Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2131

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2131 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2019/8550

    ĠU L 321, 12.12.2019, p. 139–167 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/08/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2131/oj

    12.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 321/139


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2131

    tat-28 ta’ Novembru 2019

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri eżistenti

    (1)

    Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1932 (3), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “l-RPĊ”). Id-dazji anti-dumping individwali fis-seħħ kienu jvarjaw bejn 13,1 % u 23,4 %. Il-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun elenkati f’Anness ma’ dak ir-Regolament ingħataw dazju ta’ 17,9 % u l-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha kienu soġġetti għad-dazju residwu ta’ 36,1 %. Minn issa ’l quddiem dawn il-miżuri sejrin jissejħu “l-miżuri oriġinali” u l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri li ġew imposti mir-Regolament oriġinali minn issa ’l quddiem sejra tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

    (2)

    Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2014 (4), erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi ngħataw id-dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 % u ġew miżjuda mal-lista ta’ produtturi esportaturi miċ-Ċina fl-Anness tar-Regolament oriġinali.

    (3)

    Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2207 (5), erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħra ngħataw id-dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 % u ġew miżjuda mal-lista ta’ produtturi esportaturi miċ-Ċina fl-Anness tar-Regolament oriġinali.

    (4)

    Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198, il-Kummissjoni żammet il-miżuri oriġinali skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (6). Minn hawn ’il quddiem dawn il-miżuri sejrin jissejħu “il-miżuri fis-seħħ” u l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza minn hawn ’il quddiem sejra tissejjaħ “l-aħħar investigazzjoni”.

    1.2.   Ftuħ ta’ investigazzjoni ex officio

    (5)

    Kmieni fl-2019, il-Kummissjoni analizzat l-evidenza disponibbli dwar ix-xejriet u l-kanali tal-bejgħ ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. It-tqabbil taċ-ċifri tal-esportazzjoni bejn l-2014 u l-2018 wera żieda jew tnaqqis drastiku fl-esportazzjonijiet ta’ ċerti produtturi esportaturi, li kien jikkostitwixxi indikatur ta’ prattiki ta’ ridirezzjoni. Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, l-esportazzjonijiet reali minn ċerti produtturi esportaturi qabżu l-produzzjoni ddikjarata. Kien hemm ukoll il-kwistjoni tal-użu ħażin tal-kodiċijiet addizzjonali TARIC speċifiċi għall-kumpaniji.

    (6)

    Minn dawn l-indikaturi, deher li ċerti produtturi esportaturi attwalment soġġetti għad-dazju residwu ta’ 36,1 % u produtturi esportaturi soġġetti għal dazju individwali kienu qed ibigħu l-oġġetti taċ-ċeramika tagħhom li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina permezz ta’ produtturi esportaturi oħrajn soġġetti għal dazju aktar baxx.

    (7)

    It-tibdil fix-xejra tal-kummerċ fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina miċ-Ċina, wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, li għalihom ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jidher li ġie kkawżat mill-prattiki ta’ ridirezzjoni msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, l-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni indikat li l-effetti rimedjali tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat kienu qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet. Tabilħaqq, il-volumi ta’ importazzjonijiet tal-prodott investigat, kif definit fil-premessa (15), żdiedu b’mod sinifikanti għal ċerti produtturi esportaturi bejn l-2014 u l-2018. Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, l-esportazzjonijiet reali minn ċerti produtturi esportaturi qabżu l-produzzjoni ddikjarata tagħhom. Kien hemm ukoll biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat saru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

    (8)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza għad-dispożizzjoni tagħha li turi li l-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat kienu oġġett ta’ dumping meta mqabbla mal-valur normali stabbilit qabel.

    (9)

    Għalhekk, wara li għarrfet lill-Istati Membri, il-Kummissjoni ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2019/464 (7) (ir-“Regolament tal-bidu”), u fuq inizjattiva proprja nediet investigazzjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina importati taħt il-50 kodiċi addizzjonali TARIC elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-bidu. Dawn il-kodiċijiet addizzjonali TARIC ġew attribwiti lill-50 produttur esportatur li kienu jew gruppi ta’ kumpaniji jew kumpaniji individwali mill-RPĊ (“kumpaniji”).

    (10)

    Il-Kummissjoni ordnat ukoll lill-awtoritajiet doganali biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina importati taħt il-50 kodiċi addizzjonali TARIC elenkati fl-anness tar-Regolament tal-bidu.

    1.3.   Investigazzjoni

    (11)

    Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet tal-RPĊ, lill-50 produttur esportatur elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-bidu u lill-industrija tal-Unjoni dwar it-tnedija tal-investigazzjoni. Bagħtet ukoll kwestjonarji lill-50 produttur esportatur elenkati f’dak l-Anness, fejn talbet ukoll informazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe kumpanija relatata, li tinsab fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub, kif ukoll jitolbu seduta ta’ smigħ.

    (12)

    Il-50 produttur esportatur imsemmija hawn fuq elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-bidu kienu soġġetti għad-dazji anti-dumping li ġejjin:

    48 minnhom kienu jagħmlu parti mill-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun b’rata ta’ dazju ta’ 17,9 %;

    Iż-żewġ produtturi esportaturi li kien għad fadal kellhom rati ta’ dazju individwali ta’ 22,9 % u ta’ 23,4 %.

    1.4.   Perjodu ta’ rapportar u perjodu ta’ investigazzjoni

    (13)

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni kopra l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2018 (il-“PI”). Għall-PI d-data nġabret biex jiġi investigat, fost l-oħrajn, it-tibdil allegat fix-xejra tal-kummerċ u l-prattika, il-proċess jew il-ħidma warajh. Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018 (il-perjodu ta’ rapportar jew “il-PR”), inġabret data aktar dettaljata sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ indeboliment tal-effett rimedjali tal-miżuri fis-seħħ u l-eżistenza ta’ dumping.

    2.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

    2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

    (14)

    Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummerċ fir-rigward ta’ produtturi esportaturi individwali fl-RPĊ, jekk dan it-tibdil kienx ġej minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr li tiġi evitata l-impożizzjoni tad-dazju, jekk kienx hemm evidenza ta’ dannu jew li l-effetti rimedjali tad-dazju kienu qed jiġu mminati f’termini ta’ prezzijiet u/jew ta’ kwantitajiet tal-prodott li qed jiġi investigat, u jekk kienx hemm evidenza ta’ tkomplija ta’ dumping.

    2.2.   Prodott ikkonċernat u prodott li qed jiġi investigat

    (15)

    Il-prodott ikkonċernat huwa oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 21, ex 6912 00 23, ex 6912 00 25 u ex 6912 00 29 (kodiċijiet TARIC 6911100090, 6912002111, 6912002191, 6912002310, 6912002510 u 6912002910) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”).

    Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

    imtieħen tal-kondimenti jew tal-ħwawar taċ-ċeramika u l-partijiet tat-tħin taċ-ċeramika tagħhom,

    imtieħen tal-kafè taċ-ċeramika,

    senniena taċ-ċeramika għas-skieken,

    senniena taċ-ċeramika,

    għodod tal-kċina taċ-ċeramika li jintużaw għall-qtugħ, tħin, tħakkik, tfettit, brix u tqaxxir; kif ukoll

    ġebel tal-pizza taċ-ċeramika kordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew tal-ħobż.

    (16)

    Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħall-“prodott ikkonċernat” definit fil-premessa preċedenti, li attwalment jaqa’ taħt l-istess kodiċijiet NM u TARIC bħall-prodott ikkonċernat u li hu importat taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-bidu (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

    2.3.   Sejbiet dettaljati tal-investigazzjoni għall-50 produttur esportatur

    2.3.1.   It-13-il kumpanija li ma bagħtux tweġibiet għall-kwestjonarju

    (17)

    13 minn 50 produttur esportatur ma bagħtu l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju.

    (18)

    Il-Kummissjoni kkwalifikat lil dawn it-13-il produttur esportatur bħala produtturi li ma kkooperawx skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u konsegwentement ibbażat is-sejbiet tagħha dwarhom fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa li ġejja.

    (19)

    It-13-il produttur esportatur, soġġetti għal rata ta’ dazju ta’ 17,9 %, kollha kienu żiedu b’mod drastiku l-esportazzjonijiet tagħhom bejn l-2014 u l-2018, jew esportaw ’il fuq mill-kapaċità tagħhom, kif iddikjarata fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ kampjunar matul l-aħħar investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza. Fin-nuqqas ta’ ebda ġustifikazzjoni ekonomika għajr prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-produtturi esportaturi huma involuti fi prattiki ta’ ridirezzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-kodiċijiet addizzjonali TARIC tagħhom speċifiċi għall-kumpanija jiġu revokati u li dawn il-produtturi esportaturi jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju residwa ta’ 36,1 %.

    (20)

    Barra minn hekk, tlieta mit-13-il produttur esportatur kienu relatati ma’ tliet produtturi esportaturi oħrajn li kellhom ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 % minħabba l-kodiċi addizzjonali TARIC individwali proprju.

    (21)

    Għalhekk, biex jiġi evitat ir-riskju ta’ prattiki ta’ ridirezzjoni permezz ta’ dawn il-kumpaniji relatati, qabel id-divulgazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li kien xieraq li l-kodiċi addizzjonali TARIC tagħhom speċifiku għall-kumpanija jitħassar. Ir-rata ta’ dazju residwu ta’ 36,1 % jenħtieġ li tiġi applikata wkoll għat-tliet produtturi esportaturi relatati.

    (22)

    Wara d-divulgazzjoni, waħda mit-tliet kumpaniji ppreżentat ruħha u sostniet li ma kinitx relatata ma’ waħda mill-kumpaniji li ma bagħtux tweġiba għall-kwestjonarju. Waqt seduta tal-10 ta’ Ottubru 2019 u f’ittra sussegwenti tal-21 ta’ Ottubru 2019, hija spjegat li t-tweġiba għat-teħid ta’ kampjun tagħha mir-reviżjoni ta’ skadenza kienet indikat b’mod żbaljat li ż-żewġ kumpanniji kienu relatati, għalkemm fir-realtà kienu biss sħab kummerċjali. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-kumpanija pprovdiet id-dokumenti dwar l-istruttura tal-kumpanija u l-azzjonisti tagħha, li wrew li fil-fatt ma teżisti l-ebda relazzjoni bħal din. Fin-nuqqas tar-relazzjoni u fid-dawl tad-dimostrazzjoni ta’ dik il-kumpanija li l-attività tal-esportazzjoni miżjuda tagħha kienet konformi ma’ żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tagħha fl-2016, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx meħtieġ li jitħassar il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija ta’ din il-kumpanija.

    (23)

    Konsegwentement, wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod finali li r-rata residwa ta’ dazju ta’ 36,1 % jenħtieġ li tiġi applikata għal:

    It-13 minn 50 produttur esportatur li ma bagħtu l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju (ara l-premessa (19) qabel), u;

    Iż-żewġ produtturi esportaturi li kienu relatati ma’ tnejn minn dawn it-13-il produttur esportatur u li kellhom il-kodiċijiet addizzjonali TARIC speċifiċi għall-kumpanija tagħhom.

    2.3.2.   It-18-il produttur esportatur li bagħtu tweġibiet b’ħafna nuqqasijiet għall-kwestjonarju

    (24)

    Meta analizzat it-tweġibiet għall-kwestjonarju mis-37 produttur esportatur li bagħtu tweġibiet, il-Kummissjoni sabet li 18 minnhom ippreżentaw tweġibiet b’ħafna nuqqasijiet kif spjegat fil-premessi li ġejjin.

