EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Politika tal-enerġija tal-UE

L-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-enerġija hija kompetenza kondiviża bejn l-Istati Membri tal-UE u l-UE. Madankollu, kull Stat Membru għandu d-dritt li jiddeċiedi l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta’ enerġija tiegħu stess, jagħżel bejn sorsi differenti ta’ enerġija u jiddeċiedi l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ enerġija tiegħu.

L-għanijiet ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE huma li:

  • tiżgura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija;
  • tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;
  • tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli;
  • tippromwovi l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija.

F’Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-“Patt Ekoloġiku Ewropew” — il-pjan direzzjonali tagħha li għandu l-għan li jagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Il-pjan direzzjonali jfittex li jagħti spinta lis-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-UE, u li jiżgura li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklussiva.

Fost l-impenji tal-UE hemm it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bħala parti mit-tnaqqis meħtieġ mill-pajjiżi żviluppati kollha bħala grupp. Il-“ Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 ” tal-Kummissjoni jesplora l-isfidi li ġġib magħha l-ilħuq tal-objettiv ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE filwaqt li fl-istess ħin jiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-kompetittività.

ARA WKOLL

Top