Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1890

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1890 tat-2 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħaxix

C/2021/5584

ĠU L 384, 29.10.2021, pp. 23–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2024; Impliċitament imħassar minn 32023R2429

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1890/oj

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 384/23


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1890

tat-2 ta’ Awwissu 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi regoli dettaljati dwar standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħaxix.

(2)

Mill-2018 sal-2020, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandards tal-Kwalità Agrikola tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) irreveda l-istandards tal-UNECE għall-bżar ħelu (2018 & 2020), l-għeneb tal-mejda (2019 & 2020), it-tuffieħ u l-lanġas (2020). Sabiex jiġu evitati ostakli għall-kummerċ li mhumiex neċessarji, l-istandards speċifiċi u ġenerali għal dawk il-frott u l-ħaxix ipprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jeħtieġ li jinġiebu konformi mal-istandards ġodda tal-UNECE.

(3)

Meta jitqies li dawk l-istandards riveduti tal-UNECE ġew ippreżentati b’suċċess għall-approvazzjoni tal-Istati Membri skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2104 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-UNECE dwar l-Istandards tal-Kwalità Agrikola (UNECE-WP.7) (3).

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2104 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta' Ħidma dwar Standards ta' Kwalità Agrikoli tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE-WP.7) fir-rigward ta' proposti dwar standards ta' kwalità għal frott u ħaxix (ĠU L 303, 18.11.2017, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

PARTI A

Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni

L-għan ta’ dan l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità tal-frott u l-ħaxix, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

1.   Rekwiżiti minimi

Bla preġudizzju għat-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti,

f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:

jifilħu għat-trasport u l-ġarr,

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

2.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-prodotti jridu ikunu żviluppati biżżejjed iżda mhux iżżejjed, u l-frott irid ikun jidher li sar b'mod sodisfaċenti u ma għandux ikun misjur iżżejjed.

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-prodotti jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.

3.   Tolleranza

F’kull lot għandha tiġi permessa tolleranza ta’ 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità. F’din it-tolleranza ma għandux ikun hemm iktar minn 2% mit-total li jkun jikkonsisti fi prodott li beda jitħassar.

4.   Marka

Kull pakkett (1) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz fiżiku ta’ min jippakkja u/jew l-ispeditur (pereżempju: triq/belt/reġjun/kodiċi postali u, jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Oriġini

L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini (2). Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI B

L-Istandards Speċifiċi tal-Kummerċjalizzazzjoni

PARTI 1: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għat-tuffieħ ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tuffieħ għandu jkun:

intatt,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn taħsir fuq ġewwa (watercore), ħlief għall-varjetajiet immarkati b’“V” elenkati fl-appendiċi ta’ dan l-istandard,

ħieles minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

It-tuffieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b'mod sodisfaċenti.

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tuffieħ iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi ta' maturità, jistgħu jitqiesu għadd ta' parametri (pereżempju l-aspett morfoloġiku, it-togħma, kemm hu sod il-prodott u l-indiċi refrattometriku tiegħu).

C.   Klassifikazzjoni

It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.

(i)   Klassi "Extra"

It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (3) u z-zokk irid ikun intatt.

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

3/4 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,

l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difetti żgħar ħafna fil-qoxra,

b'qoxra li hija kemxejn ħoxna u ħamra samranija (russeting) (4) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu ma jkunux 'il barra mill-ħofra taz-zokk u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

traċċi ħfief u iżolati ta' qoxra ħoxna u ħamra samranija (russeting).

(ii)   Klassi I

It-tuffieħ f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (5).

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/10 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,

l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difett żgħir fil-kulur,

dbabar ħfief li mhumiex ikbar minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-kulur,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 0.25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (6) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu kemxejn 'il barra mill-ħofra taz-zokk jew tal-pistill u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/20 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt

li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

Iz-zokk jista' jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra ta' maġenbha ma tkunx imħassra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm it-tuffieħ iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

dbabar ħfief li ma jaqbżux il-1.5 cm2 tal-erja tal-wiċċ li tista' tkun tilfet kemxejn il-kulur,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2,5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ;

b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (7) bħal pereżempju

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu 'il barra mill-ħofor taz-zokk jew tal-pistili u li jistgħu jkunu kemxejn raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt

li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun ta' 60 mm, jekk jitkejjel skont id-dijametru jew 90 g jekk jiġi mkejjel skont il-piż. Frott ta' daqs iżgħar jista' jiġi aċċettat, jekk il-livell Brix (8) tal-prodott ikun ta' 10.5° Brix jew akbar u d-daqs ma jkunx iżgħar minn 50 mm jew 70 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley's Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tilħaq sa 10 mm, u

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Nebbiet ta' Bramley (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tkun sa 20 mm.

(b)

għall-frott imkejjel skont il-piż:

Għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

70-90

15 g

91-135

20 g

136-200

30 g

201-300

40 g

> 300

50 g

Għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:

Firxa (gm)

Uniformità (gm)

70-135

35

136-300

70

> 300

100

M’hemmx rekwiżit dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

Varjetajiet ta’ tuffieħ ċkejken, immarkati b’“M” fl-appendiċi għal dan l-istandard, huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar id-daqs. Dawk il-varjetajiet ċkejknin għandu jkollhom livell Brix (9) minimu ta’ 12°.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta' :

5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,

10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. B'mod partikolari, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta' aktar minn 3 kg għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, partikolarment karti jew bolol li fihom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess, sakemm l-istampar jew it-tabellar ikun sar b' inka jew kolla mhux tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (10) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Tuffieħ” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (11) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

Fil-każ ta’ mutazzjonijiet bi protezzjoni varjetali, l-isem tal-varjetà bażika jista’ jinbidel b’dan l-isem tal-varjetà. Fil-każ ta’ mutazzjonjiet mingħajr protezzjoni varjetali, dan l-isem tal-mutazzjoni jista’ jiġi indikat biss flimkien mal-isem tal-varjetà bażika.

“Varjetà ċkejkna”, fejn xieraq.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (12) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi

Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

b’mod fakultattiv, għall-prodotti mhux suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u iktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, segwiti bid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka tal-kontroll uffiċjali (opzjonali)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet tat-tuffieħ

Frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.

