This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0724
Commission Regulation (EU) No 724/2013 of 26 July 2013 amending Regulation (EU) No 231/2012 as regards specifications on several polyols Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2013 tas- 26 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet dwar diversi polioli Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2013 tas- 26 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet dwar diversi polioli Test b’relevanza għaż-ŻEE
         ĠU L 202, 27.7.2013, pp. 11–16
		 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
         
      
         
            
         In force
| 
                   27.7.2013  | 
               
                   MT  | 
               
                   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
               
                   L 202/11  | 
            
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 724/2013
tas-26 ta’ Lulju 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet dwar diversi polioli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
| 
                            (1)  | 
                        
                            Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi speċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.  | 
                     
| 
                            (2)  | 
                        
                            Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni, inkella wara talba.  | 
                     
| 
                            (3)  | 
                        
                            Fid-29 ta’ Novembru 2011 tressqet applikazzjoni għall-emenda ta’ speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw diversi polioli li sussegwentement saret disponibbli għall-Istati Membri.  | 
                     
| 
                            (4)  | 
                        
                            Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-Mannitol (E 421 (i)) u l-Mannitol manifatturat bil-fermentazzjoni (E 421 (ii)). Sabiex tintlaħaq aktar ċarezza u koerenza, l-addittiv tal-ikel ‘Mannitol (E 421 (i))’ attwalment awtorizzat għandha jingħata l-isem ġdid ‘Mannitol mill-idroġenazzjoni’ u konsegwentement id-definizzjoni tiegħu għandha tinbidel. Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-additiv tal-ikel għandha tiġi emendata.  | 
                     
| 
                            (5)  | 
                        
                            Isomalt (E 953) huwa manifatturat fi proċess ta’ żewġ stadji li fih iz-zokkor huwa l-ewwel trasformat f’isomaltulożju u mbagħad idroġenat. Il-forma kristallina tinkiseb minn proċess ta’ tnixxif wara. Saret talba biex tiġi inkludi forma differenti ta’ isomalt, soluzzjonijiet ilmija ta’ isomalt, fl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 231/2012. Il-forma proposta tikkonforma ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet u hija disponibbli għall-użu kummerċjali. Dik il-forma ta’ isomalt tiffranka l-flus u l-ħin għall-industrija u konsegwentement hija ta’ interess, pereżempju, għad-dulċiera. Għaldaqstant, id-deskrizzjoni tal-Isomalt (E 953) fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi emendata.  | 
                     
| 
                            (6)  | 
                        
                            L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jipprovdu li wieħed mill-kriterji tal-purità għall-polioli huwa l-livell ta’ demineralizzazzjoni jew residwi minerali, ikkaratterizzata minn kloridi, sulfati u/jew irmied issulfat. L-istess poliolis jintużaw bħala eċċipjenti għall-prodotti farmaċewtiċi, u l-Farmakopea Ewropea adottat il-konduttività bħala l-metodu biex tevalwa l-livell ta’ demineralizzazzjoni tal-polioli. Permezz ta’ dan, porzjoni tripliċi (ta’ kloruri, sulfati u/jew irmied issulfat) ġiet sostitwita b’waħda biss, aktar sempliċi biex issir, kosteffikaċi u tagħmel inqas ħsara lill-ambjent. Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu emendati għall-addittivi tal-ikel Sorbitol (E 420 (i)), xropp tas-Sorbitol (E 420 (ii)), Mannitol (E 421 (i)), Mannitol manifatturat bil-fermentazzjoni (E 421 (ii)), Isomalt (E 953), Maltitol (E 965 (i)), xropp tal-Maltitol (E 965 (ii)), Ksilitol (E 967) u Eritritol (E 968) billi jitħassru l-kriterji dwar kloruri, sulfati u rmied sulfatat u jiġu sostiwiti bikriterju uniku, il-konduttività.  | 
                     
| 
                            (7)  | 
                        
                            Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel, ħlief fejn l-aġġornament inkwistjoni x’aktarx ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-aġġornamenti konċernati ma jħallux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.  | 
                     
| 
                            (8)  | 
                        
                            Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.  | 
                     
| 
                            (9)  | 
                        
                            Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,  | 
                     
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:
| 
                         (1)  | 
                     
                         Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 420 (i) Sorbitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej: 
  | 
                  
| 
                         (2)  | 
                     
                         Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 420 (ii) xroppSorbitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej: 
  | 
                  
| 
                         (3)  | 
                     
                         L-entrata għall-addittiv tal-ikel E 421(i) Mannitol hija emendata kif ġej: 
 
 
  | 
                  
| 
                         (4)  | 
                     
                         Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 421(ii) mannitol manifatturat bil-fermentazzjoni l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej: 
  | 
                  
| 
                         (5)  | 
                     
                         L-entrata għall-addittiv tal-ikel E 953 Isomalt hija emendata kif ġej: 
 
  | 
                  
| 
                         (6)  | 
                     
                         Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 965 (i) Maltitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej: 
  | 
                  
| 
                         (7)  | 
                     
                         Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 965 (ii) xropp tal-Maltitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej: 
  | 
                  
| 
                         (8)  | 
                     
                         Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 967 Ksilitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej: 
  | 
                  
| 
                         (9)  | 
                     
                         Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968 Eritritol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej: 
  |