EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Politika tat-trasport tal-UE

Il-politika tat-trasport tal-UE għandha l-għan li żżid il-mobilità, li tneħħi l-ostakoli ewlenin fl-oqsma ewlenin u li tistimula t-tkabbir u l-impjiegi. L-Artikoli 90-100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdu l-bażijiet ġuridiċi għall-politika tat-trasport tal-UE.

L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ Pjan ta’ Azzjoni ta’ 82 inizjattiva, jiggwidaw il-ħidma fil-qasam tal-politika tat-trasport tal-UE għall-perjodu 2021-2024. Din l-istrateġija tistabbilixxi l-pedament għal kif is-sistema tat-trasport tal-UE tista’ tikseb it-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tagħha u ssir aktar reżiljenti għal kriżijiet futuri. Ir-riżultat se jkun tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet sal-2050, imwettaq permezz ta’ sistema ta’ trasport intelliġenti, kompetittiva, sikura, aċċessibbli u affordabbli.

Suġġetti oħrajn li jaqgħu fi ħdan il-politika tat-trasport tal-UE jinkludu l-ippjanar tal-infrastruttura, l-applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni, is-sigurtà u s-sikurezza, id-drittijiet tal-passiġġieri u l-kooperazzjoni internazzjonali (l-iffissar ta’ standards tas-sikurezza, tas-sigurtà u dawk ambjentali fl-organizzazzjonijiet internazzjonali).

ARA WKOLL

Top