Uħud mill-varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tal-marka kummerċjali f’pajjiż wieħed jew aktar. L-ewwel tliet kolonni tat-tabella t'hawn taħt ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Referenzi għal marki kummerċjali magħrufa ġew inklużi fir-raba’ kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.

Didaskalija:

M

=

varjetà ċkejkna

R

=

varjetà b’qoxra ħoxna u ħamra samranija

V

=

soluzzjoni ta' ilma u zokkor (watercore)

*

=

mutazzjoni mingħajr protezzjoni varjetali iżda li hi marbuta ma’ marka kummerċjali reġistrata/protetta; mutazzjonijiet mhux immarkati bl-asterisk huma varjetajiet protetti

Varjetajiet

Mutazzjoni

Sinonimi

Il-Marki kummerċjali

Grupp ta’ kulur

Speċifikazzjonijiet addizzjonali

African Red

 

 

African Carmine ™

B

 

Akane

 

Tohoku 3, Primerouge

 

B

 

Alkmene

 

Early Windsor

 

C

 

Alwa

 

 

 

B

 

Amasya

 

 

 

B

 

Ambrosia

 

 

Ambrosia ®

B

 

Annurca

 

 

 

B

 

Ariane

 

 

Les Naturianes ®

B

 

Arlet

 

Swiss Gourmet

 

B

R

AW 106

 

 

Sapora ®

C

 

Belgica

 

 

 

B

 

Belle de Boskoop

 

Schone van Boskoop, Goudreinette

 

D

R

 

Boskoop rouge

Red Boskoop, Roter Boskoop, Rode Boskoop

 

B

R

 

Boskoop Valastrid

 

 

B

R

Berlepsch

 

Freiherr von Berlepsch

 

C

 

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

 

B

 

Bonita

 

 

 

A

 

Braeburn

 

 

 

B

 

 

Hidala

 

Hillwell ®

A

 

 

Joburn

 

Aurora ™,

Red Braeburn ™,

Southern Rose ™

A

 

 

Lochbuie Red Braeburn

 

 

A

 

 

Mahana Red Braeburn

 

Redfield ®

A

 

 

Mariri Red

 

Eve ™, Aporo ®

A

 

 

Royal Braeburn

 

 

A

 

Bramley's Seedling

 

Bramley, Triomphe de Kiel

 

D

 

Cardinal

 

 

 

B

 

Caudle

 

 

Cameo ®, Camela®

B

 

 

Cauflight

 

Cameo ®, Camela®

A

 

CIV323

 

 

Isaaq ®

B

 

CIVG198

 

 

Modi ®

A

 

Civni

 

 

Rubens ®

B

 

Collina

 

 

 

C

 

Coop 38

 

 

Goldrush ®, Delisdor ®

D

R

Coop 39

 

 

Crimson Crisp ®

A

 

Coop 43

 

 

Juliet ®

B

 

Coromandel Red

 

Corodel

 

A

 

Cortland

 

 

 

B

 

Cox's Orange Pippin

 

Cox orange, Cox's O.P.

 

C

R

Cripps Pink

 

 

Pink Lady ®, Flavor Rose ®

C

 

 

Lady in Red

 

Pink Lady ®

B

 

 

Rosy Glow

 

Pink Lady ®

B

 

 

Ruby Pink

 

 

B

 

Cripps Red

 

 

Sundowner ™, Joya ®

B

 

Dalinbel

 

 

Antares ®

B

R

Dalitron

 

 

Altess ®

D

 

Delblush

 

 

Tentation ®

D

 

Delcorf

 

 

Delbarestivale ®

C

 

 

Celeste

 

 

B

 

 

Bruggers Festivale

 

Sissired ®

A

 

 

Dalili

 

Ambassy ®

A

 

 

Wonik*

 

Appache ®

A

 

Delcoros

 

 

Autento ®

A

 

Delgollune

 

 

Delbard Jubilé ®

B

 

Delicious ordinaire

 

Ordinary Delicious

 

B

 

Discovery

 

 

 

C

 

Dykmanns Zoet

 

 

 

C

 

Egremont Russet

 

 

 

D

R

Elise

 

De Roblos, Red Delight

 

A

 

Elstar

 

 

 

C

 

 

Bel-El

 

Red Elswout ®

C

 

 

Daliest

 

Elista ®

C

 

 

Daliter

 

Elton ™

C

 

 

Elshof

 

 

C

 

 

Elstar Boerekamp

 

Excellent Star ®

C

 

 

Elstar Palm

 

Elstar PCP ®

C

 

 

Goedhof

 

Elnica ®

C

 

 

Red Elstar

 

 

C

 

 

RNA9842

 

Red Flame ®

C

 

 

Valstar

 

 

C

 

 

Vermuel

 

Elrosa ®

C

 

Empire

 

 

 

A

 

Fengapi

 

 

Tessa ®

B

 

Fiesta

 

Red Pippin

 

C

 

Fresco

 

 

Wellant ®

B

R

Fuji

 

 

 

B

V

 

Aztec

 

Fuji Zhen ®

A

V

 

Brak

 

Fuji Kiku ® 8

B

V

 

FUCIV51

 

SAN-CIV ®

A

V

 

Fuji Fubrax

 

Fuji Kiku ® Fubrax

B

V

 

Fuji Supreme

 

 

A

V

 

Fuji VW

 

King Fuji ®

A

V

 

Heisei Fuji

 

Beni Shogun ®

A

V

 

Raku-Raku

 

 

B

V

Gala

 

 

 

C

 

 

Alvina

 

 

A

 

 

ANABP 01

 

Bravo ™

A

 

 

Baigent

 

Brookfield ®

A

 

 

Bigigalaprim

 

Early Red Gala ®

A

 

 

Devil Gala

 

 

A

 

 

Fengal

 

Gala Venus

A

 

 

Gala Schnico

 

Schniga ®

A

 

 

Gala Schnico Red

 

Schniga ®

A

 

 

Galafresh

 

Breeze ®

A

 

 

Galaval

 

