Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1948

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1948/2002 tal-31 ta’ Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 584/75 li jistabbilixxi regoli detalljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ tfigħ ta’ offerti għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tar-ross

ĠU L 299, 1.11.2002, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1948/oj

32002R1948



Official Journal L 299 , 01/11/2002 P. 0018 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1948/2002

tal-31 ta’ Ottubru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 584/75 li jistabbilixxi regoli detalljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ tfigħ ta’ offerti għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 13(15) tiegħu,

Billi:

(1) L-esperjenza miksuba matul is-snin preċedenti ta’ marketing uriet li għandhom isiru emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 584/75 tas-6 ta’ Marzu 1975 li jistabbilixxi regoli detalljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ tfigħ ta’ offerti għar- rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tar-ross [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 299/95 [4].

(2) Filwaqt li tinżamm l-anonimità, minn jitfa’ offerta għandu jiġi identifikat permezz ta’ numru sabiex ikun mistħarreġ min isottometta aktar minn offerta waħda u f’liema livelli.

(3) Sabiex l-amministrazzjoni tal-kwantitajiet konċessi tkun aktar preċiża, għandu jsir provvediment għal koeffiċjent għall-għoti ta’ kwantitajiet għal tenders sottomessi fil-livell tar-rifużjonijiet massimi, filwaqt li l-operaturi jingħataw il-possibilità li jistabbilixxu kwantità minima li inqas minnha l-offerti tagħhom ikunu kkunsidrati qishom ma ġewx sottomessi.

(4) Il-Kumitat ta’ Amministrazzjoni għaċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit miċ-chairman tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 584/75 huwa permezz ta’ dan ir-Regolament emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(2), dan li ġej huwa miżjud:

"u kif xieraq

(e) f’sitwazzjonijiet fejn il-Kummissjoni tiffissa koeffiċjent għall-għoti ta’ kwanitajiet permezz ta’ offerti skond l-Artikolu 5, kwantità minima tali, li jekk il-kwantità mgħotija tkun inqas mill-kwantità ta’ l-offerta, tkun meqjusa li ma ġietx sottomessa."

2. L-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Min jitfa’ offerta jingħatalu numru individwali għal kull stedina ta’ kull ġimgħa sabiex jintefgħu offerti. Jiġu assenjati numri bix-xorti u b’mod indipendenti minn xulxin f’kull okkażjoni. L-offerti jiġu identifikati minn numru ta’ minn tefagħhom u jiġu komunikati minnufih lill-Kummissjoni."

3. fl-Artikolu 5(2), is-sentenza li ġejja ġiet miżjuda:

"Fil-każ ta’ tenders sottomessi fil-livell tar-rifużjoni massima, l-iffissar ta’ din ta’ l-aħħar tista’ tkun akkumpanjata mill-iffissar ta’ koeffiċjenti għall-għoti tal-kwantitajiet li għalihom ikunu ntefgħu l-offerti. Dan l-iffissar ta’ l-aħħar għandu jkun adottat skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1."

4. fl-Artikolu 7, iddaħħal dan li ġej:

"(ċ) l-offerta tkun ikkunsidrata li ma ġietx sottomessa skond l-Artikolu 2;

(d) il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ l-appalt. L-ammont rilaxxat għandu jikkorrispondi mal-kwantità mhux aċċettata."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

[2] ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 27.

[3] ĠU L 61, tas-7.3.1975, p. 25.

[4] ĠU L 35, tal-15.2.1995, p. 8.

--------------------------------------------------

Top