EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0408

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/5954/2022/INIT

OJ L 84, 11.3.2022, p. 2–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/408/oj

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/408

tal-10 ta’ Marzu 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fuq il-bażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-informazzjoni li tikkonċerna 37 individwu u sitt entitajiet fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li tiġi emendata.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.7.1974

Post tat-twelid: Kharkiv, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna)

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali Ukrena fl-1 ta’ Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, u b’hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Paċifiku tal-Federazzjoni Russa u Viċi Ammirall.

17.3.2014

8.

Sergey Pavlovych TSEKOV

(Сергей Павлович ЦЕКОВ)

Serhiy Pavlovych TSEKOV

(Сергiй Павлович ЦЕКОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953

Post tat-twelid: Simferopol, l-Ukrajna

Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma’ Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f’dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-2014, maħtur mill-ġdid f’Settembru 2019. Membru tal-Kunsill tal-Kumitat Federali għall-Affarijiet Barranin.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 30.7.1970

Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kienet Leningrad), il-Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b’appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

Eks Viċi President u eks membru tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali.

Membru tal-Presidju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit Russja Magħquda.

17.3.2014

19.

Aleksandr Viktorovich VITKO

(Александр Викторович ВИТКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 13.9.1961

Post tat-twelid: Vitebsk, RSS Belarussa (illum il-Belarussja)

Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Eks Kap tal-Persunal u kien l-Ewwel Viċi Kap Kmandant tal-Forza Navali Russa.

17.3.2014

27.

Alexander Mihailovich NOSATOV

(Александр Михайлович НОСАТОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 27.3.1963

Post tat-twelid: Sevastopol, RSS Ukrena (illum l--Ukrajna)

Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Attwalment Ammirall, Kap tal-Persunal Ewlieni tal-Flotta Navali Russa.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

(Игорь Николаевич ТУРЧЕНЮК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 5.12.1959

Post tat-twelid: Osh, RSS Kirgiża (illum il-Kirgiżistan)

Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, annessa illegalment, (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

Kap tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Gwardja Nazzjonali Russa.

21.3.2014

37.

Sergei Ivanovich MENYAILO

(Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 22.8.1960

Post tat-twelid: Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol.

Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana mid-19 ta’ Settembru 2021.

29.4.2014

38.

Olga Fyodorovna KOVITIDI

(Ольга Фёдоровна КОВИТИДИ)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 7.5.1962

Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa mill-2014, maħtura mill-ġdid fl-2019.

Membru tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġiżlazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat.

29.4.2014

50.

Vladimir Anatolievich SHAMANOV

(Владимир Анатольевич ШАМАНОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.2.1957

Post tat-twelid: Barnaul, il-Federazzjoni Russa

Eks Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta’ awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

Eks President tal-Kumitat ta’ Difiża tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma tal-Istat, Kumitat għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

(Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 18.3.1980

Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta’ Voroshilovgrad, RSS Ukrena jew Yevpatoria, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Eks Prosekutriċi tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Implimentat b’mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

Eks Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, membru tal-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni tal-interferenza barranija fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa, membru tal-Kumitat għas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Għandha pożizzjoni ta’ Ambaxxatriċi fil-korpi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

62.

Aleksandr Yurevich BORODAI

(Александр Юрьевич БОРОДАЙ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 25.7.1972

Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (eż. fit-8 ta’ Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-“unjoni ta’ Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti; imexxi l-“Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbas”.

President tal-Bord tal-Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbass. Involut b’mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-“voluntiera” mibgħuta jiġġieldu f’Donbas.

Membru tad-Duma tal-Istat minn Settembru 2021. F’Ottubru 2021 iddikjara li l-forzi separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna huma “forzi Russi”.

12.7.2014

65.

Alexander KHRYAKOV

Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV

(Александр Витальевич ХРЯКОВ)

Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV

(Олександр Вiталiйович ХРЯКОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 6.11.1958

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-Kumitat dwar il-Baġit, il-Finanzi u l-Politika Ekonomika tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Għadu attiv fl-appoġġ tal-azzjonijiet separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.

12.7.2014

66.

Marat Faatovich BASHIROV

(Марат Фаатович БАШИРОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 20.1.1964

Post tat-twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa

L-hekk imsejjaħ eks “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, ikkonfermat fit-8 ta’ Lulju 2014.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Attwalment xjentist politiku fl-Istitut tal-Ġestjoni tal-Komunikazzjoni u Direttur taċ-Ċentru għall-Istudju tal-Problemi tar-Reġimi Internazzjonali ta’ Sanzjonijiet.

Ikompli b’attivitajiet ta’ appoġġ għal strutturi separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

12.7.2014

77.

Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

(Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.12.1950

Post tat-twelid: Vladivostok, il-Federazzjoni Russa

Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Huwa għadu president tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda u rappreżentant plenipotenzjarju tal-Federazzjoni Russa fil-Grupp ta’ Kuntatt dwar is-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-intrapriża tal-Istat Tactical Missiles Corporation JSC.

25.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV

(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 10.7.1981

Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), il-Federazzjoni Russa

Eks Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” f’Moska, jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Mid-19 ta’ Settembru 2021, Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai.

Mis-6 ta’ Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja.

25.7.2014

84.

Fyodor Dmitrievich BEREZIN

(Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН)

Fedir Dmytrovych BEREZIN

(Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 7.2.1960

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ eks “viċi Ministru għad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Huwa assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR.

25.7.2014

98.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

(Мирослав Владимирович РУДЕНКО)

Myroslav Volodymyrovych RUDENKO

(Мирослав Володимирович РУДЕНКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 21.1.1983

Post tat-twelid: Debaltsevo, l-Ukrajna

Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta’ Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-Kumitat dwar l-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

12.9.2014

108.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

(Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 11.8.1949

Post tat-twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Eks kap tar-Repubblika ta’ Dagestan. Eks Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

Membru tad-Duma tal-Istat u mexxej tal-fazzjoni Russja Magħquda fid-Duma tal-Istat.

12.9.2014

114.

Igor Vladimirovich LEBEDEV

(Игорь Владимирович ЛЕБЕДЕВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 27.9.1972

Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

119.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

(Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 8.2.1963

Post tat-twelid: Chisinau, RSS Moldovana (illum ir-Repubblika tal-Moldova)

Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin. Huwa membru prominenti ta’ “Russja Magħquda” u negozjant b’investimenti kbar fl-Ukrajna u fil-Krimea.

Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Wara l-amalgamazzjoni tal-partiti politiċi – “Russja Ġusta”, “Għall-Verità”, u “Patrijotti tar-Russja”, Babakov sar is-Segretarju tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-entità amalgamata.

Membru tad-Duma tal-Istat, membru tal-Kummissjonijiet dwar l-Enerġija, l-appoġġ għall-SMEs, l-Affarijiet tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti (CIS), l-integrazzjoni Ewro-Asjatika u l-appoġġ għall-kompatrijotti.

12.9.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV)

(Олег Константинович АКИМОВ)

Oleh Kostiantynovych AKIMOV

(Олег Костянтинович АКIМОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.9.1981

Post tat-twelid: Luhansk, l-Ukrajna

Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Eks “Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tat-Trade Unions”. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. President attwali tal-Bord tal-Organizzazzjoni Pubblika Interreġjonali “Unjoni tal-Komunitajiet ta’ Lugansk”, rappreżentant tal-Kumitat ta’ Integrazzjoni “Russja-Donbass”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa appoġġa għaldaqstant b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Jappoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

29.11.2014

131.

Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

(Евгений Вячеславович ОРЛОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983

Post tat-twelid: Snezhnoye, oblast ta’ Donetsk, l-Ukrajna

г. Снежное, Донецкой области, Украина

Eks membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks president tal-moviment pubbliku “Donbass Ħieles”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

Eks Viċi President tal-Kumitat dwar l-Industrija u l-Kummerċ tal-Assemblea Nazzjonali tad-DPR.

29.11.2014

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN

(Эдуард Александрович БАСУРИН)

Eduard Oleksandrovych BASURIN

(Едуард Олександрович БАСУРIН)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 27.6.1966

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Kelliem u Viċi Kap tal-“Milizzja tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

Viċi Kap u rappreżentant uffiċjali tad-“Dipartiment tal-Milizzja tal-Poplu tad-DPR”.

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich KUZOVLEV (magħruf ukoll bħala IGNATOV, TAMBOV)

(КУЗОВЛЕВ Сергей Юрьевич (magħruf ukoll bħala Сергей; ИГНАТОВ, ТAMБOB))

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 7.1.1967

Post tat-twelid: Michurinsk, oblast ta’ Tambov, Federazzjoni Russa

Мичуринск, Тамбовская область, Российская Федерация

L-hekk imsejjaħ eks Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

Eks Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu.

16.2.2015

149.

Andrei Valeryevich KARTAPOLOV

(Андрей Валерьевич КАРТAПOЛOВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 9.11.1963

Post tat-twelid: l-eks Repubblika Demokratika tal-Ġermanja

Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b’mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa kien involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks Viċi Ministru għad-Difiża.

Membru tad-Duma tal-Istat mid-19 ta’ Settembru 2021.

16.2.2015

152.

