EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0117

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2011 tal- 21 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 341, 22.12.2011, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/117(2)/oj

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/103/KE tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE (3), 84/5/KEE (4), 90/232/KEE (5) u d-Direttivi 2000/26/KE (6) u 2005/14/KE (7) tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill, li huma inkorporati fil-Ftehim u konsegwentement għandhom jiġu mħassra taħt il-Ftehim, ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2000/26/KE u 2005/14/KE li jemendaw id-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE (8) u 88/357/KEE (9), li se jiġu mħassra taħt il-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) fil-Ftehim.

(4)

L-adattament attwali taż-ŻEE għad-Direttiva 2000/26/KE għandu jinżamm fir-rigward tad-Direttiva 2009/103/KE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test fil-punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32009 L 0103: Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

L-Artikolu 21(6) għandu jinqara kif ġej:

‘Il-ħatra ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet ma għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l-ftuħ ta’ fergħa fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49/KEE u r-rappreżentant għall-pretensjonijiet ma għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 88/357/KEE.’ ”

2.

It-test tal-punti 9 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE), 10 (it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE) u 10a (id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/103/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 45.

(2)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(3)  ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17.

(5)  ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33.

(6)  ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65.

(7)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.

(8)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

(9)  ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.

(10)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top