    (25)

    L-ewwel produttur esportatur ippreżenta informazzjoni parzjali u fit-28 ta’ April 2019 iddikjara li kien waqaf jipproduċi l-prodott ikkonċernat f’Awwissu 2018. Fit-3 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni infurmat lill-kumpanija li l-produtturi esportaturi biss huma intitolati għal kodiċi addizzjonali TARIC individwali. Għalhekk, kienet biħsiebha tneħħi l-kodiċi addizzjonali TARIC tagħha u fil-futur kienet se titratta lill-kumpanija bħal kwalunkwe kumpanija oħra taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC “B999”. Il-kumpanija ma ppreżentatx kummenti ulterjuri.

    (26)

    Produttur esportatur ieħor, huwa wkoll soġġett għal dazju anti-dumping ta’ 17,9 %, ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju permezz ta’ diversi sottomissjonijiet f’April u f’Mejju 2019. Din it-tweġiba indikat li l-produttur esportatur kellu kumpanija relatata waħda biss. Il-Kummissjoni kkontroverifikat dik it-tweġiba ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni pubblikament disponibbli. Hija stabbilixxiet li kien hemm kumpaniji relatati oħra f’dan il-grupp, li l-kumpanija naqset milli tiddivulga fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. Il-produttur esportatur ġie mgħarraf dwar dik is-sejba f’ittra ta’ nuqqasijiet tal-24 ta’ Ġunju 2019. Sussegwentement, fit-28 ta’ Ġunju 2019, il-produttur esportatur ammetta li kien relatat ukoll ma’ kumpanija oħra. Madankollu, il-grupp tal-produtturi esportaturi ma meliex it-tweġiba għall-kwestjonarju mitluba għal din l-aħħar kumpanija fil-limiti ta’ żmien stabbiliti. Għalhekk, fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni informat lill-produttur esportatur li kienet sejra tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli (8), u li l-kumpanija kellha d-dritt titlob seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi Proċedimenti Kummerċjali. Il-produttur esportatur ma ssottomettiex aktar kummenti.

    (27)

    Fil-5 ta’ Lulju 2019, it-tielet produttur esportatur informa lill-Kummissjoni li ma setax iwieġeb għall-ittra ta’ nuqqasijiet tal-Kummissjoni u li kien jaf sew bil-konsegwenzi ħżiena jekk ma jweġibx. Għalhekk, fid-9 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni informat lill-produttur esportatur li kienet sejra tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli (9) u li l-kumpanija kellha d-dritt titlob seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi Proċedimenti Kummerċjali. Il-produttur esportatur ma bagħatx aktar kummenti.

    (28)

    Bejn is-27 ta’ Mejju u t-18 ta’ Lulju 2019, il-15-il produttur esportatur li kien għad fadal li kienu ssottomettew tweġibiet b’ħafna nuqqasijiet irċevew ittra kull wieħed fejn ingħataw raġunijiet dettaljati għaliex il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet b’mod preliminari li t-tweġibiet tagħhom kellhom ħafna nuqqasijiet. Fost il-kwistjonijiet rikorrenti li wasslu għall-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li dawn il-15-il tweġiba kellhom ħafna nuqqasijiet hemm dawn li ġejjin:

    Ma pprovdewx l-informazzjoni finanzjarja mitluba bħar-rapporti finanzjarji, il-bilanċi ta’ tqabbil preliminari, it-tqassim tal-kwantitajiet u l-valuri tal-bejgħ;

    Ipprovdew informazzjoni finanzjarja inkompluta, kontradittorja jew parzjali biss, fir-rigward tal-proċess tal-produzzjoni, il-kwantità tal-produzzjoni u/jew il-kapaċità tal-produzzjoni, l-akkwist ta’ materja prima;

    Ma weġbux għal mistoqsijiet speċifiċi tal-kwestjonarju;

    Ma pprovdewx id-dokumenti uffiċjali mitluba, bħal-liċenzja tan-negozju, il-prova tar-reġistrazzjoni, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq id-dħul;

    Ma ddivulgawx il-kumpaniji relatati kollha tal-Grupp, minkejja t-talba speċifika fit-tweġiba għall-kwestjonarju, u konsegwentement ma pprovdewx it-tweġibiet meħtieġa għall-kwestjonarju għal dawn il-kumpaniji relatati.

    (29)

    Barra minn hekk, permezz tal-istess ittra dawn il-15-il produttur esportatur ilkoll ġew infurmati li:

    Kellhom id-dritt jipprovdu aktar spjegazzjonijiet bi tweġiba għall-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fi żmien ġimgħa minn meta ntbagħtet l-ittra, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku;

    Il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tibbaża s-sejbiet finali tagħha fuq il-fatti disponibbli kif previst fil-premessa (21) sa (23) tar-Regolament tal-bidu.

    (30)

    Sussegwentement, minn dawn il-15-il produttur esportatur,

    Tlieta ma kkontestawx il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni;

    Sitta pprovdew tweġibiet għall-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Fil-każijiet kollha t-tweġibiet ma kinux sodisfaċenti, kienu foloz u/jew qarrieqa;

    Produttur esportatur wieħed ammetta li kien waqqaf il-produzzjoni wara Mejju 2018 u li kien sar kummerċjant tal-prodott ikkonċernat.

    (31)

    Sussegwentement żewġ produtturi esportaturi oħra (minn dawn il-15) ipprovdew xi dokumenti addizzjonali, għalkemm it-tweġibiet tagħhom xorta ma setgħux jitqiesu bħala kompluti. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ dawn iż-żewġ produtturi esportaturi. Matul dawn iż-żjarat ta’ verifika, il-Kummissjoni identifikat kwistjonijiet fiż-żewġ produtturi esportaturi, rispettivament in-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ kumpaniji relatati u dikjarazzjonijiet skorretti dwar it-trasformazzjoni ta’ ċerti tipi tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, fis-7 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni informat liż-żewġ produtturi esportaturi li kienet sejra żżomm l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni indikat il-fatt li l-produtturi esportaturi ma setgħu jipprovdu l-ebda evidenza għal ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjonijiet tagħhom fl-2018 għajr li kienu qed jirridirezzjonaw il-produzzjoni minn produtturi esportaturi Ċiniżi oħrajn. Fl-istess ittra, il-Kummissjoni informat ukoll liż-żewġ produtturi esportaturi li kienu intitolati jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi Proċedimenti Kummerċjali sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Awwissu 2019. Iż-żewġ kumpaniji ma talbux seduta ta’ smigħ sal-iskadenza stabbilita.

    (32)

    Fl-1 ta’ Awwissu 2019, produttur esportatur ieħor issottometta informazzjoni addizzjonali b’reazzjoni għall-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li t-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju ma kinitx suffiċjenti. Il-Kummissjoni analizzat din l-informazzjoni addizzjonali. Madankollu, kien għad fadal xi kwistjonijiet mhux imwieġba bħan-nuqqas tiegħu li jipprovdi informazzjoni kompluta dwar il-kumpaniji relatati kollha tiegħu. Għalhekk, fit-13 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni informat lill-produttur esportatur li kienet sejra żżomm l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni indikat f’dan ir-rigward li l-produttur esportatur ma pprovda l-ebda evidenza għal ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjonijiet tiegħu matul l-2018, li kienu aktar minn erba’ darbiet ogħla mit-tunnellaġġ li l-produttur esportatur kien fil-fatt ipproduċa matul l-istess perjodu. Fl-istess ittra, il-Kummissjoni informat ukoll lill-produttur esportatur li kien intitolat jitlob seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi Proċedimenti Kummerċjali sa mhux aktar tard mit-23 ta’ Awwissu 2019. Il-produttur esportatur ma weġibx sal-iskadenza stabbilita.

    (33)

    Permezz ta’ ittri tat-18 ta’ Mejju u tas-26 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni informat lil produttur esportatur ieħor dwar in-nuqqasijiet fit-tweġibiet tiegħu fir-rigward tad-dokumentazzjoni meħtieġa u dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fit-2 ta’ Lulju 2019, il-produttur esportatur iddikjara li kien ipprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa u reġa’ pprovda r-rapporti finanzjarji tiegħu mill-2015 sal-2018, iżda ma meliex il-kwestjonarju fir-rigward tal-kumpanija relatata tiegħu. Fit-12 u fit-22 ta’ Awwissu 2019, huwa għarraf lill-Uffiċjal tas-Seduta dwar il-kwistjoni. Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni informat lill-produttur esportatur dwar ir-raġunijiet għaliex l-informazzjoni addizzjonali tiegħu tat-2 ta’ Lulju kienet inkompluta ħafna u għalhekk il-Kummissjoni żammet l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni indikat il-fatt li dan il-produttur esportatur ma setax jipprovdi evidenza għal ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjonijiet tiegħu fl-2018 għajr li kien qed jirridirezzjona l-produzzjoni minn produtturi esportaturi Ċiniżi oħrajn. Fl-istess ittra, il-Kummissjoni informat lill-produttur esportatur dwar il-possibbiltà li jsegwi t-talba tiegħu għal seduta ta’ smigħ sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Settembru 2019. Il-produttur esportatur ma weġibx sal-iskadenza stabbilita. Fl-10 ta’ Settembru 2019, huwa bagħat ittra elettronika lill-Kummissjoni b’hemża dwar il-kanċellazzjoni tal-kumpanija relatata tiegħu. Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni tenniet li kienet sejra żżomm l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku peress li l-aħħar sottomissjoni ma kenitx offriet informazzjoni ġdida u t-tweġiba kienet għadha inkompluta ħafna. B’riżultat ta’ dan, ġie konkluż li dan il-produttur esportatur ma setax jipprovdi evidenza għal ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjonijiet tiegħu fl-2018 għajr ridirezzjoni.

    (34)

    Fl-aħħar nett, produttur esportatur wieħed talab seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni, li saret fit-18 ta’ Lulju 2019. Matul din is-seduta ta’ smigħ, il-produttur esportatur issottometta t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-kummerċjant tiegħu f’Ħong Kong u pprovda dokumentazzjoni u kjarifiki addizzjonali. Wara s-seduta ta’ smigħ, fuq talba speċifika tal-Kummissjoni dan il-produttur esportatur ipprovda d-dokumenti kollha mitluba li wrew li ma kienx involut fi prattiċi ta’ ridirezzjoni billi jbigħ il-prodott ikkonċernat minn produtturi esportaturi mhux relatati oħra taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC tiegħu. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma żammitx l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal dan il-produttur esportatur.

    (35)

    Fil-qosor, 17 mit-18-il produttur esportatur ġew debitament mgħarrfa dwar il-konsegwenzi tal-kooperazzjoni parzjali jew tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom skont il-premessa (21) sa (23) tar-Regolament tal-bidu. Għalhekk, għal dawn is-17-il kumpanija, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, fost l-oħrajn fuq id-data dwar ix-xejriet fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni (għal dettalji ara l-premessa (36)), u fuq il-valutazzjoni tagħha tal-livell ta’ nuqqasijiet fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju) skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

    (36)

    Minn dawn is-17-il produttur esportatur,

    15 kellhom rata ta’ dazju ta’ 17,9 %, u kienu jew żiedu drastikament l-esportazzjonijiet tagħhom bejn l-2014 u l-2018 jew inkella esportaw ’il fuq mill-kapaċità tagħhom;

    Iż-żewġ produtturi esportaturi li kien għad fadal, li kellhom rati ta’ dazju individwali ta’ 22,9 % u ta’ 23,4 %, ogħla mir-rata ta’ dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %, kienu naqqsu l-esportazzjonijiet tagħhom bejn l-2014 u l-2018.

    Fin-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni ekonomika għajr prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-produtturi esportaturi huma involuti fi prattiki ta’ ridirezzjoni.

