EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R2036

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/2036 tat-18 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran

C/2018/6718

ĠU L 327, 21.12.2018, p. 27–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/2036/oj

21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/27


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2036

tat-18 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament il-qbid skartat fis-sajd tal-Unjoni permezz tal-introduzzjoni ta' obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet soġġetti għal limiti ta' qbid u, fil-Mediterran, anki għall-qabdiet ta' speċijiet soġġetti għal daqsijiet minimi kif definiti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art japplika għas-sajd demersali fil-Baħar Mediterran sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 għal dawk l-ispeċijiet li jiddefinixxu dik l-attività tas-sajd u sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 għall-ispeċijiet l-oħra kollha.

(3)

Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-pjanijiet ta' skartar permezz ta' att delegat, għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin li jista' jiġġedded għal perjodu totali ulterjuri ta' tliet snin, abbażi ta' rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 (3) stabbilixxa pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran applikabbli mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019, wara li ġew ippreżentati tliet rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni fl-2016 minn għadd ta' Stati Membri li għandhom interess dirett ta' ġestjoni fil-Baħar Mediterran (il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, Malta u s-Slovenja). Dawk it-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti kienu jikkonċernaw il-Punent tal-Baħar Mediterran, il-Baħar Adrijatiku u x-Xlokk tal-Baħar Mediterran rispettivament.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/153 (4) wara li l-Istati Membri rilevanti li għandhom interess dirett ta' ġestjoni ppreżentaw żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti dwar il-Punent tal-Baħar Mediterran u l-Baħar Adrijatiku.

(6)

Fl-4 ta' Ġunju 2018, Franza, l-Italja u Spanja ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni għal Pjan ta' Skartar għas-Sajd Demersali fil-Punent tal-Baħar Mediterran (“ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għall-Punent tal-Baħar Mediterran”) wara l-konsultazzjonijiet li saru fil-Grupp reġjonali ta' Livell Għoli Pescamed. Ir-rakkomandazzjoni konġunta ġiet emendata fis-27 ta' Awwissu 2018.

(7)

Fis-7 ta' Ġunju 2018, Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Malta ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni għal Pjan ta' Skartar għas-Sajd Demersali fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran (“ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għax-Xlokk tal-Baħar Mediterran”) wara l-konsultazzjonijiet li saru fil-Grupp reġjonali ta' Livell Għoli Sudestmed. Ir-rakkomandazzjoni konġunta ġiet emendata fit-28 ta' Awwissu 2018.

(8)

Fit-8 ta' Ġunju 2018, il-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni għal Pjan ta' Skartar għas-Sajd Demersali fil-Baħar Adrijatiku (“ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għall-Baħar Adrijatiku”) wara l-konsultazzjonijiet li saru fil-Grupp reġjonali ta' Livell Għoli Adriatica. Ir-rakkomandazzjoni konġunta ġiet emendata fid-29 ta' Awwissu 2018.

(9)

It-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda ġew ivvalutati mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) waqt il-Plenarja tiegħu tas-sajf mit-2 sas-6 ta' Lulju 2018 (5).

(10)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni kkunsidrat kemm il-valutazzjoni tal-STECF kif ukoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu tal-ħatt l-art fl-1 ta' Jannar 2019. F'diversi każijiet, l-eżenzjonijiet jeħtieġu attività tas-sajd u ġbir tad-data kontinwi sabiex jiġu indirizzati l-kummenti li saru mill-STECF. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjonijiet fuq bażi temporanja huma approċċ pragmatiku u prudenti għall-ġestjoni tas-sajd, bil-fehma li jekk ma jintużax dan l-approċċ, il-ġbir meħtieġ tad-data, li huwa indispensabbli għall-ġestjoni kif suppost u infurmata tal-qbid skartat, ma jkunx jista' jsir fid-dawl tad-dħul sħiħ fis-seħħ tal-obbligu tal-ħatt l-art.

