Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa wieħed mill-ħames Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-Unjoni Ewropea (UE) u jservi bħala wieħed mill-għodod prinċipali tagħha sabiex tippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, tiġġieled il-faqar u tippromwovi l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-akkwist ta’ ħiliet tul il-ħajja.

Il-FSE ilu jeżisti sa mit-trattat oriġinali tal-1957 (it-Trattat ta’ Ruma) li stabbilixxa dik li kienet il-Komunità Ekonomika Ewropea. Issa għandu l-bażi ġuridika tiegħu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikoli 162, 163, 164, 174, 175, 177 u 178).

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2021 u l-2027, b’baġit totali ta’ madwar EUR 99 biljun, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE twessa’ biex jintegra l-Fond preċedenti għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u l-programm tal-UE għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali. Il-FSE issa jismu FSE+ (ir-Regolament (UE) 2021/1057).

ARA WKOLL

Top