    (37)

    Konsegwentement, huwa xieraq li fil-każ ta’ dawn is-17-il produttur esportatur li fil-bidu kellhom dazju aktar baxx kif spjegat fil-premessa (12), jiġi applikat id-dazju residwu ta’ 36,1 %, u li l-kodiċijiet addizzjonali TARIC tagħhom speċifiċi għall-kumpanija jiġu revokati. Produttur esportatur wieħed biss instab li ma kienx involut fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif spjegat fil-premessa (34), u għalhekk jenħtieġ li jżomm il-kodiċi addizzjonali TARIC individwali tiegħu kif ukoll ir-rata ta’ dazju tiegħu ta’ 17,9 %.

    (38)

    Wara d-divulgazzjoni, tlieta minn dawn is-17-il kumpanija ppreżentaw kummenti, li ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni għar-raġunijiet ippreżentati fil-premessi (39) sa (41) hawn taħt.

    (39)

    Kumpanija minnhom argumentat li t-tweġiba għall-kwestjonarju ma kinitx mimlija sew minħabba “fehim inkomplet tal-kwestjonarj u” u “nuqqas ta’ fehim tal-ħidma tad-dipartiment tal-produzzjoni tal-kumpanij a”. Hija għalhekk talbet li terġa’ tissottometti t-tweġiba għall-kwestjonarju. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-kumpanija kellha biżżejjed opportunità li tippreżenta ruħha waqt l-investigazzjoni. Fit-3 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni kienet għarrfitha bl-intenzjoni tagħha li tirrevoka l-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija fid-dawl tan-nuqqasijiet identifikati. Il-Kummissjoni avżat lill-kumpanija li kellha d-dritt li tipprovdi aktar spjegazzjonijiet. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tweġiba, il-Kummissjoni kkomunikat fis-26 ta’ Ġunju 2019 li “il-kumpanija tiegħek ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa fit-tweġiba għall-kwestjonarju fil-limiti ta’ żmien dwar, fost l-oħrajn, id-data finanzjarja u dwar il-produzzjoni.” Wara d-divulgazzjoni, il-kumpanija kellha tliet ġimgħat oħra sabiex tippreżenta d-data u l-kummenti neċessarji. Ma waslet l-ebda informazzjoni addizzjonali f’dawk il-limiti ta’ żmien. Għalhekk, huwa xieraq li jitħassar il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija, kif diġà mħabbar lil dik il-kumpanija fit-3 u fis-26 ta’ Ġunju 2019.

    (40)

    Wara d-divulgazzjoni, it-tieni kumpanija sostniet f’ittra elettronika tal-11 ta’ Ottubru 2019 li kienet qed tikkoopera bis-sħiħ, u f’dan ir-rigward irreferiet għall-preżentazzjonijiet preċedenti tagħha fit-28 ta’ April u fis-6 ta’ Ġunju 2019. F’din l-ittra elettronika kkonfermat ukoll li l-kumpanija hija kumpanija kummerċjali skont il-liċenzja tan-negozju tagħha u li ma kienet involuta fl-ebda prattika ta’ ridirezzjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-produtturi esportaturi biss jistgħu jirċievu kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija. Billi l-kumpanija nnifisha kienet irrikonoxxiet li kienet kummerċjant, huwa xieraq li jitħassar il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija, kif diġà mħabbar lil dik il-kumpanija fit-3 u fis-26 ta’ Ġunju 2019.

    (41)

    Fl-aħħar nett, it-tielet kumpanija sostniet li kienet qed tikkoopera bis-sħiħ u li mhijiex involuta fi prattiki ta’ ridirezzjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min jiftakar li l-Kummissjoni kienet diġà infurmat lill-kumpanija dwar in-nuqqasijiet fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju fit-28 ta’ Mejju u fis-26 ta’ Ġunju 2019. Barra minn hekk, fis-27 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni kienet spjegat mill-ġdid lill-kumpanija li ħafna kwistjonijiet oħra, kif spjegat fl-ewwel ittra tat-28 ta’ Mejju, kienu baqgħu mingħajr tweġiba. Meta għaddiet l-aħħar skadenza, fit-13 ta’ Settembru 2019 il-Kummissjoni għarrfet lill-kumpanija li kienet naqset milli tipprovdi d-dokumenti mitluba. B’riżultat ta’ dan, il-kumpanija ma pprovdietx evidenza suffiċjenti għal ġustifikazzjoni ekonomika għaż-żieda fl-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni fl-2018 għajr ir-ridirezzjoni tal-produzzjoni minn produtturi Ċiniżi oħrajn ta’ oġġetti li jintużaw fuq il-mejda. Għalhekk, huwa xieraq li jitħassar il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija, kif diġà mħabbar lil dik il-kumpanija fit-28 ta’ Mejju 2019, fis-26 ta’ Ġunju 2019 u fit-13 ta’ Awwissu 2019.

    (42)

    Barra minn hekk, qabel id-divulgazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li tlieta mis-17-il produttur esportatur kienu relatati ma’ erba’ kumpaniji oħra li lkoll kellhom il-kodiċi addizzjonali TARIC individwali tagħhom u għalhekk kellhom id-dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %.

    (43)

    Konsegwentement, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ prattiki ta’ ridirezzjoni permezz ta’ dawn il-kumpaniji relatati, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dak l-istadju li kien xieraq li l-kodiċijiet addizzjonali TARIC speċifiċi għall-kumpaniji tagħhom jitħassru. Id-dazju residwu ta’ 36,1 % jenħtieġ li jiġi applikat ukoll għall-erba’ kumpaniji relatati li fil-bidu kollha kellhom ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %.

    (44)

    Wara d-divulgazzjoni, l-erba’ kumpaniji relatati kollha pprovdew kummenti dwar il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li huma kienu relatati ma’ kumpaniji li ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju b’ħafna nuqqasijiet, kif ippreżentat fil-premessi (45) u (46) hawn taħt.

    (45)

    Tlieta minn dawn l-erba’ kumpaniji pprovdew evidenza li ma kinux relatati mal-kumpaniji li kienu ssottomettew tweġiba b’ħafna nuqqasijiet. Il-Kummissjoni analizzat id-dokumentazzjoni u kkonkludiet li t-tliet kumpaniji tabilħaqq mhumiex relatati. Għalhekk, huwa xieraq li ma jitħassarx il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija ta’ dawn it-tliet kumpaniji.

    (46)

    Ir-raba’ kumpanija li kien jifdal (kumpanija A) ippreżentat ruħha ukoll. Waqt seduta tal-10 ta’ Ottubru 2019 u f’ittra sussegwenti tat-18 ta’ Ottubru 2019, hija sostniet li t-tħassir tal-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija tagħha ma kienx ġustifikat, la legalment u lanqas fattwalment. Hija sostniet ukoll li ma kien hemm l-ebda riskju ta’ ridirezzjoni bejn il-kumpaniji bejnha u l-kumpaniji relatati magħha (fost l-oħrajn il-kumpaniji B u C (10)). Barra minn hekk, hija staqsiet dwar garanziji u impenji addizzjonali li jippermettu l-monitoraġġ mill-Kummissjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda prodotti mill-kumpanija u importati taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija tagħha.

    (47)

    Il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjoni. Skont id-definizzjoni ta’ kumpaniji relatati fl-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (11), ir-raba’ kumpanija (il-kumpanija A) hija relatata ma’ dik li mliet tweġiba għall-kwestjonarju li kien fiha ħafna nuqqasijiet (il-kumpanija B). Fiż-żmien tal-bidu, kien hemm rabta finanzjarja qawwija, u wara l-iżvestiment tal-parteċipazzjoni azzjonarja ftit wara, ir-relazzjoni kompliet permezz ta’ rabtiet tal-familja. Barra minn hekk, il-kumpanija A kitbet fl-ittra tagħha tat-18 ta’ Ottubru 2019 li “għad hemm relazzjoni familjari (jiġifieri raġel u mara )” bejn wieħed mill-azzjonisti attwali ta’ dik il-kumpanija u wieħed mill-azzjonisti attwali tal-kumpaniji l-oħra, u b’hekk ikkonfermat li huma relatati. Minn dan isegwi li n-nuqqas tal-kumpanija B li tirrapporta l-kumpaniji relatati kollha f’risposta għall-kwestjonarju jista’ jiġi attribwit ukoll lill-kumpanija A. Flimkien, dawn tilfu l-opportunità li jaqsmu fatti rilevanti mal-Kummissjoni, minkejja ittra tat-28 ta’ Mejju 2019 lill-kumpanija B biex tagħmel dan. Barra minn hekk, l-imġiba tal-imgħoddi tal-kumpanija A tindika li hemm riskju qawwi ta’ ridirezzjoni intrakorporattiva bejn il-kumpaniji relatati. Dik il-kumpanija żiedet l-esportazzjonijiet tagħha minn 1 657 tunnellata fl-2014 għal 3 929 tunnellata fl-2018, li għalihom ma kienx hemm ġustifikazzjoni ekonomika. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li l-possibbiltà li jiġi offrut impenn skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku ma teżistix għall-każijiet ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu revokati l-kodiċijiet addizzjonali TARIC speċifiċi għall-kumpanija A.

    (48)

    Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni, ippreżentat ruħha wkoll kumpanija waħda (il-kumpanija (C)) miż-żewġ kumpaniji (il-kumpaniji (B) u (C)) li ssottomettew tweġibiet b’ħafna nuqqasijiet u li kienu relatati mar-raba’ kumpanija (A), kif imsemmi fil-premessa (46). Hija talbet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, hija allegat li l-bażi ġuridika ewlenija tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kienet li hija kienet identifikat kumpanija relatata oħra. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li kien hemm biss konnessjoni remota bejn iż-żewġ kumpaniji.

    (49)

    Għall-istess raġunijiet stipulati hawn fuq fil-premessa, (47) il-kumpanija C ukoll tilfet l-opportunità li taqsam fatti rilevanti mal-Kummissjoni, minkejja ittra tal-28 ta’ Mejju 2019 lill-kumpanija biex tagħmel dan. Barra minn hekk, mhuwiex korrett li wieħed isostni, fil-kuntest tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, li l-ittra speċifika ta’ divulgazzjoni tas-27 ta’ Settembru 2019 prinċipalment kienet tirreferi għar-relazzjoni bejn il-kumpaniji A u C. L-ittra speċifika ta’ divulgazzjoni ssemmi speċifikament li r-raġunijiet ewlenin biex jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kienu ġew stabbiliti fl-ittri tat-28 ta’ Mejju 2019 u tal-11 ta’ Ġunju 2019 lill-kumpanija, fejn kienu elenkati n-nuqqasijiet kollha li jiġi ppruvat li ma kienx hemm ċirkomvenzjoni.

    (50)

    Konsegwentement, wara d-divulgazzjoni, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ prattiki ta’ ridirezzjoni permezz ta’ kumpaniji relatati, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod finali li huwa xieraq li l-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku għall-kumpanija tal-kumpanija, imsemmi fil-premessa (46) jitħassar ukoll. Id-dazju residwu ta’ 36,1 % jenħtieġ li jiġi applikat ukoll għall-kumpanija relatata li baqa’ li fil-bidu kellha r-rata ta’ dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %.

    2.3.3.   Id-19-il produttur esportatur li ppreżentaw tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju

    (51)

    Id-19-il produttur esportatur li kien għad fadal ippreżentaw tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju u sussegwentement saru żjarat ta’ verifika fil-bini tagħhom fil-perjodu ta’ bejn Lulju u Settembru 2019.

    (52)

    17 minn dawn id-19-il produttur esportatur ma nstabux li kienu involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. Il-biċċa l-kbira tagħhom kienu twaqqfu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-RPĊ. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-verifiki fuq il-post ta’, fost fatturi oħra, id-data tal-produzzjoni u tal-kapaċità, il-faċilitajiet tal-produzzjoni, l-ispejjeż tal-produzzjoni, ix-xiri tal-materja prima, ta’ prodotti nofshom lesti u ta’ prodotti lesti u l-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ikkonfermaw li s-17-il produttur esportatur kollha kienu qed jesportaw biss prodotti manifatturati minnhom.

