Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
tarmonizza l-miżuri nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ; u
ittejjeb il-kwalità tal-ambjent billi tevita u tnaqqas l-impatt tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent.
Id-Direttiva (UE) 2018/852 hija l-aħħar emenda tad-Direttiva 94/62/KE u tinkludi miżuri aġġornati maħsuba biex:
jevitaw il-produzzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, u
jippromwovu l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru tal-iskart mill-imballaġġ, minflok il-qerda finali tiegħu, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari1.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-Direttiva tkopri l-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq tal-UE u l-iskart kollu mill-imballaġġ, kemm jekk jintuża jew jekk jiġi rilaxxat f’livell ta’ industrija, ta’ kummerċ, ta’ uffiċċju, ta’ ħanut, ta’ servizz, ta’ unità domestika jew ta’ kwalunkwe livell ieħor, ikun xi jkun il-materjal użat.
Miżuri
Id-Direttiva kif emendata tirrikjedi lill-pajjiżi tal-UE jieħdu miżuri, bħal programmi nazzjonali, inċentivi permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u strumenti ekonomiċi oħra, biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni ta’ skart mill-imballaġġ u jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu ż-żieda fis-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża2 mqiegħed fis-suq u tas-sistemi biex l-imballaġġ jerġa’ jintuża b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi. Dan jista’ jinkludi:
skemi ta’ imballaġġ ritornabbli
miri
inċentivi ekonomiċi
perċentwali minimi ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq għal kull tip ta’ imballaġġ eċċ.
L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jilħqu miri ta’ riċiklaġġ li jvarjaw skont il-materjal tal-imballaġġ. Għal dan il-għan, għandhom japplikaw ir-regoli l-ġodda tal-kalkolu għar-rapportar dwar il-miri l-ġodda tar-riċiklaġġ li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030.
Miri
Sal-, minimu ta’ 65 % skont il-piż tal-imballaġġ kollu għandu jkun riċiklat. Il-miri tar-riċiklaġġ għal kull materjal huma:
50 % tal-plastik
25 % tal-injam
70 % tal-metall ferruż
50 % tal-aluminju
70 % tal-ħġieġ, u
75 % tal-karta u tal-kartun.
Sal-, minimu ta’ 70 % skont il-piż tal-imballaġġ kollu għandu jkun riċiklat. Dan jinkludi:
55 % tal-plastik
30 % tal-injam
80 % tal-metall ferruż
60 % tal-aluminju
75 % tal-ħġieġ u
85 % tal-karta u tal-kartun.
Rekwiżiti essenzjali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imballaġġ imqiegħed fis-suq jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali li jinsabu fl-Anness II tad-direttiva:
li l-piż u l-volum tal-imballaġġ ikunu limitati għal livell minimu xieraq sabiex xorta waħda jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ sikurezza, iġjene u aċċettabilità għall-prodott ippakkjat u għall-konsumaturi;
li jkun hemm tnaqqis fil-kontenut ta’ sustanzi u materjali perikolużi fil-materjal tal-imballaġġ u l-komponenti tiegħu;
li jiġi ddisinjat imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jew li jista’ jiġi rkuprat, li jista’ jinkludi disinn għall-materjal jew għar-riċiklaġġ organiku kif ukoll disinn għall-irkupru tal-enerġija.
Id-Direttiva emendata ċċarat id-differenza bejn l-imballaġġ li jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ kompost u skart mill-imballaġġ bijodegradabbli u speċifikat li l-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli (l-imballaġġ tal-plastik b’addittivi li jwasslu biex dan jinqasam f’partikoli mikroskopiċi u li jikkontribwixxi għall-preżenza ta’ mikroplastiċi fl-ambjent) ma jitqiesx bħala imballaġġ bijodegradabbli.
Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda attwalment teżamina kif tista’ ssaħħaħ ir-rekwiżiti essenzjali bil-għan li ttejjeb l-għamla tal-imballaġġ għall-użu mill-ġdid u tippromwovi riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, kif ukoll issaħħaħ l-infurzar tar-rekwiżiti essenzjali.
Sistemi ta’ rkupru tal-imballaġġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu għar-ritorn u/jew il-ġbir ta’ imballaġġ użat u/jew skart mill-imballaġġ, kif ukoll l-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklar tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur.
Responsabbiltà tal-produttur
Sal-aħħar tal-2024, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ responsabbiltà tal-produtturi3 jiġu stabbiliti għall-imballaġġ kollu. L-iskemi ta’ responsabbiltà tal-produttur jipprevedu l-finanzjament jew il-finanzjament u l-organizzazzjoni tar-ritorn u/jew il-ġbir ta’ imballaġġ użat u/jew skart mill-imballaġġ li jiġi mgħoddi lill-aktar għażla xierqa tal-immaniġġjar tal-iskart; kif ukoll l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ miġbur.