(11)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għall-Punent tal-Baħar Mediterran tissuġġerixxi li l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet ta' sopravivenza tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2021, kif previst fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-pellegrini (Pecten jacobeus), għall-vongole (l-ispeċijiet Venerupis) u għall-gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD). Dik l-eżenzjoni ta' sopravivenza ġiet introdotta bir-Regolament Delegat (UE) 2017/86. Meta vvaluta r-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida, l-STECF innota li ma kienet ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni addizzjonali ta' sostenn. Madankollu, hemm ġabra ta' evidenza xjentifika fil-letteratura li turi s-sopravivenza ta' dawk l-ispeċijiet. Għalhekk, filwaqt li qieset il-karatteristiki tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema u peress li jista' jkun hemm rati għoljin ta' sopravivenza, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni ta' sopravivenza jenħtieġ li titkompla, ladarba ċ-ċirkostanzi ma nbidlux.

(12)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għall-Punent tal-Baħar Mediterran tissuġġerixxi li l-applikazzjoni tal-eżenzjoni ta' sopravivenza għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2021. Dik l-eżenzjoni ta' sopravivenza ġiet introdotta bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/153. Inizjalment, ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida kienet tissuġġerixxi li tiġi applikata din l-eżenzjoni għajr matul ix-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru, li jkunu soġġetti għal eżenzjoni de minimis ġdida. L-STECF kien tal-fehma li ma kien hemm l-ebda evidenza li tappoġġa eżenzjoni de minimis matul ix-xhur tas-sajf u ma fformula l-ebda kumment ieħor. Madankollu, hemm evidenza xjentifika li turi sopravivenza ta' dik l-ispeċi f'dan ir-reġjun u f'reġjuni oħra. Għalhekk, filwaqt li qieset il-karatteristiki tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema u peress li jista' jkun hemm rati għoljin ta' sopravivenza, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni ta' sopravivenza applikabbli għas-sena kollha jenħtieġ li titkompla.

(13)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għall-Baħar Adrijatiku tipproponi li l-eżenzjoni ta' sopravivenza tiġi estiża għal-lingwata komuni (Solea solea) maqbuda bir-rapido (TBB). Dik l-eżenzjoni ta' sopravivenza ġiet introdotta bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86. L-STECF ma vvalutax din it-talba l-ġdida. Madankollu, għadu għaddej studju ad hoc dwar il-kapaċità ta' sopravvivenza ta' dik l-ispeċi fil-GSA17 fil-Baħar Adrijatiku. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni jenħtieġ li titkompla għal sena waħda biss. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jipprovdu d-data rilevanti sal-1 ta' Mejju 2019 sabiex l-STECF ikun jista' jwettaq valutazzjoni ulterjuri.

(14)

It-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda jissuġġerixxu li l-eżenzjoni ta' sopravivenza tiġi applikata għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran. L-STECF kien tal-fehma li ma kinitx ġiet ipprovduta informazzjoni speċifika li tappoġġa din l-eżenzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġi introdotta għal sena waħda biss. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jipprovdu d-data rilevanti addizzjonali sal-1 ta' Mejju 2019 sabiex l-STECF ikun jista' jwettaq valutazzjoni ulterjuri.

(15)

It-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda jissuġġerixxu li l-eżenzjoni ta' sopravivenza tiġi applikata għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) maqbuda bis-snanar u bil-konzijiet (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran. L-STECF kien tal-fehma li jenħtieġ li tiġi pprovduta evidenza ulterjuri biex tappoġġa għalkollox l-eżenzjoni proposta. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġi introdotta għal sena waħda biss. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jipprovdu d-data rilevanti addizzjonali sal-1 ta' Mejju 2019 sabiex l-STECF ikun jista' jwettaq valutazzjoni ulterjuri.