    (53)

    Fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi li jifdal, il-Kummissjoni ma sabitx li huma involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni iżda identifikat il-kwistjonijiet li ġejjin kif spjegat fil-premessi (54) u (55).

    (54)

    Għall-ewwel grupp, il-Kummissjoni nnotat li dan kellu kumpanija kummerċjali waħda, li hija l-kumpanija omm, u żewġ produtturi esportaturi, li t-tlieta kienu jinsabu fl-istess bini fiċ-Ċina. Innotat ukoll li l-kodiċi addizzjonali TARIC individwali (b’rata ta’ dazju ta’ 17,9 %) kien ġie attribwit biss lill-kumpanija omm. Minħabba li l-kodiċijiet addizzjonali TARIC iridu jiġu attribwiti lill-produtturi esportaturi, huwa xieraq li issa l-Kummissjoni tittrasferixxi l-kodiċi addizzjonali TARIC mill-kumpanija omm kummerċjali lejn iż-żewġ produtturi esportaturi tal-grupp skont l-Artikoli 2(1) u 9(5) tar-Regolament bażiku.

    (55)

    Fit-tieni grupp, li anke hu kellu kumpanija relatata oħra bil-kodiċi addizzjonali TARIC individwali tagħha stess (b’rata ta’ dazju ta’ 17,9 %), waqt il-verifika tagħha tal-maħżen il-Kummissjoni nnotat dikjarazzjonijiet foloz sistematiċi dwar l-oriġini. L-impjegati kienu qegħdin jippakkjaw il-prodott ikkonċernat f’kaxxi interni u esterni li fuqhom kienet qed tiġi stampata informazzjoni qarrieqa dwar il-pajjiż tal-oriġini u dwar il-produttur. Singapor kien imsemmi bħala l-pajjiż tal-oriġini u l-produttur, kumpanija li tinsab fl-istess pajjiż. L-ordni tax-xiri kienet waslet mingħand kummerċjant stabbilit f’Ħong Kong. Il-konsenja nnifisha kienet destinata għal pajjiż terz barra mill-UE, fejn hemm ukoll miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq oġġetti li jintużaw fuq il-mejda li joriġinaw miċ-Ċina. Fil-bini tal-kumpaniji, il-Kummissjoni wettqet verifiki tad-dokumenti kollha ta’ sostenn fir-rigward ta’ ċerti tranżazzjonijiet magħżula ta’ bejgħ bl-esportazzjoni lejn l-Unjoni u barra minn hekk analizzat id-data dwar l-esportazzjonijiet minn Singapor lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li tali mġiba illegali ġiet applikata għall-bejgħ b’esportazzjoni destinat għall-UE. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ frodi fir-rigward tas-suq tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-oġġetti prodotti miż-żewġ produtturi esportaturi u destinati għall-UE huma korrettament iddikjarati li huma ta’ oriġini Ċiniża, u għalhekk ma kinux evadew id-dazji anti-dumping applikabbli tal-UE.

    (56)

    Konsegwentement, huwa xieraq li 18 mid-19-il produttur esportatur li ppreżentaw tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju u li saritilhom żjara fil-bini tagħhom iżommu d-dazju tagħhom ta’ 17,9 %. Barra minn hekk, għal wieħed minn dawn id-19-il produttur esportatur, kif stabbilit fil-premessa (54), huwa xieraq li l-Kummissjoni tittrasferixxi l-kodiċi addizzjonali TARIC mill-kumpanija omm kummerċjali liż-żewġ produtturi esportaturi tal-grupp skont l-Artikoli 2(1) u 9(5) tar-Regolament bażiku.

    2.4.   Tibdil fix-xejra tal-kummerċ

    2.4.1.   Livell ta’ kooperazzjoni u determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ fiċ-Ċina

    (57)

    Fir-rieżami ta’ skadenza reċenti, il-Kummissjoni analizzat l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjonijiet mill-RPĊ lejn l-Unjoni b’referenza għad-data tal-Eurostat, li tipprovdi ċifri għall-pajjiż kollu. F’din l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni kien meħtieġ li tiġi vvalutata d-data speċifika għall-kumpaniji. Din id-data hija disponibbli fil-bażi ta’ data, stabbilita skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. Din il-bażi ta’ data tiġbor id-data li l-Istati Membri jirrapportaw kull xahar lill-Kummissjoni dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti soġġetti għal investigazzjoni taħt kull kodiċi addizzjonali TARIC, kif ukoll il-miżuri, inkluża r-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk użat id-data mill-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6) biex tidentifika t-tibdil fix-xejra tal-kummerċ billi qabblet il-produtturi esportaturi bl-ogħla dazji u dawk bl-aktar dazji baxxi għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni.

    (58)

    Il-produtturi esportaturi soġġetti għal din l-investigazzjoni kienu jirrappreżentaw 26 % tal-volumi totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni fil-PR, kif irrapportat mill-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6). 48 minnhom kienu rċevew id-dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %.

    (59)

    Kif spjegat fil-premessa (51), 19-il produttur esportatur biss ikkooperaw billi ppreżentaw tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (34), produttur esportatur addizzjonali li fil-bidu kien issottometta tweġiba fjakka ferm għall-kwestjonarju fl-aħħar żamm id-dazju individwali tiegħu ta’ 17,9 %. Dawn l-20 produttur esportatur, kollha soġġetti għad-dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %, kienu jirrappreżentaw 10 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali waqt il-PR.

    2.4.2.   Tibdil fix-xejra tal-kummerċ fiċ-Ċina

    (60)

    It-Tabella 1 turi l-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-RPĊ lejn l-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-aħħar tal-perjodu ta’ rapportar f’ammont aggregat.

    Tabella 1

    Volumi totali tal-importazzjonijiet mill-RPĊ (f’tunnellati) lejn l-Unjoni

     

    2015

    2016

    2017

    2018

    Volum tal-importazzjonijiet

    348 003

    376 286

    403 071

    403 071

    Indiċi

    100

    108

    116

    111

    Sors: Statistika dwar l-Importazzjoni tal-UE bbażata fuq il-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6)

    (61)

    Il-volum tal-importazzjonijiet totali mill-RPĊ żdied fuq bażi aggregata bi 11 % matul il-PI u tela’ minn 348 003 tunnellata fl-2015 għal 383 460 tunnellata matul il-PR.

    (62)

    Kif spjegat fit-taqsima 2.3.1 u 2.3.2, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi kienu jew żiedu drastikament l-esportazzjonijiet tagħhom bejn l-2014 u l-2018, jew inkella esportaw ’il fuq mill-kapaċità tagħhom, kif iddikjarata fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ kampjunar waqt l-aħħar investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza. Fin-nuqqas ta’ ebda ġustifikazzjoni ekonomika għajr prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha għal dawn it-30 produttur esportatur fuq il-fatti disponibbli, fost l-oħrajn data dwar ix-xejriet tagħhom fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, u l-livell ta’ nuqqasijiet fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u kkonkludiet li kollha kienu involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. Dawn it-30 produttur esportatur kienu jirrappreżentaw 16 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali matul il-PR.

    (63)

    It-30 produttur esportatur involut f’ċirkomvenzjoni żiedu l-volumi tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni minn 52 497 tunnellata fl-2015 għal 52 497 tunnellata fl-2018. Din iż-żieda ta’ aktar minn 20 % hija f’kuntrast ċar maż-żieda tal-importazzjonijiet Ċiniżi kollha lejn l-Unjoni b’madwar 11 %, kif stabbilit fit-tabella fil-premessa (60) ta’ dan ir-Regolament.

    (64)

    Barra minn hekk, meta jsir divrenzjar bejn dawn it-30 produttur esportatur abbażi tar-rata tad-dazju applikabbli tagħhom, ġie nnotat tibdil fix-xejra tal-kummerċ b’referenza għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018, kif ġej:

    It-28 produttur esportatur soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (17,9 %) u involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni żiedu l-volum tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni b’madwar 12 600 tunnellata fuq livell aggregat (jew żieda medja ta’ 450 tunnellata fil-volum tal-bejgħ lejn l-Unjoni għal kull produttur esportatur), filwaqt li l-produtturi esportaturi li kien għad fadal soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (total ta’ madwar 370 produttur esportatur) (12) żiedu l-volum tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni b’madwar 20 000 tunnellata biss matul l-istess perjodu (jew żieda medja ta’ 54 tunnellata fil-volum tal-bejgħ lejn l-Unjoni għal kull produttur esportatur);

    Iż-żewġ produtturi esportaturi b’rati ta’ dazju individwali applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, ta’ 22,9 % u ta’ 23,4 % (ogħla mid-dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %) naqqsu l-volum tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni b’madwar 1 900 tunnellata, filwaqt li t-tliet produtturi esportaturi l-oħra b’rati ta’ dazju individwali (mhux fil-mira ta’ din l-investigazzjoni) żiedu l-volum tal-bejgħ tagħhom b’1 450 tunnellata. Dawn il-produtturi esportaturi tal-aħħar kienu rċevew dazju individwali – relattivament aktar baxx - ta’ 13,1 %, 17,6 % u 18,3 % rispettivament fl-investigazzjoni inizjali.

    (65)

    Dan it-tibdil fil-flussi kummerċjali lejn l-Unjoni jikkostitwixxi tibdil fix-xejra tal-kummerċ bejn produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż soġġett għal miżuri u l-Unjoni, li jirriżulta minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika adegwata għajr l-evitar tad-dazju residwu jew tad-dazju ogħla fis-seħħ fuq oġġetti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mill-RPĊ.

    2.4.3.   Natura tal-prattika ta’ ċirkomvenzjoni fiċ-Ċina

    (66)

    L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li t-tibdil fix-xejra tal-kummerċ tkun ġejja minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma jkunx hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, proċess jew ħidma jinkludu, fost l-oħrajn, ir-riorganizzazzjoni tax-xejriet u tal-kanali tal-bejgħ min-naħa tal-esportaturi jew tal-produtturi fil-pajjiż soġġett għal miżuri sabiex il-prodotti tagħhom jiġu esportati lejn l-Unjoni permezz ta’ produtturi li jibbenefikaw minn dazju individwali li huwa aktar baxx minn dak applikabbli għall-prodotti tal-manifatturi.

    (67)

    Kif spjegat fit-taqsima 2.3.1 u 2.3.2, il-Kummissjoni kkonkludiet li 30 mill-50 produttur esportatur huma involuti fi prattiki ta’ ridirezzjoni. Dawn kienu jirrappreżentaw 16 % tal-volumi totali tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, kif irrapportat fil-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6).

    (68)

    Fl-2018, il-Kummissjoni rċeviet ukoll evidenza mill-awtoritajiet doganali Sloveni, li wriet li l-prodott ikkonċernat kien qed jiġi importat lejn l-Unjoni minn produttur esportatur ieħor (b’dazju aktar baxx) differenti minn dak li fil-fatt immanifatturah (b’dazju ogħla). Barra minn hekk, matul l-analiżi tagħha fil-qafas ta’ rieżami ta’ esportatur ġdid, il-Kummissjoni ġabret ukoll evidenza ta’ prattika simili ta’ ridirezzjoni fejn, abbażi tat-tikketta fuq l-imballaġġ, il-prodott ikkonċernat kien qed jiġi importat fl-Unjoni minn produttur esportatur ieħor (b’dazju aktar baxx) differenti minn dak li fil-fatt immanifatturah (b’dazju ogħla). Dan jikkonferma s-sejbiet tal-investigazzjoni.

    (69)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prattiki ta’ ridirezzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat kienu qed iseħħu fuq skala kbira.

    2.5.   Nuqqas ta’ raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping

    (70)

    L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għall-prattiki ta’ ridirezzjoni għajr l-evitar tad-dazju residwu jew tad-dazju ogħla fis-seħħ fuq oġġetti li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mill-RPĊ.