Ruslan Ismailovich BALBEK

(Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 28.8.1977

Post tat-twelid: Bekabad, RSS tal-Użbekistan (illum l-Użbekistan)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Eks Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi.

Fl-2014, Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u ħadem f’din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b’midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea”. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fergħa tal-Krimea) u f’artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta’ Lulju 2016.

9.11.2016

154.

Dmitry Anatolievich BELIK

(Дмитрий Анатольевич БЕЛИК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 17.10.1969

Post tat-twelid: Kular, id-distrett Ust-Yansky, RSS awtonoma ta’ Yakut (illum il-Federazzjoni Russa)

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta’ Sevastopol li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar l-affarijiet internazzjonali.

Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta’ Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku tal-Poplu” Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit web personali tiegħu u f’intervista ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2016 fuq is-sit web nation-news.ru.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija – it-tieni grad”.

9.11.2016

155.

Andrei Dmitrievich KOZENKO

(Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 3.8.1981

Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

F’Marzu 2014, Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fis-sit web gazetakrimea.ru fit-12 ta’ Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta’ annessjoni ġie ppremjat b’midalja “Għad-difiża tar-‘Repubblika tal-Krimea’” mill-“awtoritajiet” lokali.

9.11.2016

156.

Svetlana Borisovna SAVCHENKO

(Светлана Борисовна САВЧЕНКО)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 24.6.1965

Post tat-twelid: Belogorsk, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.

Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” sa mill-2012 u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F’Settembru 2014, Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f’għadd ta’ okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta’ April 2016 u l-20 ta’ Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-Istat Russu “Għal servizzi lill-art tat-twelid”– grad II fl-2014 u bl-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea” fl-2015.

9.11.2016

157.

Pavel Valentinovich SHPEROV

(Павел Валентинович ШПЕРОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 4.7.1971

Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tas-CIS, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti.

F’Settembru 2014, Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

Huwa pubblikament ammetta, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit web ldpr-rk.ru fit-3 ta’ Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b’mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola.

9.11.2016

162.

Inna Nikolayevna GUZEYEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Nikolayevna GUZEEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Mykolayivna HUZIEIEVA

(Iнна Миколаївна ГУЗЄЄВА)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 20.5.1971

Post tat-twelid: il-Krimea, l-Ukrajna

Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

163.

Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO/Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO

(Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО)

Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO

(Наталiя Iванiвна БЕЗРУЧЕНКО)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 22.8.1979

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

167.

Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA

(Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)

Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA

(Ольга Валерiївна ПОЗДНЯКОВА)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 30.3.1982

Post tat-twelid: Shakhty, Oblast ta’ Rostov, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks “President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u b’hekk appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Eks Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fl-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

10.12.2018

183.

Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV

(Александр Владимирович ДВОРНИКОВ)

Ġeneru: maskil; Data tat-twelid: 22.8.1961

Post tat-twelid: Ussuriysk, Primorskiy Krai, Federazzjoni Russa

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, Kurunell Ġenerali u responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment. F’dan ir-rwol, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

184.

Sergei Andreevich DANILENKO

(Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 14.3.1960

Post tat-twelid: Krasnodar, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

185.

Lidia Aleksandrovna BASOVA

(Лидия Александровна БАСОВА)

Lidiya Oleksandrivna BASOVA

(Лiдiя Олександрiвна БАСОВА)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 1972

Eks Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

192.

Leonid Kronidovich RYZHENKIN

(Леонид Кронидович РЫЖЕНЬКИН)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 10.11.1967

Post tat-twelid: mhux magħruf

Numru tal-passaport: 722706177 (fl-2015)

Eks viċi direttur ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura fi Stroigazmontazh (SGM), li mill-2015 issorvelja l-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch (inkluż il-parti ferrovjarja tal-pont) li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020”

 

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Chernomorneftegaz”

(qabel kienet magħrufa bħala PJSC “Chernomorneftegaz”)

Prospekt Kirov 52, Simferopol, Crimea, Ukraine 295000

пр. Кирова 52, г. Симферополь, Крым, Украина 295000

Nru tat-telefon:

+ 7 (3652) 66-70-00

+ 7 (3652) 66-78-00

http://gas.crimea.ru/

office@chernomorneftegaz.ru

Numru ta’ reġistrazzjoni: 1149102099717

Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fid-29 ta’ Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Chernomorneftegaz” (Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Черноморнефтегаз”). Fundatur: Il-Ministeru għall-Fjuwil u l-Enerġija tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство топлива и энергетики ‘Республики Крым’).

12.5.2014

19.