(16)

It-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda jissuġġerixxu li l-eżenzjoni ta' sopravivenza tiġi applikata għall-awwisti (Homarus gammarus) u għall-awwisti mxewka (Palinuridae) maqbuda bix-xbieki (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) kif ukoll bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran. L-STECF kien tal-fehma li l-istudju dwar is-sopravvivenza għall-awwisti mxewka pprovdut mill-Istati Membri kkonċernati huwa studju raġonevolment sod li juri rati ta' sopravivenza fuq medda qasira ta' żmien, għalkemm innota li d-daqs tal-kampjun kien żgħir. Jenħtieġ li tiġi pprovduta evidenza xjentifika ulterjuri kemm għall-awwisti mxewka kif ukoll għall-awwisti. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni jenħtieġ li tiġi introdotta għal sena waħda biss. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jipprovdu d-data rilevanti addizzjonali sal-1 ta' Mejju 2019 sabiex l-STECF ikun jista' jwettaq valutazzjoni ulterjuri.

(17)

Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda għall-Baħar Adrijatiku u għax-Xlokk tal-Baħar Mediterran jipproponu li l-eżenzjoni ta' sopravivenza għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran jenħtieġ li tiġi applikata. Inizjalment, ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida kienet tissuġġerixxi li tiġi applikata din l-eżenzjoni għajr matul ix-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru, li jkunu soġġetti għal eżenzjoni de minimis ġdida. L-STECF kien tal-fehma li ma kien hemm l-ebda evidenza li tappoġġa eżenzjoni de minimis matul ix-xhur tas-sajf u ma fformula l-ebda kumment ieħor. Madankollu, hemm evidenza xjentifika li turi s-sopravivenza ta' dik l-ispeċi f'reġjuni oħra. Għalhekk, filwaqt li qieset il-karatteristiki tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema, u peress li jista' jkun hemm rati għoljin ta' sopravivenza, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni ta' sopravivenza applikabbli għas-sena kollha jenħtieġ li tiġi introdotta.

(18)

Barra minn hekk, it-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda jipproponu li l-eżenzjoni de minimis tiġi applikata għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), kif previst fl-Artikolu 15(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sa mhux iktar minn 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT U TX) fl-2019 u fl-2020, u sa mhux iktar minn 5 % fl-2021, u sa mhux iktar minn 1 % fl-2019, fl-2020 u fl-2021 tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN), fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 introduċa eżenzjoni de minimis għal dawk l-ispeċijiet. Abbażi tal-evidenzi xjentifiċi pprovduti f'dik l-okkażjoni fir-rakkomandazzjoni konġunta u rieżaminati mill-STECF u filwaqt li tqiesu l-karatteristiki tal-irkaptu, l-għadd kbir ta' speċijiet fl-operazzjonijiet tas-sajd, ix-xejriet tas-sajd u l-partikolaritajiet tal-Baħar Mediterran (eż. il-predominanza ta' attivitajiet tas-sajd fuq skala żgħira), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li kien xieraq li jiġu stabbiliti tali eżenzjonijiet de minimis sabiex jiġu evitati l-kostijiet sproporzjonati marbuta mal-qabdiet mhux intenzjonati. L-STECF ma vvalutax ir-rakkomandazzjoni l-ġdida dwar ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Meta vvaluta r-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għall-għeżula u għall-pariti, l-STECF innota li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri kkonċernati ma kinitx eżawrjenti biżżejjed. Madankollu, ladarba ċ-ċirkostanzi ma nbidlux, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżenzjoni de minimis jenħtieġ li titkompla bil-livelli tal-perċentwali msemmija hawn fuq.