 

A

 

 

Galaxy

 

Selekta ®

B

 

 

Gilmac

 

Neon ®

A

 

 

Imperial Gala

 

 

B

 

 

Jugala

 

 

B

 

 

Mitchgla

 

Mondial Gala ®

B

 

 

Natali Gala

 

 

B

 

 

Regal Prince

 

Gala Must ®

B

 

 

Royal Beaut

 

 

A

 

 

Simmons

 

Buckeye ® Gala

A

 

 

Tenroy

 

Royal Gala ®

B

 

 

ZoukG1

 

Gala One®

A

 

Galmac

 

 

Camelot ®

B

 

Gloster

 

 

 

B

 

Golden 972

 

 

 

D

 

Golden Delicious

 

Golden

 

D

 

 

CG10 Yellow Delicious

 

Smothee ®

D

 

 

Golden Delicious Reinders

 

Reinders ®

D

 

 

Golden Parsi

 

Da Rosa ®

D

 

 

Leratess

 

Pink Gold ®

D

 

 

Quemoni

 

Rosagold ®

D

 

Goldstar

 

 

Rezista Gold Granny ®

D

 

Gradigold

 

 

Golden Supreme ™, Golden Extreme ™

D

 

Gradiyel

 

 

Goldkiss ®

D

 

Granny Smith

 

 

 

D

 

 

Dalivair

 

Challenger ®

D

 

Gravensteiner

 

Gravenstein

 

D

 

GS 66

 

 

Fräulein ®

B

 

HC2-1

 

 

Easy pep’s! Zingy ®

A

 

Hokuto

 

 

 

C

 

Holsteiner Cox

 

Holstein

 

C

R

Honeycrisp

 

 

Honeycrunch ®

C

 

Horneburger

 

 

 

D

 

Idared

 

 

 

B

 

 

Idaredest

 

 

B

 

 

Najdared

 

 

B

 

Ingrid Marie

 

 

 

B

R

Inored

 

 

Story ®, LoliPop ®

A

 

James Grieve

 

 

 

D

 

Jonagold

 

 

 

C

 

 

Early Jonagold

 

Milenga ®

C

 

 

Dalyrian

 

 

C

 

 

Decosta

 

 

C

 

 

Jonagold Boerekamp

 

Early Queen ®

C

 

 

Jonagold Novajo

Veulemanns

 

C

 

 

Jonagored

 

Morren’s Jonagored ®

C

 

 

Jonagored Supra

 

Morren’s Jonagored ® Supra ®

C

 

 

Red Jonaprince

 

Wilton’s ®, Red Prince ®

C

 

 

Rubinstar

 

 

C

 

 

Schneica

Jonica

 

C

 

 

Vivista

 

 

C

 

Jonathan

 

 

 

B

 

Karmijn de Sonnaville

 

 

 

C

R

Kizuri

 

 

Morgana ®

B

 

Ladina

 

 

 

B

 

La Flamboyante

 

 

Mairac ®

B

 

Laxton's Superb

 

 

 

C

R

Ligol

 

 

 

B

 

Lobo

 

 

 

B

 

Lurefresh

 

 

Redlove ® Era ®

A

 

Lureprec

 

 

Redlove ® Circe ®

A

 

Luregust

 

 

Redlove ® Calypso ®

A

 

Luresweet

 

 

Redlove ® Odysso ®

A

 

Maigold

 

 

 

B

 

Maribelle

 

 

Lola ®

B

 

MC38

 

 

Crimson Snow ®

A

 

McIntosh

 

 

 

B

 

Melrose

 

 

 

C

 

Milwa

 

 

Diwa ®, Junami ®

B

 

Minneiska

 

 

SweeTango ®

B

 

Moonglo

 

 

 

C

 

Morgenduft

 

Imperatore

 

B

 

Mountain Cove

 

 

Ginger Gold ™

D

 

Mored

 

 

Joly Red ®

A

 

Mutsu

 

Crispin

 

D

 

Newton

 

 

 

C

 

Nicogreen

 

 

Greenstar ®

D

 

Nicoter

 

 

Kanzi ®

B

 

Northern Spy

 

 

 

C

 

Ohrin

 

Orin

 

D

 

Paula Red

 

 

 

B

 

Pinova

 

 

Corail ®

C

 

 

RoHo 3615

 

Evelina ®

B

 

Piros

 

 

 

C

 

Plumac

 

 

Koru ®

B

 

Prem A153

 

 

Lemonade ®, Honeymoon ®

C

 

Prem A17

 

 

Smitten ®

C

 

Prem A280

 

 

Sweetie™

B

 

Prem A96

 

 

Rockit ™

B

M

R201

 

 

Kissabel ® Rouge

A

 

Rafzubin

 

 

Rubinette ®

C

 

 

Frubaur

 

Rubinette ® Rossina

A

 

 

Rafzubex

 

Rubinette ® Rosso

A

 

Rajka

 

 

Rezista Romelike ®

B

 

Regalyou

 

 

Candine ®

A

 

Red Delicious

 

Rouge américaine

 

A

 

 

Campsur

 

Red Chief ®

A

 

 

Erovan

 

Early Red One ®

A

 

 

Evasni

 

Scarlet Spur ®

A

 

 

Stark Delicious

 

 

A

 

 

Starking

 

 

C

 

 

Starkrimson

 

 

A

 

 

Starkspur

 

 

A

 

 

Topred

 

 

A

 

 

Trumdor

 

Oregon Spur Delicious ®

A

 

Reine des Reinettes

 

Gold Parmoné, Goldparmäne

 

C

V

Reinette grise du Canada

 

Graue Kanadarenette, Renetta Canada

 

D

R

RM1

 

 

Red Moon ®

A

 

Rome Beauty

 

Belle de Rome, Rome, Rome Sport

 

B

 

RS1

 

 

Red Moon ®

A

 

Rubelit

 

 

 

A

 

Rubin

 

 

 

C

 

Rubinola

 

 

 

B

 

Šampion

 

Shampion, Champion, Szampion

 

B

 

 

Reno 2

 

 

A

 

 

Šampion Arno

Szampion Arno

 

