EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0411

2007/411/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 14 ta’ Ġunju 2007 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti dderivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l- 1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti kontrolli u miżuri ta’ qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2473)

ĠU L 155, 15.6.2007, p. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/411/oj

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti dderivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti kontrolli u miżuri ta’ qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2473)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2007/411/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u partikolarment l-Artikoli 13(13) u 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE tat-2 ta’ Awwissu li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti dderivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti kontrolli u miżuri ta’ qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tpoġġi projbizzjoni tas-suq fuq il-prodotti kollha magħmula minn jew li jinkorporaw materjali ġejjin minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996. (2) Madankollu, b’deroga, il-ħalib u l-ġlud imħejjija għall-użu fil-produzzjoni tal-ġilda jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

(2)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula l-miżuri li għandhom jiġu applikati meta l-preżenza ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. Waħda minn dawn il-miżuri tikkonsisti fil-qerda immedjata u sħiħa tal-partijiet kollha tal-ġisem, inkluż il-ġilda, ta’ l-annimali bovini li jkunu mill-istess koorti ta’ l-annimal li fih tkun ġiet ikkonfermata l-BSE.

(3)

Qabel Awwissu 1996, is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bhejjem ta’ l-ifrat fir-Renju Unit ma kinitx biżżejjed biex tippermetti t-traċċar affidabbli ta’ l-annimali u l-identifikazzjoni preċiża ta’ koorti ta’ każijiet pożittivi fir-rigward tal-BSE. Konsegwentement, il-bhejjem kollha ta’ l-ifrat li twieldu qabel Awwissu 1996 għandhom jitqiesu bħala annimali koorti.

(4)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li, b’deroga mill-qerda tal-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimali koorti, l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri oħra li joffru livell ekwivalenti ta’ ħarsien, jekk dawn il-miżuri jkunu ġew approvati skond proċedura tal-kumitat.

(5)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) adottat opinjoni dwar ir-riskju tal-BSE mill-ġlud bovini li jiġu minn annimali koorti (3). L-EFSA għarfet li l-produzzjoni tal-ġilda magħmula mill-ġlud ta’ annimali koorti tippreżenta riskju negliġibbli sakemm dawn l-annimali ma jkunux maqtula f’postijiet apposta jew isseparati fil-ħin minn qtil normali, sakemm il-ġlud tagħhom ma jkunux immarkati b’mod ċar u immedjatament qabel ma jiġu ttrasportati direttatment lejn il-faċilitajiet ta’ pproċessar u, sakemm ukoll, il-prodotti sekondarji kollha kkonzati u mhux ikkonzati ma jiġux meqruda.

(6)

Fit-12 ta’ Marzu 2007, ir-Renju Unit ippreżenta protokoll uffiċjali biex jidderieġi l-ġlud kollha li ġejjin minn annimali bovini mwielda jew imrobbija qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 fir-Renju Unit (4) (il-protokoll uffiċjali). Dan il-protokoll huwa kollu kemm hu taħt superviżjoni uffiċjali u jissodisfa l-kundizzjonijiet irrakkomandati għall-ġlud tal-koorti fl-opinjoni ta’ l-EFSA adottata fit-18 ta’ Mejju 2006.

(7)

Ir-Renju Unit għandu għalhekk ikun permess juża l-ġlud tal-koorti tal-bhejjem ta’ l-ifrat li ġejjin minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għall-produzzjoni tal-ġilda.

(8)

Għal raġunijiet legali, id-Deċiżjoni 2005/598/KE għandha tiġi revokata u ssostitwita b’waħda ġdida li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu identiċi, ħlief għal dawk marbuta mal-ġlud.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ebda prodott li jikkonsisti minn jew li jinkorpora materjali, għajr il-ħalib, derivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 ma għandu jitqiegħed fis-suq.

2.   Meta jmut kwalunkwe annimal bovin imwieled jew imrobbi fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, il-partijiet kollha ta’ ġismu għandhom jintremew skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

3.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 u mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-ġlud ta’ annimali bovini mwielda jew imrobbija ġewwa r-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, inkluż ġlud li jiġu minn annimali bovini msemmija fit-tielet inċiż tal-punt 1(a) ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-ġilda. Il-ġbir, it-trasport u l-ipproċessar ta’ dawn il-ġlud għandhom isiru f’faċilitajiet approvati apposta u taħt superviżjoni uffiċjali stretta skond il-protokoll uffiċjali approvat mill-awtoritajiet kompetenti. Il-prodotti sekondarji kollha, għajr il-ġilda, idderivati minn dawn il-ġlud u mmanifatturati fil-faċilitajiet apposta għandhom jintremew bħal materjali tal-Kategorija 1 skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Artikolu 2

1.   Meta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) tkun issuspettata jew tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment f’annimal bovin imwieled jew imrobbi fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, ir-Renju Unit għandu jiġi eżentat mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti:

(a)

fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li l-annimali bovini li jibqgħu minn dak l-istabbiliment għajr dawk imwielda fit-12-il xahar qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 jitqiegħdu taħt restrizzjoni uffiċjali tal-moviment sakemm ir-riżultati ta’ eżami kliniku u epidemjoloġiku jkunu magħrufa;

(b)

fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament li jikkonċerna każijiet ikonfermati, li jiġu identifikati u meqruda l-annimali għajr il-każ ikkonfermat.

2.   Madankollu, l-annimali li ġejjin għandhom jiġu identifikati, maqtula u meqruda skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001:

(a)

meta l-marda tkun ġiet ikkonfermata f’annimal femminili, il-wild kollu li jitwieled fi żmien sentejn qabel jew wara l-bidu kliniku tal-marda,

(b)

meta l-marda tkun ġiet ikkonfermata f’annimal imwieled fit-12-il xahar qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, l-annimali koorti wara l-31 ta’ Lulju 1996.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2005/598/KE hija revokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 204, 5.8.2005, p. 22.

(3)  Disponibbli f’http://www.efsa.europa.eu/en/science/biohaz/biohaz_opinions/1575.html

(4)  Disponibbli f’http://www.rpa.gov.uk/rpa/index.nsf/UIMenu/DF2A12FDD9D660C1802570D2003ED00C?Opendocument

(5)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.


Top