(19)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għall-Baħar Adrijatiku tissuġġerixxi li l-applikazzjoni tal-eżenzjoni de minimis tiġi estiża sa mhux iktar minn 1 % tal-qabdiet annwali totali għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus) fl-2019, fl-2020 u fl-2021 mill-bastimenti li jużaw l-irkaptu “rapido” (TBB) u għal-lingwata komuni (Solea solea), sa mhux iktar minn 3 % fl-2019, fl-2020 u fl-2021 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX) fil-Baħar Adrijatiku. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 introduċa eżenzjoni de minimis għal dawk l-ispeċijiet. Abbażi tal-evidenzi xjentifiċi pprovduti f'dik l-okkażjoni fir-rakkomandazzjoni konġunta u rieżaminati mill-STECF u filwaqt li tqiesu l-karatteristiki tal-irkaptu, l-għadd kbir ta' speċijiet fl-operazzjonijiet tas-sajd, ix-xejriet tas-sajd u l-partikolaritajiet tal-Baħar Mediterran (eż. il-predominanza ta' attivitajiet tas-sajd fuq skala żgħira), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li kien xieraq li jiġu stabbiliti tali eżenzjonijiet de minimis (sa mhux iktar minn 1 % għall-merluzz u għat-trill u sa mhux iktar minn 3 % għal-lingwata komuni) sabiex jiġu evitati l-kostijiet sproporzjonati marbuta mal-qabdiet mhux intenzjonati. Meta vvaluta r-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida, l-STECF kien tal-fehma li ma kien hemm l-ebda informazzjoni speċifika pprovduta li tappoġġa żieda kbira fil-livelli perċentwali applikati. Ladarba ċ-ċirkostanzi ma nbidlux biex jiġi applikat il-livell tal-perċentwali attwali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li din l-eżenzjoni jenħtieġ li titkompla bil-livelli tal-perċentwali msemmija hawn fuq.

(20)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għax-Xlokk tal-Baħar Mediterran tissuġġerixxi li l-applikazzjoni tal-eżenzjoni de minimis tiġi estiża sa mhux iktar minn 6 % tal-qabdiet annwali totali, għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fl-2019 u fl-2020, u sa mhux iktar minn 5 % fl-2021 mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX) fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 introduċa eżenzjoni de minimis għal dik l-ispeċi. Abbażi tal-evidenzi xjentifiċi pprovduti f'dik l-okkażjoni fir-rakkomandazzjoni konġunta u rieżaminati mill-STECF u filwaqt li tqiesu l-karatteristiki tal-irkaptu, l-għadd kbir ta' speċijiet fl-operazzjonijiet tas-sajd, ix-xejriet tas-sajd u l-partikolaritajiet tal-Baħar Mediterran (eż. il-predominanza ta' attivitajiet tas-sajd fuq skala żgħira), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li kien xieraq li tiġi stabbilita tali eżenzjoni de minimis sabiex jiġu evitati l-kostijiet sproporzjonati marbuta mal-qabdiet mhux intenzjonati. L-STECF ma vvalutax ir-rakkomandazzjoni l-ġdida. Ladarba ċ-ċirkostanzi ma nbidlux, il-Kummissjoni hija tal-fehma li din l-eżenzjoni jenħtieġ li titkompla bil-livelli tal-perċentwali msemmija hawn fuq.

(21)

Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda għall-Punent tal-Baħar Mediterran jissuġġerixxu li l-eżenzjoni de minimis tiġi applikata għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea), għall-awrat (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa mhux iktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) fl-2019; sa mhux iktar minn 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet, għajr il-gamblu abjad, maqbuda mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) fl-2019; u sa mhux iktar minn 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet, għajr il-paġella ħamra u l-gamblu abjad, maqbuda mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX) fl-2019.

(22)

Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda għall-Baħar Adrijatiku jissuġġerixxu li l-eżenzjoni de minimis tiġi applikata għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għall-awrat (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa mhux iktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) fl-2019; sa mhux iktar minn 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet, għajr il-gamblu abjad iżda inkluża l-lingwata komuni, maqbuda mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) fl-2019; u sa mhux iktar minn 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet, għajr il-paġella ħamra u l-gamblu abjad iżda inkluża l-lingwata komuni, maqbuda mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX) fl-2019.

(23)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida għax-Xlokk tal-Baħar Mediterran tissuġġerixxi li l-eżenzjoni de minimis tiġi applikata għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa mhux iktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) fl-2019; sa mhux iktar minn 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet, maqbuda mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) fl-2019; u sa mhux iktar minn 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet, għajr il-paġella ħamra, maqbuda mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX) fl-2019.

(24)

Fl-aħħar nett, it-tliet rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda jissuġġerixxu li l-eżenzjoni de minimis tiġi applikata għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (l-ispeċijiet Scomber) u għas-sawrell (l-ispeċijiet Trachurus), sa mhux iktar minn 5 % tal-qabdiet aċċessorji annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX), fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran fl-2019.