    2.6.   Evidenza ta’ dumping

    (71)

    Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali preċedentement stabbilit għall-prodott simili.

    (72)

    Kemm fir-Regolament oriġinali kif ukoll fl-aħħar rieżami ta’ skadenza reċenti, ġie stabbilit id-dumping. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża d-data mill-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti sabiex tistabbilixxi l-valur normali.

    (73)

    Skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju kif stabbilit fir-Regolament dwar ir-rieżami ta’ skadenza tqabbel mal-medja ponderata tal-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-PR tat-30 produttur li nstabu li kienu qed jevitaw il-miżuri kif irrapportat fil-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6).

    (74)

    Peress li dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu taħt il-valur normali, ġiet ikkonfermata l-eżistenza ta’ dumping.

    2.7.   Imminar tal-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping

    (75)

    Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-prodotti importati mit-30 produttur esportatur li nstabu li kienu involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kinux, f’termini ta’ kwantitajiet u prezzijiet, imminaw l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ.

    (76)

    Fil-premessa (205) tar-Regolament wara l-aħħar rieżami ta’ skadenza kif imsemmi fil-premessa (4), il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza (l-1 ta’ April 2017 sal-31 ta’ Marzu 2018) il-konsum tal-Unjoni kien ilaħħaq is-634 255 tunnellata, li hija l-aktar ċifra reċenti dwar il-konsum tal-Unjoni li l-Kummissjoni għandha fil-pussess tagħha u indikatur utli għall-konsum tal-Unjoni għas-sena 2018. Bl-użu ta’ din iċ-ċifra, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tat-30 produttur esportatur involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, li skont il-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6), fl-2018 kienu jammontaw għal 63 227 tunnellata, huwa ta’ madwar 10 % tas-suq totali tal-Unjoni, li huwa perċentwal sinifikanti.

    (77)

    Fir-rigward tal-prezzijiet, fir-rieżami ta’ skadenza ma ġiex stabbilit il-prezz medju mhux dannuż. Għalhekk, il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fl-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza, tqabbel mal-medja ponderata tal-prezzijiet CIF tat-30 produttur li matul din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza nstabu li kienu qed iduru mal-miżuri kif irrapportat fil-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6).

    (78)

    Minħabba li l-prezzijiet CIF kienu taħt il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet li kienu qed jaħarbu l-miżuri kienu qed jimminaw l-effetti rimedjali tad-dazju f’termini ta’ prezzijiet.

    (79)

    Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-prattiki ta’ ridirezzjoni deskritti hawn fuq imminaw l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet.

    3.   MIŻURI

    (80)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mill-RPĊ qed jiġi evitat permezz ta’ prattiċi ta’ ridirezzjoni permezz ta’ ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għal dazju aktar baxx.

    (81)

    Għalhekk skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping residwu fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-RPĊ jenħtieġ li jiġi estiż għall-importazzjonijiet tal-istess prodott iddikjarat li huwa manifatturat minn ċerti kumpaniji soġġetti għal dazju aktar baxx, peress li fir-realtà qed jiġu prodotti minn kumpaniji soġġetti għal dazju individwali ogħla jew għad-dazju residwu ta’ 36,1 %.

    (82)

    Għalhekk huwa xieraq li l-miżura tiġi estiża kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 (13) għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”, li hija dazju antidumping definittiv ta’ 36,1 % applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju.

    (83)

    Skont l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprovdi li kull miżura estiża jenħtieġ li tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni soġġetti għar-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu, jenħtieġ li jinġabru dazji fuq l-importazzjonijiet reġistrati ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mill-RPĊ li ġew importati fl-Unjoni taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC tat-30 produttur li nstabu li kienu involuti fi prattiki ta’ ridirezzjoni. L-ammont tad-dazji anti-dumping li jenħtieġ li jinġabru b’mod retroattiv għandu jkun id-differenza bejn id-dazju residwu ta’ 36,1 % u l-ammont li dik il-kumpanija ħallset.

    4.   TISĦIĦ TAR-REKWIŻITI U TAL-MONITORAĠĠ TAL-IMPORTAZZJONIJIET

    (84)

    Il-Kummissjoni qabblet id-data dwar l-esportazzjonijiet ippreżentata fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mad-data kif irrapportata fil-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6). Hija nnotat li għal xi produtturi esportaturi Ċiniżi, id-data rrapportata fil-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6) kienet akbar mid-data rapportata fit-tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (85)

    Barra minn hekk il-Kummissjoni qabblet din id-data tal-aħħar ma’ sorsi oħrajn matul il-verifiki fuq il-post, bħad-dikjarazzjonijiet dwar it-taxxa fuq id-dħul u tal-VAT. F’ħafna każijiet, identifikat differenzi bejn fuq naħa waħda d-data dwar l-esportazzjonijiet li ġiet ippreżentata u sussegwentement ivverifikata fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u fuq in-naħa l-oħra d-data rapportata fil-bażi ta’ data stabbilita skont l-Artikolu 14(6).

    (86)

    Fil-premessa (5), il-Kummissjoni rreferiet għall-użu ħażin tal-kodiċijiet addizzjonali TARIC, li huma speċifiċi għall-kumpaniji. Tali użu ħażin jista’ jispjega d-differenzi msemmija hawn fuq fid-data tal-esportazzjoni kif deskritta fil-premessi (71) u (72).

    (87)

    Il-Kummissjoni għalhekk qajmet il-kwistjoni tal-użu ħażin potenzjali tal-kodiċijiet addizzjonali TARIC speċifiċi għall-kumpaniji mar-rappreżentanti ta’ dawk il-produtturi esportaturi fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-verifiki tagħha, qieset li l-kodiċijiet addizzjonali TARIC tagħhom kienu qed jintużaw ħażin minn kumpaniji oħrajn, aktar milli li l-produtturi esportaturi nfushom kienu involuti fi prattiki ta’ ridirezzjoni.

    (88)

    Fl-4 ta’ Lulju 2019, il-kwistjoni tal-użu ħażin potenzjali tal-kodiċijiet addizzjonali TARIC ġiet diskussa wkoll mal-awtoritajiet Ċiniżi u mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Prodotti Industrijali Żgħar u Prodotti Artistiċi u Artiġjanali (minn hawn ’il quddiem “il-Kamra”).

    (89)

    Abbażi ta’ dawn id-diskussjonijiet, il-Kummissjoni qieset li kien hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kwalunkwe użu ħażin tal-kodiċijiet addizzjonali TARIC speċifiċi għall-kumpaniji, b’mod partikolari billi jissaħħu r-rekwiżiti u l-monitoraġġ tal-importazzjonijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti Ċiniżi li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina lejn l-UE. Minħabba li ħafna produtturi Ċiniżi qed jesportaw lejn l-UE biss permezz ta’ kummerċjanti mhux relatati, huwa xieraq li s-sistema attwali tissaħħaħ kif ġej.

    (90)

    L-importatur jenħtieġ li jkun meħtieġ li jipprovdi għall-anqas id-dokumenti li ġejjin lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri:

    Jekk l-importatur jixtri direttament mingħand il-produttur esportatur Ċiniż, id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-fattura kummerċjali li għandu jkun fiha dikjarazzjoni tal-produttur esportatur kif speċifikat fl-Anness 2 (“dikjarazzjoni tal-manifattur għall-bejgħ dirett b’esportazzjoni”);

    Jekk l-importatur jixtri mingħand kummerċjant jew mingħand persuna ġuridika intermedja oħra, irrispettivament jekk din tkunx tinstab fiċ-Ċina kontinentali jew le, id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-fattura kummerċjali mingħand il-manifattur lill-kummerċjant li jkun fiha dikjarazzjoni tal-manifattur kif speċifikat fl-Anness 3 (“dikjarazzjoni tal-manifattur għall-bejgħ indirett b’esportazzjoni”) u permezz tal-fattura kummerċjali mill-kummerċjant lill-importatur.

    (91)

    Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ dawn id-dokumenti hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet, dawn id-dokumenti mhumiex l-uniku element li l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’dawn id-dokumenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) bil-għan li jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u li jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

    (92)

    Barra minn hekk, wara d-diskussjonijiet imsemmija fil-premessa (88), fid-9 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-awtoritajiet Ċiniżi u lill-Kamra, fejn ipproponitilhom li jikkollaboraw biex isaħħu r-rekwiżiti tal-importazzjoni u s-sistema ta’ monitoraġġ. Fl-1 ta’ Settembru 2019, l-awtoritajiet Ċiniżi u l-Kamra aċċettaw li jieħdu sehem f’sistema ġdida ta’ infurzar kif ġej: kull produttur esportatur b’dazju li mhuwiex 36,1 % għandu jintalab jibgħat kopja tal-fattura kummerċjali tiegħu lill-Kamra, li min-naħa tagħha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar id-data tal-esportazzjoni lejn l-UE ta’ dawn il-produtturi esportaturi.

    (93)

    Wara d-divulgazzjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Industrija taċ-Ċeramika kkummentat li hija kienet qed tilqa’ b’sodisfazzjon is-sejbiet dettaljati fid-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali u li kienet tappoġġa l-azzjonijiet proposti, bħall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet u li tirrikjedi sensiela ta’ dokumenti li l-Istati Membri se jiġbru fid-Dwana.

    5.   DIVULGAZZJONI

    (94)

    Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet ta’ hawn fuq u stiednet lill-partijiet jikkummentaw. Il-kummenti orali u bil-miktub mibgħuta mill-partijiet ġew ikkunsidrati. L-ebda argument ippreżentat ma ta lok għall-modifika tas-sejbiet definittivi.

    (95)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 36,1 % applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” impost bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, minbarra oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondimenti jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, mtieħen tal-kafè taċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, għodod tal-kċina taċ-ċeramika li jintużaw għall-qtugħ, tħin, tħakkik, tfettit, brix u tqaxxir, u ġebel tal-pizza taċ-ċeramika kordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 21, ex 6912 00 23, ex 6912 00 25 u ex 6912 00 29 (kodiċijiet TARIC 6911100090, 6912002111, 6912002191, 6912002310, 6912002510 u 6912002910) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-23 ta’ Marzu 2019 ġie estiż għall-importazzjonijiet iddikjarati mill-kumpaniji elenkati fit-tabella li ġejja. Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) u fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198, elenkati fit-tabella li ġejja għandhom jiġu mħassra u jiġu sostitwiti bil-kodiċi addizzjonali TARIC B999.

    Kumpanija

    Kodiċi

    Addizzjonali TARIC (imħassar u sostitwit)

    CHL Porcelain Industries Ltd

    B351

    Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co, Ltd.

    B353

    Beiliu Chengda Ceramic Co, Ltd.

    B360

    Beiliu Jiasheng Porcelain Co, Ltd.

    B362

    Chaozhou Lianjun Ceramics Co, Ltd.

    B446

    Chaozhou Xinde Ceramics Craft Factory

    B484

    Chaozhou Yaran Ceramics Craft Making Co, Ltd.

    B492

    Evershine Fine China Co, Ltd.

    B514

    Far East (Boluo) Ceramics Factory, Co. Ltd

    B517

    Fujian Dehua Rongxin Ceramic Co, Ltd.

    B543

    Fujian Dehua Xingye Ceramic Co, Ltd.

    B548

    Profit Cultural & Creative Group Corporation

    B556

    Guangxi Beiliu Guixin Porcelain Co, Ltd.

    B579

    Guangxi Beiliu Rili Porcelain Co, Ltd

    B583

    Hunan Huawei China Industry Co, Ltd

    B602

    Hunan Wing Star Ceramic Co, Ltd.

    B610

    Joyye Arts & Crafts Co. Ltd

    B619

    Liling Rongxiang Ceramic Co, Ltd.

    B639

    Meizhou Gaoyu Ceramics Co, Ltd.

