EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) — dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet

L-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) — il-korpi konsultattivi tal-Unjoni

L-Artikolu 305 TFEU (ex Artikolu 263, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tat-trattat dwar l-istabbiliment tal-Komunità Ewropea (TKE)) — il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Artikolu 306 TFEU (ex Artikolu 264 TKE) — il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

L-Artikolu 307 TFEU (ex Artikolu 265 TKE) — il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Regoli ta’ proċedura

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI U TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA?

  • L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TEU) jelenka l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU) u jiddikjara li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea se jkunu assistiti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), li jaġixxi f’funzjoni konsultattiva.
  • Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddikjara li KtR jikkonsisti f’rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali li jew għandhom mandat elettorali ta’ awtorità jew li huma responsabbli politikament ma’ assemblea eletta. Membri tal-KtR mhumiex marbuta b’istruzzjonijiet obbligatorji u huma kompletament indipendenti fil-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom fl-interess ġenerali tal-UE.
  • L-Artikolu 305 tat-TFUE jistabbilixxi n-numru massimu ta’ membri tal-KtR għal 350 u jiddikjara li l-Kunsill jadotta b’mod unanimu deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-KtR. Il-Kunsill jaħtar il-membri u membri alternati għal terminu ta’ 5 snin konformi mal-proposti magħmula minn kull Stat Membru tal-UE. Jekk il-mandat politiku li abbażi tiegħu huma kienu ssuġġeriti jasal fi tmiemu, il-mandat tagħhom fil-KtR jintemm ukoll, u huma jkunu sostitwiti għall-bqija tal-mandat permezz tal-istess proċedura. Ebda membru tal-KtR ma jista’, fl-istess ħin, ikun membru tal-Parlament Ewropew.
  • Artikolu 306 TFUE jgħid li l-KtR jtella’ s-sede u uffiċjali tiegħu minn fost il-membri għal perijodu ta’ sentejn u nofs. Hu jagħti s-setgħa lill-KtR biex jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Il-KtR jitlaqqa’ mill-president tiegħu fuq talba tal-Parlament, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Jista’ jiltaqa’ wkoll fuq l-inizjattiva tiegħu stess.
  • L-Artikolu 307 tat-TFUE jirrikjedi li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jikkonsultaw lill-KtR meta dan ikun previst fit-trattati jew meta jqisu li dan ikun xieraq, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kooperazzjoni transfruntiera. L-opinjonijiet tal-KtR iridu jintbagħtu lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
  • Ir-regoli ta’ proċedura jistabbilixxu kif jopera u huwa organizzat il-KtR.

PUNTI EWLENIN

Membri

Il-membri tal-KtR jiġu proposti mill-gvernijiet tas-27 Stat Membru tal-UE u maħtura mill-Kunsill għal ħames snin. Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tissettja n-numru ta’ membri għal 329 wara t-tluq tal-Ingilterra mill-UE.

Id-delegazzjonijiet nazzjonali tal-membri jirriflettu l-bilanċ politiku, ġeografiku u lokali/reġjonali ġenerali ta’ kull Stat Membru kif ġej:

  • Il-Ġermanja, Franza u l-Italja: 24 kull wieħed;
  • Spanja u l-Portugall: 21 kull wieħed;
  • Ir-Rumanija: 15;
  • Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall u l-Iżvezja: 12 kull wieħed;
  • id-Danimarka, l-Irlanda, il-Kroazja, l-Islovakkja u l-Finlandja disa’ kull wieħed;
  • l-Estonja, il-Latvja u l-Islovenja seba’ kull wieħed;
  • Ċipru u Lussemburgu: sitta kull wieħed;
  • Malta: ħamsa.

Il-Membri jiffurmaw ukoll gruppi politiċi li jirriflettu l-fehmiet politiċi tagħhom.

Ir-rwol tal-KtR fil-proċedura leġiżlattiva

Organizzazzjoni tal-ħidma

Il-Kummissjonijiet jippreparaw abbozz ta’ opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet li mbagħad ikunu adottati fis-sessjoni plenarja. Is-sittt kumissjonijiet huma dawn li ġejjin:

Il-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet tirrifletti dik tal-KtR b’mod ġenerali. Kull membru jappartjeni għal mill-inqas wieħed iżda mhux aktar minn żewġ kummissjonijiet. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għall-membri mill-Istati Membri b’inqas membri min-numru ta’ kummissjonijiet. Il-laqgħat tal-kummissjonijiet normalment ikunu miftuħa għall-pubbliku.