(25)

L-STECF innota li l-eżenzjonijiet imsemmija fil-premessi (21), (22) u (23) ikopru grupp wiesa' ta' speċijiet b'firxa wiesgħa ta' rati ta' qbid skartat u li dik l-informazzjoni speċifika li tappoġġa għalkollox l-eżenzjonijiet mitluba ma kinitx ġiet ipprovduta. Madankollu, il-Kummissjoni tisħaq li dawk l-eżenzjonijiet japplikaw għal gruppi ta' speċijiet li jkopru l-kumplament tal-ispeċijiet soġġetti għal daqsijiet minimi kif definiti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u li, f'dan l-istadju, mhumiex soġġetti għal limiti ta' qbid; għalhekk, l-Artikoli 15(8) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 mhumiex applikabbli. Barra minn hekk, dawk l-ispeċijiet jinqabdu fl-istess ħin, fi kwantitajiet li jvarjaw ħafna, li jagħmilha iktar diffiċli li jintuża approċċ ta' stokk uniku. Dawk l-ispeċijiet jinqabdu minn bastimenti tas-sajd ta' skala żgħira u jinħattu l-art f'ħafna punti differenti ta' ħatt l-art mifruxa ġeografikament tul il-kosta; għaldaqstant, x'aktarx li jkun hemm kostijiet sproporzjonati marbuta mal-qabdiet mhux intenzjonati fl-ewwel snin ta' implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu tal-ħatt l-art. Irid jitqies ukoll li l-eżenzjonijiet huma fil-prinċipju inqas mil-limiti massimi permessi. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawk l-eżenzjonijiet de minimis jenħtieġ li jiġu introdotti għal sena waħda biss. Jenħtieġ li sal-1 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri jippreżentaw id-data rilevanti sabiex l-STECF ikun jista' jivvaluta għalkollox il-ġustifikazzjonijiet għall-eżenzjonijiet u sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq rieżami.

(26)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Istati Membri ħadu l-impenn li jżidu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd skont ir-riżultati tal-programmi ta' riċerka attwali sabiex jitnaqqsu u jiġu llimitati l-qabdiet mhux intenzjonati, u b'mod partikolari l-qabdiet b'daqsijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

(27)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li b'konformità mar-rakkomandazzjoni konġunta għall-Punent tal-Baħar Mediterran, l-Istati Membri kkonċernati jħeġġu l-użu ta' xbieki tat-tkarkir bil-manka u/jew ta' estensjoni mgħammra b'malji T90 b'daqs ta' 50 mm, kif ukoll il-kontinwazzjoni ta' sajd bi prova b'għeluq f'ħin reali.

(28)

Il-miżuri ssuġġeriti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti l-ġodda jikkonformaw mal-Artikolu 15(4), mal-Artikolu 15(5)(c) u mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiġu inklużi fil-pjan ta' skartar stabbilit bir-Regolament Delegat (UE) 2017/86.

(29)

L-eżenzjonijiet de minimis għall-ispeċijiet ta' ħut pelaġiku żgħir fl-attivitajiet tas-sajd li jimmiraw għal dawk l-ispeċijiet huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/161 (6). Min-naħa l-oħra, l-eżenzjonijiet de minimis għall-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet ta' ħut pelaġiku żgħir maqbuda fis-sajd demersali jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament Delegat (UE) 2017/86.

(30)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 jiġi emendat skont dan.