A

 

Santana

 

 

 

B

 

Sciearly

 

 

Pacific Beauty ™, NZ Beauty

A

 

Scifresh

 

 

Jazz ™

B

 

Sciglo

 

 

Southern Snap ™

A

 

Scilate

 

 

Envy ®

B

 

Sciray

 

GS48

 

A

 

Scired

 

 

NZ Queen

A

R

Sciros

 

 

Pacific Rose ™,NZ Rose

A

 

Senshu

 

 

 

C

 

Shinano Gold

 

 

Yello ®

D

 

Spartan

 

 

 

A

 

SQ 159

 

 

Natyra ®, Magic Star ®

A

 

Stayman

 

 

 

B

 

Summerred

 

 

 

B

 

Sunrise

 

 

 

A

 

Sunset

 

 

 

D

R

Suntan

 

 

 

D

R

Sweet Caroline

 

 

 

C

 

TCL3

 

 

Posy ®

A

 

Topaz

 

 

 

B

 

Tydeman's Early Worcester

 

Tydeman's Early

 

B

 

Tsugaru

 

 

 

C

 

UEB32642

 

 

Opal ®

D

 

WA 2

 

 

Sunrise Magic ™

A

 

WA 38

 

 

Cosmic Crisp ™

A

 

Worcester Pearmain

 

 

 

B

 

Xeleven

 

 

Swing ® natural more

A

 

York

 

 

 

B

 

Zari

 

 

 

B

 

Zouk 16

 

 

Flanders Pink ®, Mariposa ®

B

 

Zouk 31

 

 

Rubisgold ®

D

 

Zouk 32

 

 

Coryphée ®

A

 

PARTI 2: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott taċ-ċitru tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-ispeċi li ġejjin, li għandu jkun fornit frisk lill-konsumatur, u eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali:

lumi mkabbar mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f. u ibridi tagħha,

mandolin imkabbar mill-ispeċi Citrus reticulata Blanco, li jinkludi l-varjetajiet magħrufa bħala satsumas (Citrus unshiu Marcow), klementini (Citrus clementina hort. ex Tanaka), mandolin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u varjetà oħra ta' mandolin (Citrus tangerina Tanaka) li jitkabbru minn dawn l-ispeċijiet u l-ibridi tagħhom,

larinġ imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck u ibridi tagħha.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru jrid ikun:

intatti,

ħieles mid-dbabar u/jew qtugħ imfejjaq b'mod estensiv,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn sinjali ta' tikmix jew deidrazzjoni,

ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott taċ-ċitru jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun laħaq grad xieraq ta' żvilupp u ta' sajran, b'kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.

Il-maturità taċ-ċitru hija ddefinita mill-parametri li ġejjin speċifikati għal kull speċi hawn taħt:

kontenut minimu ta' meraq,

proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità (13),

kulur.

Il-grad tal-kulur għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.

 

Kontenut minimu tal-meraq (perċentwal)

Proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità

Tilwin

Lumi

20

 

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott ta' kulur aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

Satsumas

33

6,5 :1

Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta

Klementini

40

7,0 :1

Varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

33

7,5 :1  (14)

Larinġ

Larinġ tad-demm

30

6,5 :1

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Madankollu, frott ta' kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Larinġ imkabbar f'żoni b'temperaturi għoljin u b'kundizzjonijiet ta' umdità relattivament għolja matul il-perjodu tal-iżvilupp, b'kulur aħdar li jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ, huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Grupp taż-żokra

33

6,5 :1

Varjetajiet oħrajn

35

6,5 :1

Mosambi, Sathgudi u Pacitan b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta' kulur aħdar

33

 

Varjetajiet oħrajn b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar

45

 

Il-frott taċ-ċitru li jissodisfa r-rekwiżiti tal-maturità jista' jieħu l-kulur karatteristiku tal-frott misjur (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi naturali u organolettiċi l-oħrajn ma jkunux tbiddlu.

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott taċ-ċitru huwa kkassifikat fi tlett klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi "Extra"

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq ħafif tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess l-iffurmar tal-frott, bħalma huma qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija jew ħsara mill-pesti,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor jew ħsara mill-immaniġġar,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fl-ogħla klassijiet, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm il-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess tal-iffurmar tal-frott, bħal qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija, jew ħsara mill-pesti,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott jew ħsara mill-immaniġġar,

alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu fiequ,

qoxra raffa,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra għal-larinġ u qlugħ parzjali tal-qoxra għall-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta jew skont l-għadd.

A.   Daqs minimu

Il-daqsijiet minimi li ġejjin japplikaw:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

45

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

45

Klementini

35

Larinġ

53

B.   Uniformità

Il-frott taċ-ċitru jista' jitkejjel skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:

(a)

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun iżgħar minn 60 mm

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 60 mm jew akbar iżda iżgħar minn 80 mm

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 80 mm jew akbar iżda iżgħar minn 110 mm

m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott b’dijametru ta’ 110 mm jew akbar.

(b)

Meta jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, iridu jiġu rrispettati il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabelli li ġejjin:

 

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

Lumi

 

0

79 - 90

 

1

72 - 83

 

2

68 - 78

 

3

63 - 72

 

4

58 - 67

 

5

53 - 62

 

6

48 - 57

 

7

45 - 52

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

 

1 - XXX

ta' 78 jew iktar

 

1 - XX

67 - 78

 

1 jew 1 - X

63 - 74

 

2

58 - 69

 

3

54 - 64

 

4

50 - 60

 

5

46 - 56

 

6 (15)

43 - 52

 

7

41 - 48

 

8

39 - 46

 

9

37 - 44

 

10

35 - 42

Larinġ

 

0

92 – 110

 

1

87 – 100

 

2

84 – 96

 

3

81 – 92

 

4

77 – 88

 

5

73 – 84

 

6

70 – 80

 

7

67 – 76

 

8

64 – 73

 

9

62 – 70

 

10

60 – 68

 

11

58 – 66

 

12

56 – 63

 

13

53 – 60

L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta' daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:

Għall-frott fi bramel kbar u frott f'pakketti għall-bejgħ b'piż nett massimu ta' 5 kg, id-differenza massima ma tridx taqbeż il-firxa miksuba permezz tal-ġbir fi tliet daqsijiet konsekuttivi fl-iskala tad-daqsijiet.