Is-seduti plenarji huma ppreseduti mill-President tal-KtR u jiddeċiedu b’maġġoranza tal-voti mixħuta, sakemm ir-regoli ta’ proċedura ma jipprevedux mod ieħor. Is-sessjonijiet huma mxandra fuq l-internet. Il-plenarja tadotta:

  • opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet;
  • l-abbozz ta’ estimi tan-nefqa u d-dħul tal-KtR;
  • il-prijoritajiet politici tal-KtR fil-bidu ta’ kull terminu ta’ ħames snin.

Hija wkoll:

  • teleġġi l-president, l-ewwel viċi president u l-membri l-oħra tal-Bureau;
  • tistabbilixxi kummissjonijiet ta’ politika fi ħdan l-istituzzjoni;
  • tadotta u tirrevedi r-regoli ta’ proċedura;
  • tiddeċiedi jekk tressaqx azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Bureau jfassal il-programm politiku tal-KtR u jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu. Huwa jikkoordina wkoll il-ħidma tal-assemblea plenarja u tal-kummissjonijiet. Huwa jikkonsisti mill-president, l-ewwel viċi president, 27 viċi-president ieħor (wieħed għal kull Stat Membru), 26 membru ieħor u l-presidenti tal-gruppi politiċi.

Il-president hu r-rappreżentant tal-KtR u jiddirieġi x-xogħol tiegħu/

Gruppi ta’ intellipenza huma pjattaformi fejn awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri u lil hinn jistgħu jiskambjaw opinjonijiet u jiżviluppaw ideat ġodda. Gruppi jkunu tal-inqas 10 membri KtR minn tal-inqas erba’ stati membri jew grupp ta’ reġjuni li jirrappreżentaw proġett ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Dawn ġew stabbiliti fuq għadd ta’ kwistjonijiet, bħal Brexit, is-saħħa u r-reġjuni insulari.

Il-KtR jikkoordina wkoll in-networks sabiex ir-reġjuni u l-bliet ikunu jistgħu jiskambjaw l-aħjar prattiki.

Is-Segretarjat Ġenerali

Il-KtR għandu Segretarjat Ġenerali ppresedut minn segretarju ġenerali. Is-segretarju ġenerali jinħatar mill-Bureau b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu għal perjodu ta’ ħames snin, u jiżgura t-twettiq tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau jew mill-President.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA?

Dawn ilhom japplikaw mit-22 ta’ Lulju 2023

SFOND

il-KtR hu bbażat fi Brussell u jaqsam is-servizzi tas-segretarjat permanenti tiegħu (dawk relatati ma’ loġistika, ICT u traduzzjoni) mal-KESE.

Għal aktar informazzjoni, ara:

  • KtR (Kumitat Ewropew tar-Reġjuni)

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 13 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 22).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 3 — Il-korpi konsultattivi tal-Unjoni — L-Artikolu 300 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 177).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 3 — Il-korpi konsultattivi tal-Unjoni — Taqsima 2 — Il-Kumitat tar-Reġjuni — l-Artikolu 305 (ex Artikolu 263, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi, TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 178–179).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet Istituzzjonali u finanzjarji- Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 3 — Il-Korpi Konsultattivi tal-Unjoni — Sezzjoni 2 — Il-Kumitat tar-Reġjuni — Artikolu 306 (ex Artikolu 264 TKE) (ĠU L 202, 7.6.2016, p. 179).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet Istituzzjonali u finanzjarji- Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 3 — Il-Korpi Konsultattivi tal-Unjoni — Sezzjoni 2 — Il-Kumitat tar-Reġjuni — Artikolu 307 (ex Artikolu 265 TKE) (ĠU L 202, 7.6.2016, p. 179).

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Regoli ta’ Proċedura (ĠU L 184, 21.7.2023, pp. 83–108).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020, li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, pp. 2–16).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2020/102 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Kodici ta’ Mġiba għall-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (ĠU L 20, 24.1.2020, pp. 17–23).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 ) li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 139, 27.5.2019, pp. 13–14).

l-aħħar aġġornament 08.09.2023

Top