(31)

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2019,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/86 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Eżenzjoni ta' sopravivenza

1.   L-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li dwarhom l-evidenza xjentifika turi rati għoljin ta' sopravivenza għandha tapplika:

(a)

għal-lingwata komuni (Solea solea) maqbuda bir-rapido (TBB) (*1) fil-Baħar Adrijatiku sal-31 ta' Diċembru 2019;

(b)

għall-pellegrini (Pecten jacobeus) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar Mediterran;

(c)

għall-vongole (l-ispeċijiet Venerupis) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar Mediterran;

(d)

għall-gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar Mediterran;

(e)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran;

(f)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran sal-31 ta' Diċembru 2019;

(g)

għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) maqbuda bis-snanar u bil-konzijiet (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran sal-31 ta' Diċembru 2019;

(h)

għall-awwisti (Homarus gammarus) maqbuda bix-xbieki (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) kif ukoll bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran sal-31 ta' Diċembru 2019;

(i)

għall-awwisti mxewka (Palinuridae) maqbuda bix-xbieki (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) kif ukoll bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, fil-Baħar Adrijatiku u fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran sal-31 ta' Diċembru 2019.

2.   Il-lingwata komuni (Solea solea), il-pellegrini (Pecten jacobeus), il-vongole (l-ispeċijiet Venerupis), il-gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), l-awwisti (Homarus gammarus) u l-awwisti mxewka (Palinuridae) maqbuda fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrilaxxati minnufih fiż-żona fejn ikunu nqabdu.

3.   Sal-1 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Mediterran għandhom jippreżentaw id-data addizzjonali dwar il-qbid skartat lill-Kummissjoni apparti dik prevista fir-rakkomandazzjonijiet konġunti ta' Ġunju 2018 kif emendati f'Awwissu 2018, jew kwalunkwe informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tappoġġa l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafi 1(a), 1(f), 1(g), 1(h) u 1(i). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik id-data u dik l-informazzjoni sa mhux iktar tard minn Lulju 2019.

(*1)  Il-kodiċijiet tal-irkaptu li ntużaw f'dan ir-Regolament jirreferu għall-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 122, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali (LOA) tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu li ntużaw f'dan ir-Regolament jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.”"

(2)

L-Artikolu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Eżenzjoni de minimis

1.   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati skont l-Artikolu 15(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 il-kwantitajiet ta' speċijiet li ġejjin:

(a)

fil-Punent tal-Baħar Mediterran (il-punt 1 tal-Anness):

(i)

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019 u fl-2020, u sa massimu ta' 5 % fl-2021;

(ii)

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(iii)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea), għall-awrat (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019;

(iv)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti fl-2019;

(v)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet fl-2019;

(vi)

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (l-ispeċijiet Scomber) u għas-sawrell (l-ispeċijiet Trachurus), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet aċċessorji annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019.

(b)

fil-Baħar Adrijatiku (il-punt 2 tal-Anness):

(i)

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 6 % fl-2019 u fl-2020 u sa massimu ta' 5 % fl-2021 tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(ii)

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(iii)

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ir-rapido (TBB);

(iv)

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(v)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għall-awrat (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019;

(vi)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti fl-2019;

(vii)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet fl-2019;

(viii)

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (l-ispeċijiet Scomber) u għas-sawrell (l-ispeċijiet Trachurus), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet aċċessorji annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019.

(c)

fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran (il-punt 3 tal-Anness):

(i)

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019 u fl-2020, u sa massimu ta' 5 % fl-2021;

(ii)

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (l-ispeċijiet Mullus), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti;

(iii)

għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019 u fl-2020, u sa massimu ta' 5 % fl-2021;

(iv)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xibka tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019;

(v)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti fl-2019;

(vi)

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus), għall-istripped seabream (Lithognathus mormyrus), għall-iSpanish seabream (Pagellus acarne), għall-paġilla (Pagellus erythrinus), għall-pagru komuni (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw is-snanar u l-konzijiet fl-2019;

(vii)

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (l-ispeċijiet Scomber) u għas-sawrell (l-ispeċijiet Trachurus), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet aċċessorji annwali totali ta' dawk l-ispeċijiet mill-bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fl-2019.

2.   Sal-1 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Mediterran għandhom jippreżentaw id-data addizzjonali dwar il-qbid skartat lill-Kummissjoni apparti dik prevista fir-rakkomandazzjonijiet konġunti ta' Ġunju 2018 kif emendati f'Awwissu 2018, jew kwalunkwe informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tappoġġa l-eżenzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1(a)(iii) sa (vi), 1(b)(v) sa (viii) u 1(c)(iv) sa (vii). L-STECF għandu jivvaluta dik id-data u dik l-informazzjoni sa mhux iktar tard minn Lulju 2019.”

