Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Id-Direttiva 2013/33/UE toħloq ir-regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar kundizzjonijiet tal-għajxien (jew akkoljenza) għal applikanti ta’ protezzjoni internazzjonali1 (persuni li jfittxu ażil) jew persuni li jfittxu protezzjoni sussidjarja2) li qed jistennew biex l-applikazzjoni tagħhom tkun eżaminata. Dawn ir-regoli għandhom jgħinu biex iżommu lil applikanti milli jiċċaqilqu minn pajjiżi differenti minħabba varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-għajxien.
Hija għandha l-għan li tiggarantixxi standard ta’ ħajja dinjituża għal dawk li jfittxu ażil u tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati.
PUNTI EWLENIN
Min hu milqut?
Id-direttiva tapplika għal applikanti ta’ protezzjoni internazzjonali u għall-familji tagħhom, inklużi:
konjuġi u sieħba mhux miżżewġa;
it-tfal tagħhom ta’ taħt it-18-il sena, u
membri oħra tal-familja (eż. missier jew omm l-applikant jekk l-applikant huwa taħt it-18-il sena).
Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza standard għall-UE kollha
Id-direttiva għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza madwar l-UE. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu:
l-aċċess għal akkomodazzjoni,
tal-ikel,
ħwejjeġ;
konċessjonijiet finanzjarji,
standard ta’ ħajja deċenti, u
kura medika u psikoloġika.
Garanziji oħra
Barra mill-kundizzjonijiet bażiċi ta’ akkoljenza, l-Istati Membri tal-UE jridu jassikuraw li l-applikanti jkunu jistgħu jaċċessaw:
Impjieg fi żmien 9 xhur, u
edukazzjoni għat-tfal taħt it-18-il sena.
Persuni vulnerabbli
Trid issir verifika individwali sabiex issir valutazzjoni tal-bżonnijiet ta’ persuni vulnerabbli (pereżeempju tfal, persuni diżabbli jew vittmi ta’ abbuż).
Regoli speċifiċi japplikaw għat-tfal, tfal mhux akkumpanjati u vittmi ta’ tortura u vjolenza.
Persuni vulnerabbli li jfittxu ażil għandu jkollhom aċċess għall-kura psikoloġika.
Meta tfal mhux akkumpanjati japplikaw għal ażil, huma għandhom jingħataw rappreżentant ikkwalifikat biex jgħinhom. L-aħjar interessi tal-unità tat-tfal u tal-familja dejjem għandhom ikunu l-kunsiderazzjonijiet primarji.
Id-detenzjoni ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil
L-applikanti m’għandhomx jinżammu sempliċiment għaliex qed ifittxu l-protezzjoni internazzjonali. Id-detenzjoni għandha tkun miżura aħħarija, u għandha tiġi deċiża fuq bażi ta’ każ b’każ.
Lista eżawrjenti ta’ raġunijiet ta’ detenzjoni kienet adottata biex tipprevjeni d-detenzjoni arbitrarja.
Barra minn hekk, id-Direttiva:
tillimita l-perjodi tad-detenzjoni;
tirrestrinġi d-detenzjoni ta’ persuni vulnerabbli, speċjalment tfal;
toffri garanziji legali (pereżempju aċċess għal għajnuna legali, informazzjoni bil-miktub għal appell ta’ ordni ta’ detenzjoni) u
tintroduċi kundizzjonijiet speċifiċi ta’ akkoljenza għall-faċilitajiet ta’ detenzjoni, bħall-aċċess għal spazji fil-beraħ u kuntatt ma’ avukati, organizzazzjonijiet mhux governattivi u membri tal-familja.
Id-Direttiva 2013/33/UE ser tkun imħassra u sostitwita mid-Direttiva (UE) 2024/1346 (ara s-sommarju) mill-.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-.
SFOND
L-UE ilha taħdem lejn il-ħolqien ta’ sistema Ewropea komuni tal-ażil (CEAS). Mill-2013, serje ta’ testi ġodda legali ġew adottati biex itejbu l-ħidmiet tas-sistema.
Protezzjoni internazzjonali. Status tar-refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja.
Status ta’ protezzjoni sussidjarja. Status mgħoti lil ċittadini mhux tal-UE jew persuni mingħajr stat li ma jikkwalifikawx għal status ta’ refuġjat imma li jkunu f’riskju ta’ dannu serju jekk imorru lura lejn il-pajjiż tagħhom ta’ oriġini.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li tistabbilixxi standards għal akkoljenza ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali (ĠU L., 180, , pp. 96–116).