Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Id-Direttiva 2013/32/EU tħassar id-Direttiva 2005/85/EC dwar standards minimi għal proċeduri fl-Unjoni Ewropea (UE) għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat
Din tistabbilixxi proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (l-istatus ta’ rifuġjat u l-protezzjoni mogħtjia lil nies li mhumiex rifuġjati iżda iżda li jirriskjaw periklu serju jekk jiġu ritornati lura fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom).
Din tfittex li tiżgura li l-proċeduri ta’ protezzjoni internazzjonali:
ikunu aktar veloċi u effiċjenti;
ikunu aktar ġusti għall-applikanti;
jilħqu l-istandards ta’ madwar l-UE kollha għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali.
PUNTI EWLENIN
Min hu milqut?
Id-direttiva tkopri l-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali li jsiru fl-Istati Membri tal-UE (bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit*), inkluż fil-fruntieri, fl-ibħra territorjali jew f’żoni ta’ tranżitu.
Kif?
Din tistipula regoli aktar ċari dwar kif wieħed jista’ japplika għall-protezzjoni internazzjonali, biex id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet jittieħdu b’mod aktar veloċi u aktar effiċjenti minn qabel. Għandhom isiru arranġamenti speċifiċi, speċjalment fil-fruntieri, biex in-nies ikunu megħjunin japplikaw. Bħala regola, il-proċess ta’ applikazzjoni inizjali (mhux inklużi l-appelli) ma għandux idum aktar minn 6 xhur. Persuni involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet għandhom ikunu mħarrġa b’mod speċifiku fil-proċess u l-applikanti għandhom jingħataw garanzija proċedurali.
F’ċirkostanzi definiti b’mod tajjeb, fejn applikazzjoni aktarx li hi bla bażi jew fejn hemm tħassib serju ta’ sigurtà nazzjonali jew ordni pubbliku, jistgħu japplikaw proċeduri speċjali, inkluż proċess aktar veloċi jew l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet fil-fruntiera.
Garanziji bażiċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applinti:
ikollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati individwalment, oġġettivament u imparzjalment;
jiġu infurmati, f’lingwa li jifhmu, tal-proċess li għaddej, id-drittijiet tagħhom u d-deċiżjonijiet li ttieħdu. Għandhom jingħataw interpretu biex jgħinhom jagħmlu l-każ tagħhom jekk meħtieġ;
ikollhom id-dritt li jikkonsultaw konsulent legali, bl-ispejjeż tagħhom;
ikollhom id-dritt għal appell effettiv quddiem qorti jew tribunal u jkollhom għajnuna legali b’xejn matul l-appell tagħhom.
L-Istati Membri ma jistgħux iżommu persuna taħt detenzjoni għall-unika raġuni li hija applikant għall-ażil. Meta applikant jinżamm taħt detenzjoni, ir-regoli tal-UE għandhom jiġu applikati kif deskritti fid-direttiva riveduta dwar standards għall-akkoljenza tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (id-Direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza).
Proċedura ta’ eżaminazzjoni
Qabel mal-awtorità rilevanti tasal għad-deċiżjoni tagħha, l-applikanti huma intitolati għal intervista personali fejn għandu jkollhom l-opportuntà li jindikaw ir-raġunijiet kollha għall-applikazzjoni tagħhom. Il-persuna li tmexxi l-intervista għandha tkun kompetenti biex tqis iċ-ċirkostanzi personali tal-applikant u ċ-ċirkostanzi ġenerali tas-sitwazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali jinżammu kunfidenzjali.
Garanziji speċifiċi għall-persuni vulnerabbli
Persuni bi bżonnijiet proċedurali speċifiċi, pereżempju minħabba l-età, diżabilità, mard jew orjentament sesswali tagħhom, jew bħala konsgwenza ta’ trawma, jew għal xi raġuni oħra għandhom jingħataw appoġġ speċifiku, inkluż ħin biżżejjed, biex jiġu megħjunin bil-proċess ta’ applikazzjoni.
Jeżistu rekwiżiti speċifiċi għal tfal mhux akkumpanjati, inkluż l-obbligu li jinħatar rappreżentant ikkwalifikat. B’mod aktar ġenerali, l-aħjar interessi tat-tfal kollha għandhom jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni tad-Direttiva.
Prevenzjoni ta’ applikazzjonijiet ripetuti
L-Istati Membri għandhom metodi ġodda kif jitrattaw każijiet ta’ applikazzjonijiet ripetuti li jsiru mill-istess persuna. Persuni li ma għandhomx bżonn ta’ protezzjoni ma jistgħux jevitaw li jintbagħtu lura pajjiżhom billi jitfgħu applikazzjonijiet ġodda b’mod kostanti.
Revoka
Id-Direttiva 2013/32/KE hija mħassra u sostitwita bir-Regolament (UE) 2024/1348 (ara s-sommarju) mit-.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat-, għajr għal ċerti aspetti tal-Artikolu 31, li jindirizza l-proċedura ta’ eżaminazzjoni, li kellha tiġi trasposta sal-.
Id-Direttiva 2013/32/UE rrevediet u ssostitwixxiet id-Direttiva 2005/85/KE.
Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU L 180, , pp. 60–95).
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, , pp. 9–26).
Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas- dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (riformulazzjoni) (ĠU L 180, , pp. 1–30).
Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni) (ĠU L 180, , pp. 31–59).
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru. 604/2013 ġew inkorrati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, , pp. 96–116).
* Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u sar pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.