(c)

Għall-frott imkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru ta' daqs eżatt taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta' tliet daqsijiet) imsemmija fuq il-pakketti.

F'kull każ, it-tolleranza ta' 10 % tapplika biss għall-frott mhux iżgħar mill-valuri minimi li ġejjin:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

43

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

43

Klementini

34

Larinġ

50

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta' sajran u żvilupp.

Barra minn hekk, għall-Klassi “Extra”, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.

Madankollu, taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fil-varjetà jew tip kummerċjali u fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Jekk il-frott ikun imkebbeb, trid tintuża karta rqiqa, niexfa, ġdida u mingħajr riħa (16).

L-użu ta' kwalunkwe sustanza li għandha t-tendenza li timmodifika l-karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu (17), huwa pprojbit.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor. Madankollu, il-preżentazzjoni ta' fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (18) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Lumi”, “Mandolin” jew “Larinġ” jekk il-prodott ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta' frott taċ-ċitru” jew denominazzjoni ekwivalenti u ismijiet komuni tal-ispeċijiet differenti, fil-każ ta' taħlita ta' frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti.

Għal-larinġ, isem il-varjetà, u/jew il-grupp rispettiv tal-varjetà fil-każ ta’ “Navels” u “Valencias”.

Għal “Satsumas” u “Klementini”, l-isem komuni tal-ispeċi huwa meħtieġ u l-isem tal-varjetà mhuwiex obbligatorju.

Għal varjetajiet oħrajn ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom, isem il-varjetà huwa meħtieġ.

Għal-lumi: isem il-varjetà mhux obbligatorju.

“Biż-żerriegħa” fil-każ ta’ klementini b’aktar minn 10 żrieragħ.

“Bla żerriegħa” (fakultattiva, frott taċ-ċitru ta' bla żerriegħa jista' xi drabi jkollu ż-żerriegħa)

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (19) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Id-daqs espress bħala:

Daqsijiet minimi u massimi (f'mm) jew

Kodiċi/jiet tad-daqs segwiti, b'mod fakultattiv, bid-daqs minimu jew massimu jew

L-għadd.

Meta jintużaw, għandhom jissemmew l-aġent ta’ preservazzjoni jew sustanzi kimiċi oħra wara l-istadju tal-ħsad.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 3: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala Actinidia jew kiwi) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Actinidia chinensis Planch. u Actinidia deliciosa (A. Chev.), C.F. Liang u A.R. Ferguson, li għandhom jiġu fornuti friski lill-konsumatur, bil-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali jkun eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalitá tal-frott tal-kiwi, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:

intatt (iżda mingħajr pedunkulu),

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

adegwatament sod; mhux artab, imkemmex jew imxarrab,

iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u jkun misjur b'mod sodisfaċenti.

Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, meta jiġi ppakkjat, il-frott irid ikun laħaq grad ta' sajran ta' mill-inqas 6.2° Brix (20) jew medja ta' kontenut ta' materja xotta ta' 15%, li għandha twassal għal 9.5° Brix21 meta jidħol fil-katina tad-distribuzzjoni.

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott tal-kiwi huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt.

(i)   Klassi "Extra"

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.8 jew akbar.

(ii)   Klassi I

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew deformazzjonijiet),

difetti żgħar fil-lewn,

difetti żgħar fil-qoxra, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx 1 cm2,

"Hayward mark" żgħira qisha linja lonġitudinali u mhux imqabbża ’l barra.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,7 jew akbar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-frott għandu jkun raġjonevolment sod u l-laħam ma għandux juri difetti serji.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir imfejjaq jew tessut mibrux/immarkat, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx iż-2 cm2,

għadd ta’ “Hayward marks” li jidhru ħafna iktar u kemxejn imqabbżin ’il barra,

dbabar ħfief.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont il-piż tal-frott.

Il-piż minimu għall-Klassi “Extra” huwa ta' 90 g, għall-Klassi I huwa ta' 70 g u għall-Klassi II huwa ta' 65 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

10 gm għall-frott b'piż sa 85 gm,

15 gm għall-frott b'piż bejn 85 gm u 120 gm,

20 gm għall-frott b'piż bejn 120 gm u 150 gm,

40 g għall-frott li jiżen 150 g jew aktar.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

Madankollu, il-frott tal-kiwi ma jridx ikun ta' piż inqas minn 85 gm għall-Klassi "Extra", 67 gm għall-Klassi I u 62 gm għall-Klassi II.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (21) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

'Frott tal-kiwi' u/jew 'Actinidia', fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

Kulur tal-laħam jew indikazzjoni ekwivalenti, jekk mhux aħdar.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (22) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott.

Għadd ta' frottiet (fakultattiv).

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 4: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA' (BATAVIAN)

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal

ħass ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn:

Lactuca sativa var. capitata L. (ħass ikkaboċċjat inkluż ħass tat-tipi “crisphead” u “Iceberg”),

Lactuca sativa var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),

Lactuca sativa var. crispa L. (ħass tal-weraq),

taħlit ta’ dawn il-varjetajiet u

indivja bil-weraq mibrum ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. crispum Lam. u

indivja (escaroles) bil-weraq wiesa' (Batavian) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. latifolium Lam.

li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati bħala weraq, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tagħhom.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa u mirquma, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli,

jidhru friski,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

weqfin friski,

mhux fi stat li jkun qed jagħmel iż-żerriegħa,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq għandhom jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.

Il-prodotti għandhom ikunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-prodotti huma kklassifikati f’żewġ klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi I

Prodotti f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:

iffurmati tajjeb,

sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta’ prodott,

ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jħalluhx tajjeb għall-ikel,

minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass ikkaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, il-qalba tista’ tkun żgħira.

Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) trid tkun ta' kulur isfar.

(ii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.