    B656

    Ronghui Ceramic Co, Ltd Liling Hunan China

    B678

    Shenzhen Donglin Industry Co, Ltd.

    B687

    Shenzhen Fuxingjiayun Ceramics Co, Ltd.

    B692

    Shenzhen Good-Always Imp. & Exp. Co. Ltd

    B693

    Tangshan Daxin Ceramics Co, Ltd.

    B712

    Tangshan Redrose Porcelain Products Co, Ltd.

    B724

    Xuchang Jianxing Porcelain Products Co, Ltd.

    B742

    Yuzhou Huixiang Ceramics Co, Ltd

    B751

    Yuzhou Ruilong Ceramics Co, Ltd.

    B752

    Zibo Fuxin Porcelain Co, Ltd.

    B759

    Liling Taiyu Porcelain Industries Co, Ltd

    B956

    2.   Minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-kumpaniji elenkati fit-tabella ta’ hawn fuq, id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 36,1 % applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” impost bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 fuq importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, minbarra oġġetti taċ-ċeramika li jaħżnu kondimenti jew imtieħen żgħar tal-ħwawar u l-partijiet taċ-ċeramika tagħhom li jitħnu, mtieħen tal-kafè taċ-ċeramika, senniena tas-skieken taċ-ċeramika, għodod tal-kċina taċ-ċeramika li jintużaw għall-qtugħ, tħin, tħakkik, tfettit, brix u tqaxxir, u ġebel tal-pizza taċ-ċeramika kordierite tat-tip użat għall-ħami tal-pizza jew il-ħobż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6911 10 00, ex 6912 00 21, ex 6912 00 23, ex 6912 00 25 u ex 6912 00 29 (kodiċijiet TARIC 6911100090, 6912002111, 6912002191, 6912002310, 6912002510 u 6912002910) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-23 ta’ Marzu 2019 ġie estiż ukoll għall-importazzjonijiet iddikjarati mill-kumpaniji elenkati fit-tabella li ġejja. Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC tagħhom kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 u li huma elenkati fit-tabella li ġejja għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti bil-kodiċi addizzjonali TARIC B999.

    Kumpanija

    Kodiċi

    Addizzjonali TARIC (imħassar u sostitwit)

    Guandong Songfa Ceramics Co, Ltd

    B573

    Guangxi Xin Fu Yuan Co, Ltd

    B588

    Liling Jiaxing Ceramic Industrial Co, Ltd.

    B632

    3.   It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 qed tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

    Kumpanija

    Dazju

    (%)

    Kodiċi

    TARIC

    Hunan Hualian China Industry Co, Ltd; Hunan Hualian Ebillion Industry Co, Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co, Ltd;

    Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co, Ltd.

    18,3 %

    B349

    Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co, Ltd

    13,1 %

    B350

    Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited;

    Zibo Huatong Ceramics Co, Ltd;

    Shandong Silver Phoenix Co, Ltd;

    Niceton Ceramics (Linyi) Co, Ltd;

    Linyi Jingshi Ceramics Co, Ltd;

    Linyi Silver Phoenix Ceramics Co, Ltd;

    Linyi Chunguang Ceramics Co, Ltd;

    Linyi Zefeng Ceramics Co, Ltd.

    17,6 %

    B352

    Kumpaniji elenkati fl-Anness 1

    17,9 %

     

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    36,1 %

    B999

    4.   L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1198 qed jiġi sostitwit bl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    5.   Id-dazju estiż mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/464 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, għall-kumpaniji kollha elenkati fit-tabella taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    L-ammont ta’ dazji antidumping li jrid jinġabar b’mod retroattiv għandu jkun id-differenza bejn id-dazju residwu ta’ 36,1 % u l-ammont li fil-fatt tħallas.

    6.   L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 qed jiġi sostitwit bl-Anness 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju anti-dumping individwali għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni tad-dokumenti li ġejjin lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri:

    (a)

    Jekk l-importatur jixtri direttament mingħand il-produttur esportatur Ċiniż, id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni trid tkun akkumpanjata mill-fattura kummerċjali li għandu jkun fiha dikjarazzjoni tal-produttur esportatur kif speċifikat fl-Anness 2 (“dikjarazzjoni tal-manifattur għall-bejgħ dirett b’esportazzjoni”);

    (b)

    Jekk l-importatur jixtri mingħand kummerċjant jew mingħand persuna ġuridika intermedja oħra, irrispettivament jekk din tkunx tinstab fiċ-Ċina kontinentali jew le, id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-fattura kummerċjali mingħand il-manifattur lill-kummerċjant li jkun fiha dikjarazzjoni tal-manifattur kif speċifikat fl-Anness 3 (“dikjarazzjoni tal-manifattur għall-bejgħ indirett b’esportazzjoni”) u mill-fattura kummerċjali mill-kummerċjant lill-importatur.

    7.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/464.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1932 tat-23 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 273, 24.10.2017, p. 4).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2014 tal-24 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 33).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2207 tad-29 ta’ Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 314, 30.11.2017, p. 31).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 189,15.7.2019, p. 8).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/464 tal-21 ta’ Marzu 2019 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 80, 22.3.2019, p. 18).

    (8)  Dan il-produttur esportatur ma setax jipprovdi evidenza għal ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjonijiet tiegħu fl-2018 għajr li qed jirridirezzjonaw il-prodott ikkonċernat prodott minn ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi oħra.

    (9)  Il-kumpanija ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa fit-tweġiba għall-kwestjonarju fil-limiti ta’ żmien dwar, fost l-oħrajn, id-data finanzjarja, dwar il-bejgħ u dwar il-produzzjoni. B’riżultat ta’ dan, dan il-produttur esportatur ma setax jipprovdi evidenza għal ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjonijiet tiegħu fl-2018 għajr ridirezzjoni.

    (10)  Ta’ min jinnota li l-ittra tat-18 ta’ Ottubru 2019 mingħand il-kumpanija “A” tirreferi prinċipalment għar-relazzjoni tagħha mal-kumpanija B, u anqas għar-relazzjoniji li għandha mal-kumpanija C.

    (11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (12)  Kif issemma’ fin-nota 4 f’qiegħ il-paġna, hemm aktar minn 400 produttur esportatur soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ta’ 17,9 %.

    (13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1198 tat-12 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 189,15.7.2019, p. 8).


    ANNESS 1

    Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun

    Kumpanija

    Kodiċi Addizzjonali TARIC

    Amaida Ceramic Product Co., Ltd.

    B357

    Asianera Porcelain (Tangshan) Ltd.

    B358

    Beiliu Changlong Ceramics Co., Ltd.

    B359

    Beiliu City Heyun Building Materials Co., Ltd.

    B361

    Beiliu Quanli Ceramic Co., Ltd.

    B363

    Beiliu Shimin Porcelain Co., Ltd.

    B364

    Beiliu Windview Industries Ltd.

    B365

    Cameo China (Fengfeng) Co., Ltd.

    B366

    Changsha Happy Go Products Developing Co., Ltd.

    B367

    Chao An Huadayu Craftwork Factory

    B368

    Chaoan County Fengtang Town HaoYe Ceramic Fty

    B369

    Chao’an Lian Xing Yuan Ceramics Co., Ltd.

    B370

    Chaoan Oh Yeah Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B371

    Chaoan Shengyang Crafts Industrial Co., Ltd

    B372

    Chaoan Xin Yuan Ceramics Factory

    B373

    Chao’an Yongsheng Ceramic Industry Co., Ltd.

    B374

    Guangdong Baodayi Porcelain Co., Ltd.

    B375

    Chaozhou Baode Ceramics Co., Ltd,

    B376

    Chaozhou Baolian Ceramics Co., Ltd.

    B377

    Chaozhou Big Arrow Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B378

    Chaozhou Boshifa Ceramics Making Co., Ltd.

    B379

    Chaozhou Cantake Craft Co., Ltd.

    B380

    Chaozhou Ceramics Industry and Trade General Corp.

    B381

    Chaozhou Chaofeng Ceramic Making Co., Ltd.

    B382

    Chaozhou Chengxi Jijie Art & Craft Painted Porcelain Fty.

    B383

    Chaozhou Chengxinda Ceramics Industry Co., Ltd.

    B384

    Chaozhou Chenhui Ceramics Co., Ltd.

    B385

    Chaozhou Chonvson Ceramics Industry Co., Ltd.

    B386

    Chaozhou Daxin Arts & Crafts Co., Ltd.

    B387

    Chaozhou DaXing Ceramics Manufactory Co., Ltd

    B388

    Chaozhou Dayi Ceramics Industries Co., Ltd.

    B389

    Chaozhou Dehong Ceramics Making Co., Ltd.

    B390

    Chaozhou Deko Ceramic Co., Ltd.

    B391

    Chaozhou Diamond Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B392

    Chaozhou Dongyi Ceramics Co., Ltd.

    B393

    Chaozhou Dragon Porcelain Industrial Co., Ltd.

    B394

    Chaozhou Fairway Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

    B395

    Chaozhou Feida Ceramics Industries Co., Ltd.

    B396

    Chaozhou Fengxi Baita Ceramics Fty.

    B397

    Chaozhou Fengxi Dongtian Porcelain Fty. No.2

    B398

    Chaozhou Fengxi Fenger Ceramics Craft Fty.

    B399

    Chaozhou Fengxi Hongrong Color Porcelain Fty.

    B400

    Chaozhou Fengxi Jiaxiang Ceramic Manufactory

    B401

    Guangdong GMT Foreign Trade Service Corp.

    B402

    Chaozhou Fengxi Shengshui Porcelain Art Factory

    B403

    Chaozhou Fengxi Zone Jinbaichuan Porcelain Crafts Factory

    B404

    Chaozhou Fromone Ceramic Co., Ltd.

    B405

    Chaozhou Genol Ceramics Manufacture Co., Ltd.

    B406

    Chaozhou Good Concept Ceramics Co., Ltd.

    B407

    Chaozhou Grand Collection Ceramics Manufacturing Co. Ltd.

    B408

    Chaozhou Guangjia Ceramics Manufacture Co., Ltd.

    B409

    Chaozhou Guidu Ceramics Co., Ltd.

    B410

    Chaozhou Haihong Ceramics Making Co., Ltd.

    B411

    Chaozhou Hengchuang Porcelain Co., Ltd.

    B412

    Chaozhou Henglibao Porcelain Industrial Co., Ltd.

    B413

    Chaozhou Hongbo Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B414

    Chaozhou Hongjia Ceramics Making Co., Ltd.

    B415

    Chaozhou Hongye Ceramics Manufactory Co., Ltd.

    B416

    Chaozhou Hongye Porcelain Development Co., Ltd.

    B417

    Chaozhou Hongyue Porcelain Industry Co., Ltd.

    B418

    Chaozhou Hongzhan Ceramic Manufacture Co., Ltd.

    B419

    Chaozhou Hua Da Ceramics Making Co., Ltd.

    B420

    Chaozhou Huabo Ceramic Co., Ltd.

    B421

    Chaozhou Huade Ceramics Manufacture Co., Ltd.

    B422

    Chaozhou Huashan Industrial Co., Ltd.

    B423

    Chaozhou Huayu Ceramics Co., Ltd.

    B424

    Chaozhou Huazhong Ceramics Industries Co., Ltd.

    B425

    Chaozhou Huifeng Ceramics Craft Making Co., Ltd.

    B426

    Chaozhou J&M Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B427

    Chaozhou Jencymic Co., Ltd.

    B428

    Chaozhou Jiahua Ceramics Co., Ltd.

    B429

    Chaozhou Jiahuabao Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B430

    Chaozhou JiaHui Ceramic Factory

    B431

    Chaozhou Jiaye Ceramics Making Co., Ltd.

    B432

    Chaozhou Jiayi Ceramics Making Co., Ltd.

    B433

    Chaozhou Jiayu Ceramics Making Co., Ltd.

