|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
“4.
|
Denis Valentinovich BEREZOVSKIY
(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)
Denys Valentynovych BEREZOVSKYY
(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 15.7.1974
Post tat-twelid: Kharkiv, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna)
|
Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali Ukrena fl-1 ta’ Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, u b’hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.
Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Paċifiku tal-Federazzjoni Russa u Viċi Ammirall.
|
17.3.2014
|
8.
|
Sergey Pavlovych TSEKOV
(Сергей Павлович ЦЕКОВ)
Serhiy Pavlovych TSEKOV
(Сергiй Павлович ЦЕКОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953
Post tat-twelid: Simferopol, l-Ukrajna
|
Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma’ Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f’dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.
Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-2014, maħtur mill-ġdid f’Settembru 2019. Membru tal-Kunsill tal-Kumitat Federali għall-Affarijiet Barranin.
|
17.3.2014
|
17.
|
Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK
(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 30.7.1970
Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kienet Leningrad), il-Federazzjoni Russa
|
Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.
Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b’appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.
Eks Viċi President u eks membru tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali.
Membru tal-Presidju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit Russja Magħquda.
|
17.3.2014
|
19.
|
Aleksandr Viktorovich VITKO
(Александр Викторович ВИТКО)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 13.9.1961
Post tat-twelid: Vitebsk, RSS Belarussa (illum il-Belarussja)
|
Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.
Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.
Eks Kap tal-Persunal u kien l-Ewwel Viċi Kap Kmandant tal-Forza Navali Russa.
|
17.3.2014
|
27.
|
Alexander Mihailovich NOSATOV
(Александр Михайлович НОСАТОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 27.3.1963
Post tat-twelid: Sevastopol, RSS Ukrena (illum l--Ukrajna)
|
Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.
Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.
Attwalment Ammirall, Kap tal-Persunal Ewlieni tal-Flotta Navali Russa.
|
21.3.2014
|
32.
|
Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK
(Игорь Николаевич ТУРЧЕНЮК)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 5.12.1959
Post tat-twelid: Osh, RSS Kirgiża (illum il-Kirgiżistan)
|
Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, annessa illegalment, (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar.
Kap tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Gwardja Nazzjonali Russa.
|
21.3.2014
|
37.
|
Sergei Ivanovich MENYAILO
(Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 22.8.1960
Post tat-twelid: Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR (illum il-Federazzjoni Russa)
|
Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol.
Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.
Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana mid-19 ta’ Settembru 2021.
|
29.4.2014
|
38.
|
Olga Fyodorovna KOVITIDI
(Ольга Фёдоровна КОВИТИДИ)
|
Ġeneru: femminil
Data tat-twelid: 7.5.1962
Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)
|
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa mill-2014, maħtura mill-ġdid fl-2019.
Membru tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġiżlazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat.
|
29.4.2014
|
50.
|
Vladimir Anatolievich SHAMANOV
(Владимир Анатольевич ШАМАНОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 15.2.1957
Post tat-twelid: Barnaul, il-Federazzjoni Russa
|
Eks Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta’ awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.
Eks President tal-Kumitat ta’ Difiża tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma tal-Istat, Kumitat għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili.
|
12.5.2014
|
60.
|
Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA
(Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)
|
Ġeneru: femminil
Data tat-twelid: 18.3.1980
Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta’ Voroshilovgrad, RSS Ukrena jew Yevpatoria, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna)
|
Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.
Eks Prosekutriċi tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Implimentat b’mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.
Eks Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, membru tal-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni tal-interferenza barranija fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa, membru tal-Kumitat għas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Għandha pożizzjoni ta’ Ambaxxatriċi fil-korpi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa.
|
12.5.2014
|
62.
|
Aleksandr Yurevich BORODAI
(Александр Юрьевич БОРОДАЙ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 25.7.1972
Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa
|
Kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (eż. fit-8 ta’ Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-“unjoni ta’ Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti; imexxi l-“Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbas”.
President tal-Bord tal-Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbass. Involut b’mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-“voluntiera” mibgħuta jiġġieldu f’Donbas.
Membru tad-Duma tal-Istat minn Settembru 2021. F’Ottubru 2021 iddikjara li l-forzi separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna huma “forzi Russi”.
|
12.7.2014
|
65.
|
Alexander KHRYAKOV
Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV
(Александр Витальевич ХРЯКОВ)
Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV
(Олександр Вiталiйович ХРЯКОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 6.11.1958
Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna
|
L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-Kumitat dwar il-Baġit, il-Finanzi u l-Politika Ekonomika tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Għadu attiv fl-appoġġ tal-azzjonijiet separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.
|
12.7.2014
|
66.
|
Marat Faatovich BASHIROV
(Марат Фаатович БАШИРОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 20.1.1964
Post tat-twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa
|
L-hekk imsejjaħ eks “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, ikkonfermat fit-8 ta’ Lulju 2014.
Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.
Attwalment xjentist politiku fl-Istitut tal-Ġestjoni tal-Komunikazzjoni u Direttur taċ-Ċentru għall-Istudju tal-Problemi tar-Reġimi Internazzjonali ta’ Sanzjonijiet.