(3)

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2021”.

(4)

L-Anness jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 tal-20 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran (ĠU L 14, 18.1.2017, p. 4).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/153 tat-23 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran (ĠU L 29, 1.2.2018, p. 1).

(5)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/161 tat-23 ta' Ottubru 2017 li jistabbilixxi eżenzjoni de minimis għall-obbligu tal-ħatt l-art għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (ĠU L 30, 2.2.2018, p. 1).


ANNESS

1.   Il-Punent tal-Baħar Mediterran

L-attività tas-sajd

Il-kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

L-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Skampu (Nephrops norvegicus)

Gamblu abjad tal-Mediterran (Parapenaeus longirostris)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

Qabdiet aċċessorji ta':

 

Inċova (Engraulis encrasicolus)

 

Sardin (Sardina pilchardus)

 

Kavall (l-ispeċijiet Scomber)

 

Sawrell (l-ispeċijiet Trachurus)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM

Il-konzijiet kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-pariti u l-għeżula kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Pellegrini (Pecten jacobaeus)

Vongole (l-ispeċijiet Venerupis)

Gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus)

HMD

Il-gangmi mekkanizzati kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Skampu (Nephrops norvegicus)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

FPO, FIX

In-nases u x-xbieki tat-tidwir kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

2.   Il-Baħar Adrijatiku

L-attività tas-sajd

Il-kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

L-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Skampu (Nephrops norvegicus)

Gamblu abjad tal-Mediterran (Parapenaeus longirostris)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

Qabdiet aċċessorji ta':

 

Inċova (Engraulis encrasicolus)

 

Sardin (Sardina pilchardus)

 

Kavall (l-ispeċijiet Scomber)

 

Sawrell (l-ispeċijiet Trachurus)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM

Il-konzijiet kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)Mogħża (Diplodus puntazzo)Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-pariti u l-għeżula kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Pellegrini (Pecten jacobaeus)

Vongole (l-ispeċijiet Venerupis)

Gandoffli ta' Venere (l-ispeċijiet Venus)

HMD

Il-gangmi mekkanizzati kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Skampu (Nephrops norvegicus)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Sparlu (Diplodus annularis)Mogħża (Diplodus puntazzo) Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

FPO, FIX, FYK

In-nases, ix-xbieki tat-tidwir u x-xbieki fyke kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

3.   Ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran

L-attività tas-sajd

Il-kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

L-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Skampu (Nephrops norvegicus)

Gamblu abjad tal-Mediterran (Parapenaeus longirostris)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

Qabdiet aċċessorji ta':

 

Inċova (Engraulis encrasicolus)

 

Sardin (Sardina pilchardus)

 

Kavall (l-ispeċijiet Scomber)

 

Sawrell (l-ispeċijiet Trachurus)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM

Il-konzijiet kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius)

Trill tal-qawwi u trill (l-ispeċijiet Mullus)

Il-kodiċijiet tal-FAO: MUT, MUR, MUX

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spnotta (Dicentrarchus labrax)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

Ċerna (l-ispeċijiet Epinephelus)

Stripped sea bream (Lithognathus mormyrus)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus)

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

Awrat (Sparus aurata)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-pariti u l-għeżula kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art

Skampu (Nephrops norvegicus)

Awwisti (Homarus gammarus)

Awwisti mxewka (Palinuridae)

Spanish sea bream (Pagellus acarne)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Paġilla (Pagellus erythrinus)

Pagru komuni (Pagrus pagrus)

Sparlu (Diplodus annularis)

Mogħża (Diplodus puntazzo)

Sargu (Diplodus sargus)

Xirgien (Diplodus vulgaris)

FPO, FIX, FYK

In-nases, ix-xbieki tat-tidwir u x-xbieki fyke kollha

Il-qabdiet kollha huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art


Top