Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 32011R0449

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2011 tas- 6 ta’ Mejju 2011 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [陕西苹果 (Shaanxi ping guo) (DPO), 龙井茶 (Longjing Cha) (DPO), 琯溪蜜柚 (Guanxi Mi You) (DPO), 蠡县麻山药 (Lixian Ma Shan Yao) (IĠP)]

ĠU L 122, 11.5.2011, s. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumentets rättsliga status Gällande

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/449/oj

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/67


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 449/2011

tas-6 ta’ Mejju 2011

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Image (Shaanxi ping guo) (DPO), Image (Longjing Cha) (DPO), Image (Guanxi Mi You) (DPO), Image (Lixian Ma Shan Yao) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talbiet imressqa mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex id-denominazzjonijiet “

Image

(Shaanxi ping guo)”, “

Image

(Longjing Cha)”, “

Image

(Guanxi Mi You)”, “ u

Image

(Lixian Ma Shan Yao)” jiġu rreġistrati ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b’dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 252, 18.9.2010, p. 16; ĠU C 254, 22.9.2010, p. 6; ĠU C 257, 24.9.2010, p. 3; ĠU C 257, 24.9.2010, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA

 

Image (Guanxi Mi You) (DPO)

 

Image (Lixian Ma Shan Yao) (IĠP)

 

Image (Shaanxi ping guo) (DPO)

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

IR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA

Image (Longjing Cha) (DPO)


Upp