Ikompli b’attivitajiet ta’ appoġġ għal strutturi separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.
|
12.7.2014
|
77.
|
Boris Vyacheslavovich GRYZLOV
(Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 15.12.1950
Post tat-twelid: Vladivostok, il-Federazzjoni Russa
|
Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Huwa għadu president tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda u rappreżentant plenipotenzjarju tal-Federazzjoni Russa fil-Grupp ta’ Kuntatt dwar is-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-intrapriża tal-Istat Tactical Missiles Corporation JSC.
|
25.7.2014
|
79.
|
Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV
(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 10.7.1981
Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), il-Federazzjoni Russa
|
Eks Membru tad-Duma tal-Istat.
Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” f’Moska, jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.
Mid-19 ta’ Settembru 2021, Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai.
Mis-6 ta’ Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja.
|
25.7.2014
|
84.
|
Fyodor Dmitrievich BEREZIN
(Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН)
Fedir Dmytrovych BEREZIN
(Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 7.2.1960
Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna
|
L-hekk imsejjaħ eks “viċi Ministru għad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Huwa assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR.
|
25.7.2014
|
98.
|
Miroslav Vladimirovich RUDENKO
(Мирослав Владимирович РУДЕНКО)
Myroslav Volodymyrovych RUDENKO
(Мирослав Володимирович РУДЕНКО)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 21.1.1983
Post tat-twelid: Debaltsevo, l-Ukrajna
|
Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta’ Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-Kumitat dwar l-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.
|
12.9.2014
|
108.
|
Vladimir Abdualiyevich VASILYEV
(Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 11.8.1949
Post tat-twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, Federazzjoni Russa
|
Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.
Eks kap tar-Repubblika ta’ Dagestan. Eks Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.
Membru tad-Duma tal-Istat u mexxej tal-fazzjoni Russja Magħquda fid-Duma tal-Istat.
|
12.9.2014
|
114.
|
Igor Vladimirovich LEBEDEV
(Игорь Владимирович ЛЕБЕДЕВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 27.9.1972
Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa
|
Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.
|
12.9.2014
|
119.
|
Alexander Mikhailovich BABAKOV
(Aлександр Михайлович БАБАКОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 8.2.1963
Post tat-twelid: Chisinau, RSS Moldovana (illum ir-Repubblika tal-Moldova)
|
Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin. Huwa membru prominenti ta’ “Russja Magħquda” u negozjant b’investimenti kbar fl-Ukrajna u fil-Krimea.
Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.
Wara l-amalgamazzjoni tal-partiti politiċi – “Russja Ġusta”, “Għall-Verità”, u “Patrijotti tar-Russja”, Babakov sar is-Segretarju tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-entità amalgamata.
Membru tad-Duma tal-Istat, membru tal-Kummissjonijiet dwar l-Enerġija, l-appoġġ għall-SMEs, l-Affarijiet tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti (CIS), l-integrazzjoni Ewro-Asjatika u l-appoġġ għall-kompatrijotti.
|
12.9.2014
|
121.
|
Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV)
(Олег Константинович АКИМОВ)
Oleh Kostiantynovych AKIMOV
(Олег Костянтинович АКIМОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 15.9.1981
Post tat-twelid: Luhansk, l-Ukrajna
|
Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Eks “Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tat-Trade Unions”. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. President attwali tal-Bord tal-Organizzazzjoni Pubblika Interreġjonali “Unjoni tal-Komunitajiet ta’ Lugansk”, rappreżentant tal-Kumitat ta’ Integrazzjoni “Russja-Donbass”.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa appoġġa għaldaqstant b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.
Jappoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
29.11.2014
|
131.
|
Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)
(Евгений Вячеславович ОРЛОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983
Post tat-twelid: Snezhnoye, oblast ta’ Donetsk, l-Ukrajna
г. Снежное, Донецкой области, Украина
|
Eks membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks president tal-moviment pubbliku “Donbass Ħieles”.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.
Eks Viċi President tal-Kumitat dwar l-Industrija u l-Kummerċ tal-Assemblea Nazzjonali tad-DPR.
|
29.11.2014
|
137.
|
Eduard Aleksandrovich BASURIN
(Эдуард Александрович БАСУРИН)
Eduard Oleksandrovych BASURIN
(Едуард Олександрович БАСУРIН)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 27.6.1966
Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna
|
Kelliem u Viċi Kap tal-“Milizzja tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.
Viċi Kap u rappreżentant uffiċjali tad-“Dipartiment tal-Milizzja tal-Poplu tad-DPR”.
|
16.2.2015
|
140.
|
Sergey Yurevich KUZOVLEV (magħruf ukoll bħala IGNATOV, TAMBOV)
(КУЗОВЛЕВ Сергей Юрьевич (magħruf ukoll bħala Сергей; ИГНАТОВ, ТAMБOB))
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 7.1.1967
Post tat-twelid: Michurinsk, oblast ta’ Tambov, Federazzjoni Russa
Мичуринск, Тамбовская область, Российская Федерация
|
L-hekk imsejjaħ eks Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.