Istituzzjoni tal-baġit tal-Istat Federali għax-xjenza u r-riċerka “Istituzzjoni nazzjonali ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid, l-Akkademja tax-Xjenzi Russa ‘Magarach’”

Федеральное государственное бюджетное учреждение науки ‘Всероссийский национальный научно-исследовательский институт виноградарства и виноделия “Магарач” РАН’

298600, Kirov Street 31, Yalta, Crimea, Ukraine

298600, ул. Кирова, 31, г. Ялта, Крым, Украина

priemnaya@magarach-institut.ru

www.magarach-institut.ru

+ 7(3654) 32-05-91

Numru tar-reġistrazzjoni: 1159102130857

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991 6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-‘Repubblika tal-Krimea’” tas-26 ta’ Marzu 2014 u Nru 1836 6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-‘Repubblika tal-Krimea’” fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Agrofirma “Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”’ f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

Reġistrata mill-ġdid fil-15 ta’ Jannar 2015 bħala “Istituzzjoni Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’”.

(Государственное бюджетное учреждение ‘Республики Крым’‘Национальный научно исследовательский институт винограда и вина “Магарач”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство сельского хозяйства ‘Республики Крым’).

25.7.2014

 

(Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’”

Qabel kienet magħrufa bħala “Intrapriża statali ‘Magarach’ tal-istitut nazzjonali tal-inbid”

“Государственное предприятие Агрофирма ‘Магарач’ Национального института винограда и вина ‘Магарач”

Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

 

Fid-9 ta’ Frar 2015, l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” ġie ttrasformat f’faċilità xjentifika Baġitarja Federali “Istitut ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid ‘Magarach’”, fi ħdan l-Akkademja Russa tax-Xjenzi.

 

20.

Kumpannija b’ishma konġunti “Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’”

Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’

Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża statali unitarja tar-“Repubblika tal-Krimea” l-“Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’”

298032, Crimea, Sudak, Novy Svet, str. Shalapina 1.

298032, Крым, г. Судак, пгт. Судак, пгт. Новый Свет, ул. 1

+ 7-(365) 663-35-00

+7-(365) 663-35-22

+7-978-914- 00-10

http://nsvet-crimea.ru/

Numru tar-reġistrazzjoni: 1179102021460

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014, il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta d-deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-‘Repubblika tal-Krimea’” tas-26 ta’ Marzu 2014, u Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-‘Repubblika tal-Krimea’” fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu għall-intrapriża tal-istat “Zavod shampanskykh vin Novy Svet”’ f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”.

25.7.2014

 

Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’

Gosudarstvennoye unitarnoye predpriyatiye Respubliki Krym ‘Zavod shampanskykh vin “Novy Svet”’ u bħala ‘Intrapriża statali impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’

Государственное предприятие Завод шампанских вин “Новый свет” (Gosudarstvenoye predpriyatiye Zavod shampanskykh vin “Novy Svet”)

 

L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fl-4 ta’ Jannar 2015 bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство сельского хозяйства Республики Крым)

Reġistrata mill-ġdid wara r-riorganizzazzjoni fid-29 ta’ Awwissu 2017 bħala Kumpannija b’ishma konġunti Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet” (Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: il-Ministeru għar-Regolamenti dwar l-Art u l-Proprjetà tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство земельных и имущественных отношений Республики Крым).

 

25.

Il-moviment pubbliku “Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk” (Mir Luganschine) Общественное движение ‘Мир Луганщине’

https://mir-lug.info/

Indirizz: Karl Marx Street 7, Luhansk, Ukraine

улица Карла Маркса, 7, г. Луганск, Украина

info@mir-lug.info

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Mis-17 ta’ Frar 2018, il-president tal-organizzazzjoni huwa Leonid PASECHNIK u għalhekk hi assoċjata ma’ persuna ddeżinjata mill-Kunsill.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali, hi għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna.

29.11.2014

26.

Moviment pubbliku “Donbass Ħieles” (magħruf ukoll bħala “Donbas Ħieles”, “Svobodny Donbass”) Общественное движение ‘Свободньιй Донбасс’

http://www.odsd.ru/

https://xn--d1aa2an.xn--p1ai/

Indirizz:

102, Khmelnitsky Ave., Donetsk (office 512)

Донецк, пр. Б.Хмельницкого, 102, офис 512

press-odsd@yandex.ru

“Organizzazzjoni" pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk" fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-elezzjonijiet huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet" illegali, hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna.

29.11.2014

33.

Brigata Prizrak

Бригада “Призрак”

Indirizz: District 50 Year of the USSR, 18; c. of Kirovsk

https://vk.com/battalionprizrak

mail@prizrak.info

+ 38 (072) 199-86-39

Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Lugansk”.

Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini.

Parti mill-hekk imsejħa Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

16.2.2015”


Top