    B434

    Chaozhou Jin Jia Da Porcelain Industry Co., Ltd.

    B435

    Chaozhou Jingfeng Ceramics Craft Co., Ltd.

    B436

    Guangdong Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd.

    B437

    Chaozhou Jinxin Ceramics Making Co., Ltd

    B438

    Chaozhou Jinyuanli Ceramics Manufacture Co., Ltd.

    B439

    Chaozhou Kaibo Ceramics Making Co., Ltd.

    B440

    Chaozhou Kedali Porcelain Industrial Co., Ltd.

    B441

    Chaozhou King’s Porcelain Industry Co., Ltd.

    B442

    Chaozhou Kingwave Porcelain & Pigment Co., Ltd.

    B443

    Chaozhou Lemontree Tableware Co., Ltd.

    B444

    Chaozhou Lianfeng Porcelain Co., Ltd.

    B445

    Chaozhou Lianyu Ceramics Co., Ltd.

    B447

    ChaoZhou Lianyuan Ceramic Making Co., Ltd.

    B448

    Chaozhou Lisheng Ceramics Co., Ltd.

    B449

    Chaozhou Loving Home Porcelain Co., Ltd.

    B450

    Chaozhou Maocheng Industry Dve. Co., Ltd.

    B451

    Chaozhou MBB Porcelain Factory

    B452

    Guangdong Mingyu Technology Joint Stock Limited Company

    B453

    Chaozhou New Power Co., Ltd.

    B454

    Chaozhou Ohga Porcelain Co.,Ltd.

    B455

    Chaozhou Oubo Ceramics Co., Ltd.

    B456

    Chaozhou Pengfa Ceramics Manufactory Co., Ltd.

    B457

    Chaozhou Pengxing Ceramics Co., Ltd.

    B458

    Chaozhou Qingfa Ceramics Co., Ltd.

    B459

    Chaozhou Ronghua Ceramics Making Co., Ltd.

    B460

    Guangdong Ronglibao Homeware Co., Ltd.

    B461

    Chaozhou Rui Cheng Porcelain Industry Co., Ltd.

    B462

    Chaozhou Rui Xiang Porcelain Industrial Co., Ltd.

    B463

    Chaozhou Ruilong Ceramics Co., Ltd.

    B464

    Chaozhou Sanhua Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B465

    Chaozhou Sanming Industrial Co., Ltd.

    B466

    Chaozhou Santai Porcelain Co., Ltd.

    B467

    Chaozhou Shuntai Ceramic Manufactory Co., Ltd.

    B468

    Chaozhou Songfa Ceramics Co.,Ltd.

    B469

    Chaozhou Sundisk Ceramics Making Co., Ltd.

    B470

    Chaozhou Teemjade Ceramics Co., Ltd.

    B471

    Chaozhou Thyme Ceramics Co., Ltd.

    B472

    Chaozhou Tongxing Huajiang Ceramics Making Co., Ltd

    B473

    Guangdong Totye Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B474

    Chaozhou Trend Arts & Crafts Co., Ltd.

    B475

    Chaozhou Uncommon Craft Industrial Co., Ltd.

    B476

    Chaozhou Weida Ceramic Making Co., Ltd.

    B477

    Chaozhou Weigao Ceramic Craft Co., Ltd.

    B478

    Chaozhou Wingoal Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B479

    Chaozhou Wood House Porcelain Co., Ltd.

    B480

    Chaozhou Xiangye Ceramics Craft Making Co., Ltd.

    B481

    Chaozhou Xin Weicheng Co., Ltd.

    B482

    Chaozhou Xincheng Ceramics Co., Ltd.

    B483

    Chaozhou Xingguang Ceramics Co., Ltd.

    B485

    Chaozhou Wenhui Porcelain Co., Ltd.

    B486

    Chaozhou Xinkai Porcelain Co., Ltd.

    B487

    Chaozhou Xinlong Porcelain Industrial Co., Ltd.

    B488

    Chaozhou Xinyu Porcelain Industrial Co., Ltd.

    B489

    Chaozhou Xinyue Ceramics Manufacture Co., Ltd.

    B490

    Chaozhou Yangguang Ceramics Co., Ltd.

    B491

    Chaozhou Yinhe Ceramics Co., Ltd.

    B493

    Chaozhou Yongsheng Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

    B494

    Chaozhou Yongxuan Domestic Ceramics Manufactory Co., Ltd.

    B495

    Chaozhou Yu Ri Ceramics Making Co., Ltd.

    B496

    Chaozhou Yuefeng Ceramics Ind. Co., Ltd.

    B497

    Chaozhou Yufeng Ceramics Making Factory

    B498

    Chaozhou Zhongxia Porcelain Factory Co., Ltd.

    B499

    Chaozhou Zhongye Ceramics Co., Ltd.

    B500

    Dabu Yongxingxiang Ceramics Co., Ltd.

    B501

    Dapu Fuda Ceramics Co., Ltd.

    B502

    Dapu Taoyuan Porcelain Factory

    B503

    Dasheng Ceramics Co., Ltd. Dehua

    B504

    De Hua Hongshun Ceramic Co., Ltd.

    B505

    Dehua Hongsheng Ceramic Co., Ltd.

    B506

    Dehua Jianyi Porcelain Industry Co., Ltd.

    B507

    Dehua Kaiyuan Porcelain Industry Co., Ltd.

    B508

    Dehua Ruyuan Gifts Co., Ltd.

    B509

    Dehua Xinmei Ceramics Co., Ltd.

    B510

    Dongguan Kennex Ceramic Ltd.

    B511

    Dongguan Shilong Kyocera Co., Ltd.

    B512

    Dongguan Yongfuda Ceramics Co., Ltd.

    B513

    Excellent Porcelain Co., Ltd.

    B515

    Fair-Link Limited (Xiamen)

    B516

    Far East (chaozhou) Ceramics Factory Co., Ltd.

    B518

    Fengfeng Mining District Yuhang Ceramic Co. Ltd. ("Yuhang”)

    B519

    Foshan Metart Company Limited

    B520

    Fujian Jiashun Art&Crafts Co., Ltd.

    B521

    Fujian Dehua Chengyi Ceramics Co., Ltd.

    B522

    Fujian Dehua Five Continents Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

    B523

    Fujian Dehua Fujue Ceramics Co., Ltd.

    B524

    Fujian Dehua Full Win Crafts Co., Ltd.

    B525

    Fujian Dehua Fusheng Ceramics Co., Ltd.

    B526

    Fujian Dehua Gentle Porcelain Co., Ltd.

    B527

    Fujian Dehua Guanhong Ceramic Co., Ltd.

    B528

    Fujian Dehua Guanjie Ceramics Co., Ltd.

    B529

    Luzerne (Fujian) Group Co., Ltd.

    B530

    Fujian Dehua Hongda Ceramics Co., Ltd.

    B531

    Fujian Dehua Hongsheng Arts & Crafts Co., Ltd.

    B532

    Fujian Dehua Hongyu Ceramic Co., Ltd.

    B533

    Fujian Dehua Huachen Ceramics Co., Ltd.

    B534

    Fujian Dehua Huaxia Ceramics Co., Ltd.

    B535

    Fujian Dehua Huilong Ceramic Co., Ltd.

    B536

    Fujian Dehua Jingyi Ceramics Co., Ltd.

    B537

    Fujian Dehua Jinhua Porcelain Co., Ltd.

    B538

    Fujian Dehua Jinzhu Ceramics Co., Ltd.

    B539

    Fujian Dehua Lianda Ceramic Co., Ltd.

    B540

    Fujian Dehua Myinghua Ceramics Co., Ltd.

    B541

    Fujian Dehua Pengxin Ceramics Co., Ltd.

    B542

    Fujian Dehua Shisheng Ceramics Co., Ltd.

    B544

    Fujian Dehua Will Ceramic Co., Ltd.

    B545

    Fujian Dehua Xianda Ceramic Factory

    B546

    Fujian Dehua Xianghui Ceramic Co., Ltd.

    B547

    Fujian Dehua Yonghuang Ceramic Co., Ltd.

    B549

    Fujian Dehua Yousheng Ceramics Co., Ltd.

    B550

    Fujian Dehua You-Young Crafts Co., Ltd.

    B551

    Fujian Dehua Zhenfeng Ceramics Co., Ltd.

    B552

    Fujian Dehua Zhennan Ceramics Co., Ltd.

    B553

    Fujian Jackson Arts and Crafts Co., Ltd.

    B554

    Fujian Jiamei Group Corporation

    B555

    Fujian Province Dehua County Beatrot Ceramic Co., Ltd.

    B557

    Fujian Province Yongchun County Foreign Processing and Assembling Corporation

    B558

    Fujian Quanzhou Longpeng Group Co., Ltd.

    B559

    Fujian Dehua S&M Arts Co., Ltd., and

    Fujian Taigu Ceramics Co., Ltd.

    B560

    Fung Lin Wah Group

    B561

    Ganzhou Koin Structure Ceramics Co., Ltd.

    B562

    Global Housewares Factory

    B563

    Guangdong Baofeng Ceramic Technology Development Co., Ltd.

    B564

    Guangdong Bening Ceramics Industries Co., Ltd.

    B565

    Guangdong Daye Porcelain Co., Ltd.

    B566

    Guangdong Dongbao Group Co., Ltd.

    B567

    Guangdong Huaxing Ceramics Co., Ltd.

    B568

    Guangdong Quanfu Ceramics Ind. Co., Ltd.

    B569

    Guangdong Shunqiang Ceramics Co., Ltd

    B570

    Guangdong Shunxiang Porcelain Co., Ltd.

    B571

    Guangdong Sitong Group Co., Ltd.

    B572

    GuangDong XingTaiYi Porcelain Co., Ltd

    B574

    Guangdong Yutai Porcelain Co., Ltd.

    B575

    Guangdong Zhentong Ceramics Co., Ltd

    B576

    Guangxi Baian Ceramic Co. Ltd

    B577

    Guangxi Beiliu City Ming Chao Porcelain Co., Ltd.

    B578

    Guangxi Beiliu Huasheng Porcelain Ltd.

    B580

    Guangxi Beiliu Newcentury Ceramic Llc.

    B581

    Guangxi Beiliu Qinglang Porcelain Trade Co., Ltd.

    B582

    Guangxi Beiliu Xiongfa Ceramics Co., Ltd.

    B584

    Guangxi Beiliu Yujie Porcelain Co., Ltd.

    B585

    Guangxi Beiliu Zhongli Ceramics Co., Ltd

    B586

    Guangxi Nanshan Porcelain Co., Ltd.

    B587

    Guangxi Yulin Rongxing Ceramics Co., Ltd.

    B589

    Guangzhou Chaintime Porcelain Co., Ltd.

    B590

    Haofa Ceramics Co., Ltd. of Dehua Fujian

    B591

    Hebei Dersun Ceramic Co., Ltd.

    B592

    Hebei Great Wall Ceramic Co., Ltd.

    B593

    Henan Ruilong Ceramics Co., Ltd

    B594

    Henghui Porcelain Plant Liling Hunan China

    B595

    Huanyu Ceramic Industrial Co., Ltd. Liling Hunan China

    B596

    Hunan Baihua Ceramics Co., Ltd.

    B597

    Hunan Eka Ceramics Co., Ltd.

    B598

    Hunan Fungdeli Ceramics Co., Ltd.

    B599

    Hunan Gaofeng Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

    B600

    Hunan Huari Ceramic Industry Co., Ltd

    B601

    Hunan Huayun Ceramics Factory Co., Ltd

    B603

    Hunan Liling Tianxin China Industry Ltd.

    B604

    Hunan Provincial Liling Chuhua Ceramic Industrial Co., Ltd.

    B605

    Hunan Quanxiang Ceramics Corp. Ltd.

    B606

    Hunan Rslee Ceramics Co., Ltd

    B607

    Hunan Taisun Ceramics Co., Ltd.

