Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2497

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2497 tat-12 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tat-taqsimiet ta’ Franza u tar-Renju Unit fin-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola tal-Unjoni

    C/2022/7136

    ĠU L 325, 20.12.2022, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2497/oj

    20.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 325/13


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2497

    tat-12 ta’ Ottubru 2022

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tat-taqsimiet ta’ Franza u tar-Renju Unit fin-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola tal-Unjoni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 fih lista tat-taqsimiet tan-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola (“taqsimiet FADN”) għal kull Stat Membru.

    (2)

    F’konformità ma’ dak l-Anness, Franza għandha 25 taqsima. Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, Franza talbet li t-taqsimiet FADN ta’ Guadeloupe u Martinique jingħaqdu fit-taqsima FADN waħda: Antilles françaises. Dik it-talba hija ġustifikata: l-azjendi agrikoli fiż-żewġ taqsimiet FADN attwali għandhom tipi simili ħafna ta’ biedja (speċjalizzati ħafna fit-tkabbir tal-frott, b’mod partikolari tal-banana, u fil-produzzjoni tal-kannamieli u l-ortikultura) u t-twaħħid tat-taqsimiet Guadeloupe u Martinique fit-taqsima FADN waħda se jipprovdi kampjuni akbar u għalhekk riżultati aktar sodi dwar aktar tipi ta’ biedja. Għaldaqstant, dak it-twaħħid jenħtieġ li jiġi rifless fil-lista tat-taqsimiet FADN stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009.

    (3)

    Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, id-data tal-FADN mhix se tibqa’ tinġabar f’dak il-pajjiż. Għalhekk, ir-Renju Unit jenħtieġ li jitneħħa mil-lista tat-taqsimiet FADN stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009.

    (4)

    Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Biex jingħata biżżejjed żmien biex il-ġbir tad-data jiġi adattat għat-taqsima l-ġdida ta’ Franza, jenħtieġ li l-lista aġġornata tat-taqsimiet FADN prevista f’dan ir-Regolament tibda tapplika mis-sena kontabilistika 2023,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 hu emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu jibda japplika mis-sena kontabilistika 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 hu emendat kif ġej:

    (1)

    il-lista tat-taqsimiet FADN ta’ Franza hi sostitwita b’dan li ġej:

    Franza

    1.

    Île de France

    2.

    Champagne-Ardenne

    3.

    Picardie

    4.

    Haute-Normandie

    5.

    Centre

    6.

    Basse-Normandie

    7.

    Bourgogne

    8.

    Nord-Pas de Calais

    9.

    Lorraine

    10.

    Alsace

    11.

    Franche-Comté

    12.

    Pays de la Loire

    13.

    Bretagne

    14.

    Poitou-Charentes

    15.

    Aquitaine

    16.

    Midi-Pyrénées

    17.

    Limousin

    18.

    Rhône-Alpes

    19.

    Auvergne

    20.

    Languedoc-Roussillon

    21.

    Provence-Alpes-Côte d’Azur

    22.

    Corse

    23.

    Antilles françaises

    24.

    La Réunion”;

    (2)

    l-entrata għar-Renju Unit titħassar.


    Top