This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1505
Commission Regulation (EC) No 1505/2007 of 18 December 2007 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of December 2007 under tariff quotas opened by Regulation (EC) No 533/2007 for poultrymeat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
ĠU L 333, 19.12.2007, p. 64–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1505/2007
tat-18 ta’ Diċembru 2007
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta’ l-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2008 li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2008 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità allokata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 533/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fìd-19 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.1.2008-31.3.2008 (f’%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.4.2008-30.6.2008 (f’kg) |
P1 |
09.4067 |
10,539639 |
— |
P2 |
09.4068 |
86,019628 |
— |
P3 |
09.4069 |
1,512868 |
— |
P4 |
09.4070 |
74 120 |
(1) Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.