Il-prodotti għandhom ikunu:

raġonevolment iffurmati sew,

ħielsa minn ħsara u deterjorament li jistgħu jfixklu serjament l-edibilità tiegħu.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

telf ħafif mill-kulur,

ħsara ħafifa kkważata mill-pesti.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.

Il-ħass Cos jista’ ma jurix qalba.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż ta' unità waħda.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)   Ħass

40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità,

100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità,

150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità,

300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.

(b)   Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian)

300g.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(ii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.

Madankollu, taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fit-tip kummerċjali u/jew fil-kulur, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b’mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b’mod raġjonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (23) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

"Ħass", "ħass butterhead", "batavia", "ħass crisphead (Iceberg)", "ħass Cos", "ħass tal-weraq" (jew, pereżempju u jekk xieraq, "Oak Leaf", "Lollo bionda", "Lollo rossa"), "indivja bil-weraq mibrum" jew "indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)" jew denominazzjoni ekwivalenti jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

"Imkabbar taħt għata" jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

"Taħlita ta' ħass/indivja", jew denominazzjoni ekwivalenti fil-każ ta' taħlita ta' ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-varjetjajiet, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (24) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi

Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 5: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-ĦAWĦ U N-NUĊIPRISK

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-ħawħ u n-nuċiprisk ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Prunus persica Sieb. u Zucc., li jkunu se jiġu pprovduti friski lill-konsumatur; il-ħawħ u n-nuċiprisk għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità għal ħawħ u nuċiprisk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-kategoriji kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċiprisk għandhom ikunu:

intatti,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ma jkunux maqsumin fil-ħofra ta' maz-zokk,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċiprisk jridu jkunu tali li jippermettulhom:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-indiċi refrattometriku minimu tal-laħam għandu jkun ta' 8° Brix (25). jew aktar.

C.   Klassifikazzjoni

Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi "Extra"

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

marki ħfief ikkawżati minn pressjoni li ma jaqbżux 1cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

1.5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċiprisk li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-ħawħ u n-nuċiprisk iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp, li jinkludu għadam maqsum, sakemm il-frott ikun magħluq u l-laħam ikun f'kundizzjoni tajba,

difetti fil-kulur,

dbabar li jistgħu ikunu tilfu kemxejn il-kulur u li ma jaqbżux 2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn

2.5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-daqs minimu għandu jkun:

56 mm jew 85 g fil-Klassi “Extra”,

51 mm jew 65 g fil-Klassijiet I u II.

Madankollu, frott li huwa iżgħar minn 56 mm jew 85 g ma jiġix ikkummerċjalizzat fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru (emisferu tat-Tramuntana) u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April (emisferu ta' Nofsinhar).

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott ta' inqas minn 70 mm,

10 mm għall-frott ta' 70 mm u iktar.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

30 gm għall-frott ta' inqas minn 180 gm,

80 gm għall-frott ta' 180 gm u iktar.

(c)

Għall-frott li jitkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a) jew (b).

Jekk jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jiġu rrispettati dawn tat-tabella ta' hawn taħt.

 

 

Dijametru

jew

piż

 

il-kodiċi

mis-

Sa

mis-

sa

 

 

(mm)

(mm)

(g)

(g)

 

 

 

 

 

1

D

51

56

65

85

2

C

56

61

85

105

3

B

61

67

105

135

4

A

67

73

135

180

5

AA

73

80

180

220

6

AAA

80

90

220

300

7

AAAA

> 90

> 300

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta' sajran u daqs (jekk imkejjel), u għall-Klassi “Extra”, il-kontenut irid ikun uniformi fil-kulur.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikun ppakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (26) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Ħawħ” jew “Nuċiprisk”, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Kulur tal-laħam.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (27) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi (f’mm), jew f'piż massimu u minimu (fi g) jew bħala kodiċi tad-daqs.

Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 6: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZZJONI TAL-LANĠAS

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, lanġas għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għal-lanġas, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:

intatt,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-lanġas iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

C.   Klassifikazzjoni

Il-lanġas huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi "Extra"

Il-lanġas f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (28).

Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Għandu jkun ħieles minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Iz-zokk irid ikun intatt.

Il-lanġas ma għandux ikun imrammel.

(ii)   Klassi I

Il-lanġas ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. (29)

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

b'qoxra kemxejn raffa, ħoxna u ħamra samranija,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 0.25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 1 cm2.

Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-lanġas iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni.

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

ftit ħmura samranija raffa,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2.5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 2 cm2.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

 

‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir

60 mm

55 mm

55 mm

Varjetajiet oħrajn

55 mm

50 mm

45 mm

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

 

‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir

130 g

110 g

110 g

Varjetajiet oħrajn

110 g

100 g

75 g

Il-lanġas tas-sajf inkluż fl-appendiċi għal dan l-istandard ma għandux jissodisfa d-daqs minimu.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

Għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

75 - 100

15

100 – 200

35

200 -250

50

> 250

80

għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

100 – 200

50

> 200

100

Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta' :

5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu

10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontentut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-lanġas għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla non-tossika.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (30) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Lanġas” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (31) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (32) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu,

(b)

b’mod fakultattiv, għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u aktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fit-tabella jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritt fit-Taqsima III tal-istandard.

Xi varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet il-protezzjoni tal-marka kummerċjali f'wieħed mill-pajjiżi jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonni tat-tabella ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Ir-referenzi għal marki kummerċjali magħrufa li ġew inklużi fit-tielet kolonna huma għal skop ta' informazzjoni biss.

Didaskalija:

L

=

Varjetà ta' frott kbir

LS

=

Lanġas tas-sajf, li għalih ma huwa meħtieġ ebda daqs minimu.

