EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0036

Kawża T-36/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Enercon vs EUIPO – Gamesa Eólica (Sfumaturi ta’ aħdar) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”]

OJ C 195, 19.6.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Enercon vs EUIPO – Gamesa Eólica (Sfumaturi ta’ aħdar)

(Kawża T-36/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 195/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Overhage, R. Böhm u A. Silverleaf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gamesa Eólica, SL (Sarriguren, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz Cerralbo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 597/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gamesa Eólica u Enercon.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


Top