Se jkun meħtieġ li dawn l-iskemi jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (2008/98/KE) (ara s-sommarju). L-iskemi għandhom jgħinu biex jinċentivaw l-imballaġġ li huwa ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat b’tali mod li jippromwovi l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ jew riċiklaġġ ta' kwalità għolja u jnaqqsu l-impatt tal-imballaġġ u tal-imballaġġ mill-iskart fuq l-ambjent.
Sistemi ta’ informazzjoni u rappurtar
Att ta’ implimentazzjoni, id-Deċiżjoni 2005/270/KE tistabbilixxi l-formati, kif ukoll ir-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rapportar tad-data li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kull sena biex tissorvelja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE.
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/665 temenda d-Deċiżjoni 2005/270/KE billi tintroduċi regoli ġodda biex din issir konformi mar-regoli l-ġodda fid-Direttiva 94/62/KE dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ b’rabta ma’:
il-possibbiltà li jitqiesu — sa massimu ta’ 5 % tal-mira tar-riċiklaġġ — imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża (l-Artikolu 5(2)),
il-possibbiltà li jitqies l-imballaġġ tal-injam li jkun imsewwi għall-użu mill-ġdid (fl-Artikolu 5(3)),
il-kalkolu tal-ammont ta’ metalli fl-iskart mill-imballaġġ isseparati mill-irmied tal-qiegħ tal-inċinerazzjoni wara l-ħruq (l-Artikolu 6a),
ippakkjar kompost, li m’għandux jibqa’ jiġi rrapportat għal kull materjal predominanti, iżda għal kull materjal li jinsab fl-ippakkjar, b’derogi possibbli għal materjali li jikkostitwixxu inqas minn 5 % tal-massa totali tal-unità tal-ippakkjar.
Ir-regoli l-ġodda tal-kalkolu għandhom l-għan li jiżguraw li għall-kalkolu tal-mira tar-riċiklaġġ għandu jintuża biss l-iskart li jidħol f’operazzjoni ta’ riċiklaġġ jew skart li jkun kiseb status ta’ tmiem l-iskart u, bħala regola ġenerali, il-kejl tal-iskart għandu jkun fl-input għall-operazzjoni ta’ riċiklaġġ.
id-deċiżjoni tipprevedi sistema mtejba ta’ kontroll tal-kwalità fuq id-data rrapportata (data direttament minn operaturi ekonomiċi, l-użu ta’ reġistri elettroniċi), biex b’hekk tiġi żgurata traċċabbiltà aħjar tad-data rrapportata, inkluż dwar l-iskart esportat għar-riċiklaġġ lejn pajjiżi terzi li mhumiex fl-UE.
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/665 tintroduċi wkoll bidliet fil-formati għar-rapportar tad-data skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/62/KE. Il-formati għandhom iqisu l-informazzjoni dwar l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u dwar l-għadd ta’ rotazzjonijiet li l-imballaġġ iwettaq kull sena — essenzjali biex jiġi ddeterminat is-sehem ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża meta mqabbel mal-imballaġġ li jintuża darba. Billi l-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża jista’ jitqies fil-kuntest tal-miri tar-riċiklaġġ, għandha ssir distinzjoni bejn l-imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża u imballaġġ ieħor li jista’ jerġa’ jintuża.
Revoka
Id-Direttiva 94/62/KE se tiġi revokata u sostitwita bir-Regolament (UE) 2025/40 (ara s-summary) mit-, bl-eċċezzjoni ta’ xi regoli li se jkomplu japplikaw wara.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva 94/62/KE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat-.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2018/852 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-.
Ekonomija ċirkolari. Ekonomija ċirkolari: ekonomija ċirkolari timminimizza l-input tar-riżorsi, l-iskart, l-emissjonijiet u t-telf tal-enerġija. Din tista’ tinkiseb permezz ta’ tfassil fit-tul, manutenzjoni, tiswija, użu mill-ġdid u riċiklaġġ. Hija tikkuntrasta ma’ ekonomija lineari li testratta r-riżorsi, tużahom, imbagħad tarmihom.
Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża. Imballaġġ li nħoloq, li ġie ddisinjat u li tqiegħed fis-suq biex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jwettaq diversi vjaġġi jew rotazzjonijiet billi jimtela mill-ġdid jew jintuża mill-ġdid għall-istess skop li għalih inħoloq.
Skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur. Sistemi stabbiliti biex jiżguraw li l-produtturi jkollhom ir-responsabbiltà finanzjarja jew finanzjarja u organizzattiva għall-immaniġġjar tal-istadju tal-iskart taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott. Permezz tal-modulazzjoni tat-tariffi pagabbli mill-produtturi għat-tqegħid tal-imballaġġ fis-suq, l-iskemi tal-EPR jippermettu lill-produtturi u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu d-disinn tal-prodotti u l-komponenti tagħhom li jirrispettaw aktar l-ambjent.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal- dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, , pp. 10–23).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 94/62/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, , pp. 3–30).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat- li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-data skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, , pp. 6–12).