This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1820
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/1820 of 8 August 2019 amending Regulation (EU) No 528/2012 of the European Parliament and of the Council to include Saccharomyces cerevisiae as an active substance in Annex I thereto (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1820 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex is-Saccharomyces cerevisiae ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tiegħu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1820 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex is-Saccharomyces cerevisiae ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tiegħu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/5890
ĠU L 279, 31.10.2019, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1820
tat-8 ta’ Awwissu 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex is-Saccharomyces cerevisiae ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza attiva s-Saccharomyces cerevisiae, sa fejn din tikkostitwixxi ikel jew għalf maħsuba għall-użu bħala ikel jew għalf li jintużaw bħala sustanzi li jbiegħdu (repellents) u dawk li jattiraw (attractants) tat-tip ta’ prodott 19, li tista’ tibbenefika mid-deroga għall-ikel u għall-għalf prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2). |
(2) |
Ġiet ippreżentata notifika skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (3) għas-Saccharomyces cerevisiae għall-prodott tat-tip 19 li jibbenefika mid-deroga għall-ikel u għall-għalf. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) iddikjarat li n-notifika hija konformi u infurmat lill-Kummissjoni dwar il-konformità skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. Għaldaqstant, is-Saccharomyces cerevisiae ġiet inkluża għat-tip ta’ prodott 19 fil-lista ta’ taħlitiet ta’ sustanzi attivi/tipi ta’ prodotti inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali (4). |
(3) |
Fil-31 ta’ Jannar 2017 il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija għal opinjoni dwar jekk is-Saccharomyces cerevisiae tagħtix lok għal tħassib skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(4) |
L-opinjoni tal-Aġenzija (5) kkonkludiet li s-Saccharomyces cerevisiae ma tagħtix lok għal tħassib u għalhekk hija eliġibbli għall-inklużjoni fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(5) |
Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, huwa xieraq li s-Saccharomyces cerevisiae tiġi inkluża fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Peress li s-Saccharomyces cerevisiae hija ta’ oriġini naturali, jenħtieġ li tiġi inkluża fil-kategorija 4 “Sustanzi ta’ oriġini naturali użati tradizzjonalment”. Jenħtieġ li s-Saccharomyces cerevisiae tiġi inkluża f’dak l-Anness biss sakemm taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “ikel” jew “għalf” imsemmija fil-punt (u) tal-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament. Dan huwa konsistenti mal-fatt li s-Saccharomyces cerevisiae ma bbenefikatx mid-deroga għall-ikel u għall-għalf prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 sakemm ma kinitx jikkonsisti minn ikel jew minn għalf. |
(6) |
L-Artikolu 89(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fih miżuri tranżizzjonali fejn sustanza attiva eżistenti inkluża fil-programm ta’ ħidma għall-eżami sistematiku ta’ sustanzi attivi eżistenti tiġi approvata f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Fir-rigward tas-Saccharomyces cerevisiae għall-prodotti tat-tip 19, id-data tal-approvazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 89(3) ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li tiġi stabbilita bħala dik tal-1 ta’ Ġunju 2021, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jitressqu f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(3) ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-Artikolu 89(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, id-data tal-approvazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae għall-prodotti tat-tip 19 hija l-1 ta’ Ġunju 2021.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/157 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 1).
(5) Biocidal Products Committee (BPC) Opinion of 14 December 2017 on the eligibility of certain food and feed active substances for inclusion into Annex I to the BPR. [Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) tal-14 ta’ Diċembru 2017 dwar l-eliġibbiltà ta’ ċerti sustanzi attivi fl-ikel u fl-għalf għall-inklużjoni fl-Anness I tal-BPR], ECHA/BPC/186/2017.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-Kategorija 4 tal-lista tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 25(a), tiżdied l-entrata li ġejja:
Numru KE |
Isem/Grupp |
Restrizzjoni |
Kumment |
“Mhux disponibbli |
Saccharomyces cerevisiae (ħmira) (*1) |
Minbarra Saccharomyces cerevisiae li mhuwiex ikel jew għalf. |
Nru CAS 68876-77-7 |
(*1) Id-data tal-approvazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae għall-prodotti tat-tip 19 għall-finijiet tal-Artikolu 89(3) hija l-1 ta’ Ġunju 2021.”.