EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0038

Kawża T-38/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Ottubru 2011 — Agroexpansión vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Effett dissważiv — Trattament ugwali — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni” )

ĠU C 347, 26.11.2011, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Agroexpansión vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/05) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Effett dissważiv - Trattament ugwali - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

2011/C 347/37

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agroexpansión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u P. Vidal Martínez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Agroexpansión, SA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), huwa ffisat għal EUR 2 430 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Agroexpansión għandha tbati disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tagħha u disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, u din tal-aħħar għandha tbati parti minn għaxra mill-ispejjeż tagħha kif ukoll parti minn għaxra mill-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 82, 02.04.2005.


Top