l-għajn għal-laser – Espożizzjoni qasira ta' dewmien < 10 s

    image

    Tabella 2.3

    Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni ta' l-għajn għal-laser – Espożizzjoni fit-tul ta' dewmien ≥ 10 s

    image

    Tabella 2.4

    Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni tal-ġilda għal-laser

    image

    Tabella 2.5

    Fatturi ta' korrezzjoni applikati u parametri oħra ta' kalkolu



    Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

    Medda spettrali valida (nm)

    Valur

    CA

    λ < 700

    CA = 1,0

    700 – 1 050

    CA = 10 0,002 (λ - 700)

    1 050 – 1 400

    CA = 5,0

    CB

    400 – 450

    CB = 1,0

    450 – 700

    CB = 10 0,02 (λ - 450)

    CC

    700 – 1 150

    CC = 1,0

    1 150 – 1 200

    CC = 10 0,018 (λ - 1 150 )

    1 200 – 1 400

    CC = 8,0

    T1

    λ < 450

    T1 = 10 s

    450 – 500

    T1 = 10 · [10 0,02 (λ - 450)] s

    λ > 500

    T1 = 100 s



    Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

    Validu għal effett bijoloġiku

    Valur

    αmin

    l-effetti termiċi kollha

    αmin = 1,5 mrad



    Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

    Medda angolari valida (mrad)

    Valur

    CE

    α < αmin

    CE = 1,0

    αmin < α < 100

    CE = α/αmin

    α > 100

    CE = α2/(αmin·αmax) mrad with αmax = 100 mrad

    T2

    α < 1,5

    T2 = 10 s

    1,5 < α < 100

    T2 = 10 · [10 (α - 1,5 ) / 98,5 ] s

    α > 100

    T2 = 100 s



    Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

    Medda ta' ħin ta' espożizzjoni valida (s)

    Valur

    γ

    t ≤ 100

    γ = 11 [mrad]

    100 < t < 104

    γ = 1,1  t 05 [mrad]

    t > 104

    γ = 110 [mrad]

    Tabella 2.6

    Korrezzjoni għal espożizzjoni ripetittiva

    Kull waħda mit-tliet regoli ġenerali li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-espożizzjonijiet ripetittivi kollha li jseħħu minn sistemi ta' laser b'impulsi ripetittivi jew bl-iscanning:

    1. L-espożizzjoni minn kwalunkwe impuls singolu f'sensiela ta' impulsi ma għandhiex taqbeż il-valur ta' limitu ta' espożizzjoni għal impuls singolu ta' dak it-tul ta' ħin ta' impuls.

    2. L-espożizzjoni minn kwalunkwe grupp ta' impulsi (jew sotto-grupp ta' impulsi f'xi sensiela) waqt tul ta' ħin 't' ma għandhiex taqbeż il-valur ta' limitu ta' espożizzjoni għall-ħin 't'.

    3. L-espożizzjoni minn kwalunkwe impuls singolu fi ħdan grupp ta' impulsi ma għandux jaqbeż il-valur ta' limitu ta' espożizzjoni ta' impuls singolu multiplikat b'fattur korrettiv kumulattiv-termiku Cp=N-0,25 , fejn N huwa n-numru ta' impulsi. Din ir-regola tapplika biss għal limiti ta' espożizzjoni għall-protezzjoni kontra leżjoni termika, fejn l-impulsi kollha li jseħħu f'ħin inqas minn Tmin jiġu trattati bħala impuls singolu.



    Parametru

    Medda spettrali valida (nm)

    Valur

    Tmin

    315 < λ ≤ 400

    Tmin = 10 -9 s (= 1 ns)

    400 < λ ≤ 1 050

    Tmin = 18· 10 -6 s (= 18 μs)

    1 050 < λ ≤ 1 400

    Tmin = 50· 10 -6 s (= 50 μs)

    1 400 < λ ≤ 1 500

    Tmin = 10 -3 s (= 1 ms)

    1 500 < λ ≤ 1 800

    Tmin = 10 s

    1 800 < λ ≤ 2 600

    Tmin = 10 -3 s (= 1 ms)

    2 600 < λ ≤ 10 6

    Tmin = 10 -7 s (= 100 ns)



    ( 1 ) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23.

    ( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    Top