EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0459

Kawża C-459/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Wellcome Trust Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 43 u 44 – Post tal-provvista tas-servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali – Post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti rċevuti minn organizzazzjoni ta’ karità għal attività professjonali mhux ekonomika minn fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni)

OJ C 182, 10.5.2021, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Wellcome Trust Ltd

(Kawża C-459/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 43 u 44 - Post tal-provvista tas-servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali - Post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti rċevuti minn organizzazzjoni ta’ karità għal attività professjonali mhux ekonomika minn fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni)

(2021/C 182/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenut: Wellcome Trust Ltd

Dispożittiv

L-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika f’kapaċità professjonali takkwista servizzi għall-bżonnijiet ta’ din l-attività mhux ekonomika, dawn is-servizzi għandhom jitqiesu li huma pprovduti lil din il-persuna taxxabbli “li taġixxi bħala tali”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


Top