    B608

    Hunan Victor Imp. & Exp. Co., Ltd

    B609

    Hunan Xianfeng Ceramic Industry Co.,Ltd

    B611

    Jiangsu Gaochun Ceramics Co., Ltd.

    B612

    Jiangsu Yixing Fine Pottery Corp., Ltd.

    B613

    Jiangxi Global Ceramic Co., Ltd.

    B614

    Jiangxi Kangshu Porcelain Co.,Ltd.

    B615

    Jingdezhen F&B Porcelain Co., Ltd.

    B616

    Jingdezhen Yuanjing Porcelain Industry Co., Ltd.

    B617

    Jiyuan Jukang Xinxing Ceramics Co., Ltd.

    B618

    Junior Star Ent’s Co., Ltd.

    B620

    K&T Ceramics International Co., Ltd.

    B621

    Kam Lee (Xing Guo) Metal and Plastic Fty. Co., Ltd.

    B622

    Karpery Industrial Co., Ltd. Hunan China

    B623

    Kilncraft Ceramics Ltd.

    B624

    Lian Jiang Golden Faith Porcelain Co., Ltd.

    B625

    Liling Gaojia Ceramic Industry Co., Ltd

    B626

    Liling GuanQian Ceramic Manufacture Co., Ltd.

    B627

    Liling Huahui Ceramic Manufacturing Co., Ltd.

    B628

    Liling Huawang Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

    B629

    Liling Jiahua Porcelain Manufacturing Co., Ltd

    B630

    Liling Jialong Porcelain Industry Co., Ltd

    B631

    Liling Kaiwei Ceramic Co., Ltd.

    B633

    Liling Liangsheng Ceramic Manufacture Co., Ltd.

    B634

    Liling Liuxingtan Ceramics Co., Ltd

    B635

    Liling Minghui Ceramics Factory

    B636

    Liling Pengxing Ceramic Factory

    B637

    Liling Quanhu Industries General Company

    B638

    Liling Ruixiang Ceramics Industrial Co., Ltd.

    B640

    Liling Santang Ceramics Manufacturing Co., Ltd.

    B641

    Liling Shenghua Industrial Co., Ltd.

    B642

    Liling Spring Ceramic Industry Co., Ltd

    B643

    Liling Tengrui Industrial and Trading Co.,Ltd.

    B644

    Liling Top Collection Industrial Co., Ltd

    B645

    Liling United Ceramic-Ware Manufacturing Co., Ltd.

    B646

    Liling Yonghe Porcelain Factory

    B647

    Liling Yucha Ceramics Co., Ltd.

    B648

    Liling Zhengcai Ceramic Manufacturing Co., Ltd

    B649

    Linyi Jinli Ceramics Co., Ltd.

    B650

    Linyi Pengcheng Industry Co., Ltd.

    B651

    Linyi Wanqiang Ceramics Co., Ltd.

    B652

    Linyi Zhaogang Ceramics Co., Ltd.

    B653

    Liveon Industrial Co., Ltd.

    B654

    Long Da Bone China Co., Ltd.

    B655

    Meizhou Lianshunchang Trading Co., Ltd.

    B657

    Meizhou Xinma Ceramics Co., Ltd.

    B658

    Meizhou Yuanfeng Ceramic Industry Co., Ltd.

    B659

    Meizhou Zhong Guang Industrial Co., Ltd.

    B660

    Miracle Dynasty Fine Bone China (Shanghai) Co., Ltd.

    B661

    Photo USA Electronic Graphic Inc.

    B662

    Quanzhou Allen Light Industry Co., Ltd.

    B663

    Quanzhou Chuangli Craft Co., Ltd.

    B664

    Quanzhou Dehua Fangsheng Arts Co., Ltd.

    B665

    Quanzhou Haofu Gifts Co., Ltd.

    B666

    Quanzhou Hongsheng Group Corporation

    B667

    Quanzhou Jianwen Craft Co., Ltd.

    B668

    Quanzhou Kunda Gifts Co., Ltd.

    B669

    Quanzhou Yongchun Shengyi Ceramics Co., Ltd.

    B670

    Raoping Bright Future Porcelain Factory ("RBF”)

    B671

    Raoping Sanrao Yicheng Porcelain Factory

    B672

    Raoping Sanyi Industrial Co., Ltd.

    B673

    Raoping Suifeng Ceramics and Glass Factory

    B674

    Raoping Xinfeng Yangda Colour Porcelain FTY

    B675

    Red Star Ceramics Limited

    B676

    Rong Lin Wah Industrial (Shenzhen) Co., Ltd.

    B677

    Shandong Futai Ceramics Co., Ltd.

    B679

    Shandong Gaode Hongye Ceramics Co., Ltd.

    B680

    Shandong Kunlun Ceramic Co., Ltd.

    B681

    Shandong Zhaoding Porcelain Co., Ltd.

    B682

    Shantou Ceramics Industry Supply & Marketing Corp.

    B683

    Sheng Hua Ceramics Co., Ltd.

    B684

    Shenzhen Baoshengfeng Imp. & Exp. Co., Ltd.

    B685

    Shenzhen Bright Future Industry Co., Ltd. ("SBF”)

    B686

    Shenzhen Ehome Enterprise Ltd

    B688

    Shenzhen Ever Nice Industry Co., Ltd.

    B689

    Shenzhen Fuliyuan Porcelain Co., Ltd.

    B690

    Shenzhen Full Amass Ind. Dev. Co. Ltd

    B691

    Shenzhen Gottawa Industrial Ltd.

    B694

    Shenzhen Hiker Housewares Ltd.

    B695

    Shenzhen Hua Mei Industry Development Ltd

    B696

    Shenzhen Mingsheng Ceramic Ltd.

    B697

    Shenzhen Senyi Porcelain Industry Co. Ltd.

    B698

    Shenzhen SMF Investment Co., Ltd

    B699

    Shenzhen Tao Hui Industrial Co., Ltd.

    B700

    Shenzhen Topchoice Industries Limited

    B701

    Shenzhen Trueland Industrial Co., Ltd.

    B702

    Shenzhen Universal Industrial Co., Ltd.

    B703

    Shenzhen Zhan Peng Xiang Industrial Co., Ltd.

    B704

    Shijiazhuang Kuangqu Huakang Porcelain Co., Ltd.

    B705

    Shun Sheng Da Group Co., Ltd. Quanzhou Fujian

    B706

    Stechcol Ceramic Crafts Development (Shenzhen) Co., Ltd.

    B707

    Taiyu Ceramic Co., Ltd. Liling Hunan China

    B708

    Tangshan Beifangcidu Ceramic Group Co., Ltd.

    B709

    Tangshan Boyu Osseous Ceramic Co., Ltd.

    B710

    Tangshan Chinawares Trading Co., Ltd

    B711

    Tangshan Golden Ceramic Co., Ltd.

    B713

    Tangshan Haigelei Fine Bone Porcelain Co., Ltd.

    B714

    Tangshan Hengrui Porcelain Industry Co., Ltd.

    B715

    Tangshan Huamei Porcelain Co., Ltd.

    B716

    Tangshan Huaxincheng Ceramic Products Co., Ltd.

    B717

    Tangshan Huyuan Bone China Co., Ltd.

    B718

    Tangshan Imperial-Hero Ceramics Co., Ltd.

    B719

    Tangshan Jinfangyuan Bone China Manufacturing Co., Ltd.

    B720

    Tangshan Keyhandle Ceramic Co., Ltd.

    B721

    Tangshan Longchang Ceramics Co., Ltd.

    B722

    Tangshan Masterwell Ceramic Co., Ltd.

    B723

    Tangshan Shiyu Commerce Co., Ltd.

    B725

    Tangshan Xueyan Industrial Co., Ltd.

    B726

    Tangshan Yida Industrial Corp.

    B727

    Tao Yuan Porcelain Factory

    B728

    Teammann Co., Ltd.

    B729

    The China & Hong Kong Resources Co., Ltd.

    B730

    The Great Wall of Culture Group Holding Co., Ltd Guangdong

    B731

    Tienshan (Handan) Tableware Co., Ltd. ("Tienshan”)

    B732

    Topking Industry (China) Ltd.

    B733

    Weijian Ceramic Industrial Co., Ltd.

    B734

    Weiye Ceramics Co., Ltd.

    B735

    Winpat Industrial Co., Ltd.

    B736

    Xiamen Acrobat Splendor Ceramics Co., Ltd.

    B737

    Xiamen Johnchina Fine Polishing Tech Co., Ltd.

    B738

    Xiangqiang Ceramic Manufacturing Co., Ltd. Liling City Hunan

    B739

    Xin Xing Xian XinJiang Pottery Co., Ltd.

    B740

    Xinhua County Huayang Porcelain Co., Ltd.

    B741

    Yangjiang Shi Ba Zi Kitchen Ware Manufacturing Co., Ltd.

    B743

    Yanling Hongyi Import N Export Trade Co., Ltd.

    B744

    Ying-Hai (Shenzhen) Industry Dev. Co., Ltd.

    B745

    Yiyang Red Star Ceramics Ltd.

    B746

    China Yong Feng Yuan Co., Ltd.

    B747

    Yongchun Dahui Crafts Co., Ltd.

    B748

    Yu Yuan Ceramics Co., Ltd.

    B749

    Yuzhou City Kongjia Porcelain Co., Ltd.

    B750

    Zeal Ceramics Development Co., Ltd, Shenzhen, China

    B753

    Zhangjiakou Xuanhua Yici Ceramics Co., Ltd. ("Xuanhua Yici”)

    B754

    Zhejiang Nansong Ceramics Co., Ltd.

    B755

    Zibo Boshan Shantou Ceramic Factory

    B756

    Zibo CAC Chinaware Co., Ltd.

    B757

    Zibo Fortune Light Industrial Products Co., Ltd.

    B758

    Zibo GaoDe Ceramic Technology & Development Co., Ltd.

    B760

    Zibo Hongda Ceramics Co., Ltd.

    B761

    Zibo Jinxin Light Industrial Products Co., Ltd.

    B762

    Zibo Kunyang Ceramic Corporation Limited

    B763

    Liling Xinyi Ceramics Industry Ltd.

    B957

    Gemmi (Shantou) Industrial Co., Ltd.

    B958

    Jing He Ceramics Co., Ltd

    B959

    Fujian Dehua Huamao Ceramics Co., Ltd

    C303

    Fujian Dehua Jiawei Ceramics Co., Ltd

    C304

    Fujian Dehua New Qili Arts Co., Ltd

    C305

    Quanzhou Dehua Hengfeng Ceramics Co., Ltd

    C306

    Fujian Dehua Sanfeng Ceramics Co. Ltd

    C485


    ANNESS 2

    Dikjarazzjoni tal-manifattur għall-bejgħ dirett b’esportazzjoni

    Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-manifattur, fil-format li ġej trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(6)(a):

    (1)

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-manifattur.

    (2)

    Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’kg) ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina mibjugħa sabiex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hi sħiħa u korretta.”

    (3)

    Id-data u l-firma.


    ANNESS 3

    Dikjarazzjoni tal-manifattur għall-bejgħ indirett b’esportazzjoni

    Dikjarazzjoni tal-manifattur Ċiniż, iffirmata minn uffiċjal tal-manifattur li joħroġ il-fattura għal din it-tranżazzjoni lin-negozjant, fil-format li ġej trid tidher fuq il-fattura kummerċjali tal-manifattur lin-negozjant imsemmi fl-Artikolu 1(6)(b):

    (1)

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-manifattur.

    (2)

    Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’kg) ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina mibjugħa lin-negozjant (isem in-negozjant) (pajjiż in-negozjant), koperti minn din il-fattura ġie mmanifatturat mill-kumpanija tagħna (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hi sħiħa u korretta.”

    (3)

    Id-data u l-firma.


    Top