Eks Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu.
|
16.2.2015
|
149.
|
Andrei Valeryevich KARTAPOLOV
(Андрей Валерьевич КАРТAПOЛOВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 9.11.1963
Post tat-twelid: l-eks Repubblika Demokratika tal-Ġermanja
|
Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b’mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.
Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa kien involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Eks Viċi Ministru għad-Difiża.
Membru tad-Duma tal-Istat mid-19 ta’ Settembru 2021.
|
16.2.2015
|
152.
|
Ruslan Ismailovich BALBEK
(Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 28.8.1977
Post tat-twelid: Bekabad, RSS tal-Użbekistan (illum l-Użbekistan)
|
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.
Eks Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi.
Fl-2014, Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u ħadem f’din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b’midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea”. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fergħa tal-Krimea) u f’artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta’ Lulju 2016.
|
9.11.2016
|
154.
|
Dmitry Anatolievich BELIK
(Дмитрий Анатольевич БЕЛИК)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 17.10.1969
Post tat-twelid: Kular, id-distrett Ust-Yansky, RSS awtonoma ta’ Yakut (illum il-Federazzjoni Russa)
|
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta’ Sevastopol li ġiet annessa illegalment.
Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar l-affarijiet internazzjonali.
Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta’ Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku tal-Poplu” Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit web personali tiegħu u f’intervista ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2016 fuq is-sit web nation-news.ru.
Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija – it-tieni grad”.
|
9.11.2016
|
155.
|
Andrei Dmitrievich KOZENKO
(Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 3.8.1981
Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)
|
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.
Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.
F’Marzu 2014, Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fis-sit web gazetakrimea.ru fit-12 ta’ Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta’ annessjoni ġie ppremjat b’midalja “Għad-difiża tar-‘Repubblika tal-Krimea’” mill-“awtoritajiet” lokali.
|
9.11.2016
|
156.
|
Svetlana Borisovna SAVCHENKO
(Светлана Борисовна САВЧЕНКО)
|
Ġeneru: femminil
Data tat-twelid: 24.6.1965
Post tat-twelid: Belogorsk, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)
|
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.
Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.
Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” sa mill-2012 u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F’Settembru 2014, Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f’għadd ta’ okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta’ April 2016 u l-20 ta’ Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-Istat Russu “Għal servizzi lill-art tat-twelid”– grad II fl-2014 u bl-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea” fl-2015.
|
9.11.2016
|
157.
|
Pavel Valentinovich SHPEROV
(Павел Валентинович ШПЕРОВ)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 4.7.1971
Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)
|
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.
Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tas-CIS, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti.
F’Settembru 2014, Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.
Huwa pubblikament ammetta, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit web ldpr-rk.ru fit-3 ta’ Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b’mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola.
|
9.11.2016
|
162.
|
Inna Nikolayevna GUZEYEVA
(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)
Inna Nikolayevna GUZEEVA
(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)
Inna Mykolayivna HUZIEIEVA
(Iнна Миколаївна ГУЗЄЄВА)
|
Ġeneru: femminil
Data tat-twelid: 20.5.1971
Post tat-twelid: il-Krimea, l-Ukrajna
|
Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
14.5.2018
|
163.
|
Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO/Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO
(Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО)
Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO
(Наталiя Iванiвна БЕЗРУЧЕНКО)
|
Ġeneru: femminil
Data tat-twelid: 22.8.1979
Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna
|
Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
14.5.2018
|
167.
|
Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA
(Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)
Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA
(Ольга Валерiївна ПОЗДНЯКОВА)
|
Ġeneru: femminil
Data tat-twelid: 30.3.1982
Post tat-twelid: Shakhty, Oblast ta’ Rostov, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)
|
Eks “President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u b’hekk appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.
Eks Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fl-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.
|
10.12.2018
|
183.
|
Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV
(Александр Владимирович ДВОРНИКОВ)
|
Ġeneru: maskil; Data tat-twelid: 22.8.1961
Post tat-twelid: Ussuriysk, Primorskiy Krai, Federazzjoni Russa
|
Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, Kurunell Ġenerali u responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment. F’dan ir-rwol, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.
Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.
|
15.3.2019
|
184.
|
Sergei Andreevich DANILENKO
(Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 14.3.1960
Post tat-twelid: Krasnodar, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)
|
Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
28.1.2020
|
185.
|
Lidia Aleksandrovna BASOVA
(Лидия Александровна БАСОВА)
Lidiya Oleksandrivna BASOVA
(Лiдiя Олександрiвна БАСОВА)
|
Ġeneru: femminil
Data tat-twelid: 1972
|
Eks Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
28.1.2020
|
192.
|
Leonid Kronidovich RYZHENKIN
(Леонид Кронидович РЫЖЕНЬКИН)
|
Ġeneru: maskil
Data tat-twelid: 10.11.1967
Post tat-twelid: mhux magħruf
Numru tal-passaport: 722706177 (fl-2015)
|
Eks viċi direttur ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura fi Stroigazmontazh (SGM), li mill-2015 issorvelja l-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch (inkluż il-parti ferrovjarja tal-pont) li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
1.10.2020”
|