Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0582R(01)

    Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 110 tat-8 ta' April 2022)

    ST/8245/2022/INIT

    ĠU L 141, 20.5.2022, p. 131–131 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/582/corrigendum/2022-05-20/oj

    20.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 141/131


    Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 110 tat-8 ta' April 2022 )

    Fil-paġna 66, fl-Anness, fit-tabella intitolata "Persuni", fl-entrata 916,

    minflok:

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “916.

    Soadat Narzieva

    (Соадат НАРЗИЕВА)

    Post tat-twelid: Uzbekistan

    Individwu assoċjat: Alisher Usmanov (ħuha)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Soadat Narzieva hija oħt Alisher Usmanov, oligarka proKremlin, li għandha rabtiet mill-qrib mal-President Russu Vladimir Putin u huwa elenkat skont id-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Alisher Usmanov ittrasferixxa assi konsiderevoli lil oħtu Soadat Narzieva, inkluż pagament uniku jew rigal ta’ USD 3 miljuni. Hija kellha wkoll 27 kont bankarju Żvizzeru, li kellhom mijiet ta’ miljun dollaru, li jistgħu jkunu marbuta ma’ ħuha Alisher Usmanov. Hija kienet marbuta wkoll ma’ sitt kumpaniji offshore li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkunu marbuta ma’ Usmanov. Soadat Narzieva hija għalhekk assoċjata ma’ Alisher Usmanov, li appoġġa materjalment jew finanzjarjament b’mod attiv lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Russi responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna u appoġġa b’mod attiv il-politiki tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna

    8.4.2022"

    aqra:

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “916.

    Saodat NARZIEVA

    (Саoдат НАРЗИЕВА)

    Post tat-twelid: Uzbekistan

    Individwu assoċjat: Alisher Usmanov (ħuha)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Saodat Narzieva hija oħt Alisher Usmanov, oligarka proKremlin, li għandu rabtiet mill-qrib mal-President Russu Vladimir Putin u huwa elenkat skont id-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Alisher Usmanov ittrasferixxa assi konsiderevoli lil oħtu Saodat Narzieva, inkluż pagament uniku jew rigal ta’ USD 3 miljuni. Hija kellha wkoll 27 kont bankarju Żvizzeru, li kellhom mijiet ta’ miljun dollaru, li jistgħu jkunu marbuta ma’ ħuha Alisher Usmanov. Hija kienet marbuta wkoll ma’ sitt kumpaniji offshore li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkunu marbuta ma’ Usmanov. Saodat Narzieva hija għalhekk assoċjata ma’ Alisher Usmanov, li appoġġa materjalment jew finanzjarjament b’mod attiv lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Russi responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna u appoġġa b’mod attiv il-politiki tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna

    8.4.2022"


    Top