Varjetà

Sinonimi

Trademarks/Ismijiet kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

L

Abugo o Siete en Boca

 

 

LS

Akςa

 

 

LS

Alka

 

 

L

Alsa

 

 

L

Alexandrine Douillard

 

 

L

Amfora

 

 

L

Angelys

 

Angys ®

L

Bambinella

 

 

LS

Bay 6474

 

Alessia ®

L

Bergamotten

 

 

LS

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

L

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d’Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander

 

L

Beurré Clairgeau

 

 

L

Beurré d'Arenberg

Hardenpont

 

L

Beurré Giffard

 

 

LS

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

LS

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

LS

Bon Rouge

 

Victoria Blush

L

Cape Rose

 

Cheeky ®

L

Carusella

 

 

LS

Castell

Castell de Verano

 

LS

Celina

 

QTee ®

L

Cepuna

 

Migo ®

L

CH201

 

Fred ®

L

Colorée de Juillet

Bunte Juli

 

LS

Comice rouge

 

 

L

Concorde

 

 

L

Condoula

 

 

LS

Coscia

Ercolini

 

LS

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

L

D'Anjou

 

 

L

Deveci

 

 

L

Dita

 

 

L

D. Joaquina

Doyenné de Juillet

 

LS

Doyenné d'hiver

Winterdechant

 

L

Doyenné du Comice

Comice, Vereinsdechant

 

L

Dpp1

 

Flare ™, Cape Fire ®

L

Erika

 

 

L

Etrusca

 

 

LS

Falstaff

 

 

L

Flamingo

 

 

L

Forelle

 

Vermont Beauty

L

Général Leclerc

 

Amber Grace ™

L

Gentile

 

 

LS

Golden Russet Bosc

 

 

L

Gräfin Gepa

 

Saxonia ®, Early Desire ®

L

Grand Champion

 

 

L

H2-169

 

Ambrosia ®

L

Harovin Sundown

 

Cold Snap ®

L

Harrow Delight

 

 

L

Jeanne d'Arc

 

 

L

Joséphine

 

 

L

Kieffer

 

 

L

Klapa Mīlule

 

 

L

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

LS

Lombacad

 

Cascade ®

L

Moscatella

 

 

LS

Mramornaja

 

 

L

Mustafabey

 

 

LS

Nojabrskaja

Novemberbirne

Xenia ®, Novembra ®

L

Packham's Triumph

Williams d'Automne

 

L

Passe Crassane

Passa Crassana

 

L

PE2UNIBO

 

Early Giulia ®

L

PE3UNIBO

 

Debby Green ®

L

Perita de San Juan

 

 

LS

Pérola

 

 

LS

Pitmaston

Williams Duchesse

 

L

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

LS

Président Drouard

 

 

L

Rode Doyenne van Doorn

 

Sweet Sensation ®,

Sweet Dored ®

L

Rosemarie

 

Sempre

L

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

L

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

LS

Suvenirs

 

 

L

Taylors Gold

 

 

L

Thimo

 

Saxonia ®,

Queens Forelle ™

L

Triomphe de Vienne

 

 

L

Uta

 

Dazzling Gold ®

L

Vasarine Sviestine

 

 

L

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

L

PARTI 7: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-FRAWLI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frawli ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mill-ġenus Fragaria L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; il-frawli għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frawli, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:

intatt, bla ħsara,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

frisk fid-dehra, iżda mhux maħsul,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

bil-berkun (ħlief fil-każ ta' frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) iridu jkunu friski u ħodor,

ħieles minn umdità esterna mhux normali,

ħieles minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Il-frawli jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-frawli huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefinit hawn taħt:

(i)   Klassi "Extra"

Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Irid ikun ukoll:

ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà,

ħieles mill-ħamrija.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

preżenza ta' roqgħa bajda żgħira, li ma taqbiżx parti waħda minn għaxra tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

marki ħfief ta' pressjoni fuq il-wiċċ.

Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

roqgħa bajda li ma taqbiżx parti waħda minn ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

dbabar ħfief u xotti li x’aktarx ma jinfirxux,

traċċi żgħar ta' ħamrija.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Id-daqs minimu għandu jkun:

25 mm fil-Klassi “Extra”,

18 mm fil-Klassijiet I u II.

Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 2 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Fil-każ tal-Klassi 'Extra', il-frawli, bl-eċċezzjoni tal-frawli selvaġġ, irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, kulur u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jista' jkun anqas uniformi fid-daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frawli jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (33) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Frawli” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (34) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 8: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-bżar ħelu ta’ varjetajiet (35) (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Capsicum annuum L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, bżar ħelu għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bżar ħelu, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:

intatt,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

jidhru friski,

sodi,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

bil-pedunkuli mwaħħla; il-pedunkulu jrid ikun maqtugħ pulit u bil-berkun intatt,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-bżar ħelu huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi "Extra"

Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti żgħar fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, marki ta' pressjoni li b'kollox ma jkoprux aktar minn 2 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 1 cm2 għal difetti oħra; jew

qsim xott superfiċjali fil-wiċċ li b’kollox ma jkoprix aktar minn 1/8 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

pedunkulu kemxejn imħassar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-bżar ħelu jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 2/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, dbabar u ħsarat li fiequ li b'kollox ma jkoprux aktar minn 4 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 2.5 cm2 tat-total tal-erja għal difetti oħra; jew

qsim xott fil-wiċċ li b'kollox ma jkoprix iktar minn 1/4 tat-total tal-erja tal-wiċċ

deterjorament tat-tarf taż-żahra li ma jaqbiżx 1 cm2,

tikmix li ma jaqbiżx 1/3 tal-wiċċ,

pedunkulu u berkun imħassrin, sakemm il-laħam tal-madwar jibqa' intatt.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż. Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont id-dijametru:

20 mm.

(b)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont il-piż:

30 g fil-każ li l-itqal wieħed ikun jiżen 180 g jew anqas,

80 g fil-każ li l-eħfef wieħed ikun jiżen bejn 180 g u 260,

Ebda limitu fejn l-eħfef biċċa tkun tiżen 260 g jew aktar.

Bżar ħelu li huwa tawwali għandu jkun uniformi biżżejjed fit-tul.

L-uniformità fid-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi II.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss bżar ħelu tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk jiġi mkejjel) u, fil-każ tal-Klassi "Extra" u l-Klassi I, b'mod apprezzabbli tal-istess grad ta' sajran u kulur.

Madankollu, taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip kummerċjali u/jew kulur ikkonċernat, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (36) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Bżar ħelu” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

"Taħlita ta' bżar ħelu", jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' bżar ħelu distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, it-tipi kummerċjali u/jew il-kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (37) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti u ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernat.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi, jew f'piżijiet massimu u minimu.

Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).

“(L-isem tat-tip jew tal-varjetà) jista’ jkollu togħma kemxejn taħraq” jew denominazzjoni ekwivalenti, fejn xieraq.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 9: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB TAL-MEJDA

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Vitis vinifera L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, l-għeneb tal-mejda għall-ipproċessar eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-għeneb tal-mejda, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet iridu jkunu:

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Barra minn hekk, l-għenbiet iridu jkunu:

intatti,

iffurmati tajjeb,

żviluppati b'mod normali.

It-tilwin minħabba x-xemx mhux difett.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-meraq tal-frott għandu jkollu indiċi refrattometriku (38) tal-anqas:

12 ° Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria,

13 ° Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa,

14 ° Brix għall-varjetajiet kollha li ma għandhomx żerriegħa.

Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta' proporzjon sodisfaċenti ta' zokkor/aċidità.

C.   Klassifikazzjoni

L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi "Extra"

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħlin sew, imqassma b'mod ugwali maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jistgħu jkunu inqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi 'Extra'.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-lewn,

skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra,

difetti żgħar fil-qoxra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

L-għenieqed jista' jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, b’kunsiderazzjoni tad-distrett li fih ikunu tkabbru.

L-għenbiet iridu jkunu sodi biżżejjed u mwaħħlin b'mod ferm, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bl-għabra fuqhom. Jista' jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi I.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra,

tbenġil żgħir,

difetti fil-qoxra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud.

Il-piż minimu tal-għanqud għandu jkun ta’ 75 g għall-Klassi “Extra” u l-Klassi I. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-pakketti maħsuba għal porzjonijiet singoli fil-klassijiet kollha.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.

iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta’ għenieqed, li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. F'kull pakkett għall-bejgħ (ħlief għal porzjonijiet singoli), għanqud wieħed li jiżen anqas minn 75 g huwa permess biex jaġġusta l-piż, sakemm l-għanqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u l-istess grad ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-għenieqed iridu jkunu bejn wieħed u ieħor tal-istess daqs u kulur.

Madankollu, taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 cm jista' jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta' preżentazzjoni speċjali.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (39) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

"Għeneb tal-mejda" jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (40) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (41) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda minn varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

“Għenieqed ta' inqas minn 75 g intiżi għall-porzjon wieħed” jew denominazzjoijiet ekwivalenti, jekk ikun il-każ.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 10: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAT-TADAM

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal tadam ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mis-Solanum lycopersicum L. li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; tadam għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:

“tond”,

“ċatt (imfellel)”,

“żenguli” jew “tawwali”,

“tadam miż-żgħir” (“cherry/cocktail”) ta’ kull forma.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam għandu jkun:

intatti,

f'kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

jidhru friski,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b'saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollu u minn kull materjal barrani viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tadam jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.

C.   Klassifikazzjoni

It-tadam huwa kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi "Extra"

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun sod u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħrajn, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun sod u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

difetti żgħar fil-qoxra,

brix ħafif ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:

xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 cm,

mingħajr protuberanzi eċċessivi,

żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra),

it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 cm2,

barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Irid jkun raġjonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma fiqux.

Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat b'mod serju,

xquq niexfa ta’ mhux aktar minn 3 cm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli.

Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:

protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-forma tagħhom,

żokra,

tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 cm2,

barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għal:

“tadam miż-żgħir” (“cherry” u “cocktail”) b’dijametru anqas minn 40 mm;

tadam ċatt (imfellel) ta’ forma irregolari; u

Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għat-tadam imkejjel skont id-dijametru:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm,

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm,

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm,

m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott ta’ 100 mm jew aktar.

Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

0

≤ 20

1

> 20 ≤ 25

2

> 25 ≤ 30

3

> 30 ≤ 35

4

> 35 ≤ 40

5

> 40 ≤ 47

6

> 47 ≤ 57

7

> 57 ≤ 67

8

> 67 ≤ 82

9

> 82 ≤ 102

10

> 102

(b)

Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ kif indikat fil-punt (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw r-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).

Is-sajran u l-kulur tat-tadam tal-Klassi “Extra” u tal-Klassi I iridu jkunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.

Madankollu, taħlita ta' tadam ta' kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull kulur, varjetà u/jew tip kummerċjali kkonċernati, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

It-tadam irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (42) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż ”Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Tadam” jew “għenieqed tat-tadam” u t-tip kummerċjali, jew tadam miż-żgħir (“cherry/cocktail”) jew “għenieqed ta' tadam miż-żgħir” jew denominazzjoni ekwivalenti għal varjetajiet żgħar oħra jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta' tadam”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' taħlita ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet u t-tipi kummerċjali u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (43) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk mogħti) espress bħala

dijametri minimi u massimi; jew

piż minimu u massimu; jew

kodiċi tad-daqs kif speċifikat f’Taqsima III; jew

l-għadd segwit mid-daqsijiet minimi u massimi.

E.   Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.”


(1)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(2)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(3)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-

appendiċi għal dan l-istandard.

(4)  Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(5)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-

appendiċi għal dan l-istandard.

(6)  Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(7)  Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(8)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(9)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(10)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(11)  Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(12)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(13)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(14)  Għall-varjetajiet Mandora u Minneola li proporzjon minimu taz-zokkor/l-aċidità huwa 6.0:1 sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta' Jannar 2023.

(15)  Daqsijiet taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementini.

(16)  L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

(17)  L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

(18)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(19)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(20)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(21)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(22)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(23)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(24)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(25)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(26)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(27)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(28)  Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(29)  Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(30)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(31)  Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(32)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(33)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(34)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(35)  Xi varjetajiet tal-bżar ħelu jista' jkollhom togħma taħraq. Eżempji ta’ varjetajiet kummerċjali ta’ bżar ħelu b’togħma kemxejn taħraq huma Sivri, Padron, u Somborka.

(36)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(37)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(38)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(39)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(40)  Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(41)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(42)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

(43)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.


Top