Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0551

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/551 tas-6 ta' April 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 91, 9.4.2018, p. 16–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/551/oj

9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/551

tas-6 ta' April 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-30 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU żied persuna u 21 entità mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi u indika 15-il bastiment għal iffriżar tal-assi, 25 bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port u 12-il bastiment għal tneħħija tal-bandiera..

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma b'dan emendati kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

1)

Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:

“A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

80.

TSANG YUNG YUAN

Neil Tsang, Yun Yuan Tsang

Data tat-twelid: 20.10.1957

Numru tal-passaport: 302001581

30.3.2018

Tsang Yung Yuan ikkoordina esportazzjoni ta' faħam tar-RDPK ma' sensar tar-RDPK li jopera f'pajjiż terz, u għandu passat ta' attivitajiet oħra ta' evażjoni ta' sanzjonijiet.

B.   Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Post

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

55.

CHANG AN SHIPPING & TECHNOLOGY

Image;

CHANG AN SHIPPING AND TECHNOLOGY

Room 2105, DL1849, Trend Centre, 29-31 Cheung Lee Street, Chai Wan, Hong Kong, China

30.3.2018

Sid irreġistrat, maniġer tal-vapuri, u maniġer kummerċjali tal-bastiment bil-bandiera tal-Panama HUA FU, vapur tal-merkanzija li għabba faħam tar-RDPK fl-24 ta' Settembru, 2017.

56.

CHONMYONG SHIPPING CO

CHON MYONG SHIPPING COMPANY LIMITED

Kalrimgil 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK; Saemaul 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat ta' CHON MYONG 1, bastiment bil-bandiera tar-RPDK li għamel trasferiment ta' fjuwil bejn vapuri lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017.

57.

FIRST OIL JV CO LTD

 

Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid it-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri f'nofs Jannar 2018.

58.

HAPJANGGANG SHIPPING CORP

 

Kumsong 3-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker NAM SAN 8 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri, u sid il-bastiment HAP JANG GANG 6.

59.

HUAXIN SHIPPING HONGKONG LTD

Image

Room 2105, Trend Centre, 29-31 Cheung Lee Street, Chai Wan, Hong Kong, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur tal-ASIA BRIDGE 1. Bastiment ta' Hong Kong, l-“ASIA BRIDGE 1” probabbli tqabbad fid-19 ta' Ottubru, 2017 minn Huaxin Shipping jagħmel tħejjijiet għad-dħul f'Nampo, ir-RDPK biex jirċievi kunsinna ta' faħam li kienet sejra l-Vjetnam. L-“ASIA BRIDGE 1” ngħata struzzjonijiet minn impjegat mhux identifikat ta' Huaxin Shipping Ltd. biex jagħmel tħejjijiet biex jirċievi 8 000 tunnellata faħam u mbagħad ibaħħar lejn Cam Pha, il-Vjetnam. Il-kaptan tal-bastiment ngħata struzzjonijiet biex jgħatti l-isem tal-vapur u sinjali oħra bil-kanvas waqt li kien fil-port ta' Nampo.

60.

KINGLY WON INTERNATIONAL CO., LTD

 

Trust Company Complex, Ajeltake Road, Ajeltake Island, Majuro MH 96960, Marshall Islands

30.3.2018

Fl-2017, Tsang Yung Yuan (magħruf ukoll bħala Neil Tsang) u Kingly Won ippruvaw jinvolvu ruħhom fi ftehim dwar iż-żejt stmat 'il fuq minn $1 miljun ma' kumpannija taż-żejt f'pajjiż terz biex jittrasferixxu b'mod illeċitu lejn ir-RDPK. Kingly Won aġixxa ta' sensar għal dik il-kumpannija taż-żejt u kumpannija Ċiniża li kellmet lil Kingly Won biex tixtri żejt tal-baħar f'isimha.

61.

KOREA ACHIM SHIPPING CO

 

Sochang-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker CHON MA SAN tar-RDPK. CHON MA SAN li għandu bandiera tar-RDPK ħejja għal operazzjonijiet probabbli ta' trasferiment bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta' Jannar 2018. Il-kaptan tat-tanker bil-mutur YU JONG 2 bil-bandiera tar-RDPK irrapporta fit-18 ta' Novembru 2017 lil kontrollur mhux identifikat ibbażat fir-RDPK li l-bastiment kien qed jevita maltempata qabel trasferiment bejn il-vapuri. Il-kaptan issuġġerixxa li YU JONG 2 jgħabbi ż-żejt tal-fjuwil qabel it-tanker CHON MA SAN bil-bandiera tar-RDPK peress li d-daqs ikbar ta' CHON MA SAN kien aħjar biex isiru trasferimenti bejn il-vapuri f'maltempata. Wara li CHON MA SAN għabba ż-żejt tal-fjuwil minn bastiment, YU JON 2 għabba 1 168 kilolitru ta' żejt tal-fjuwil fid-19 ta' Novembru 2017 permezz ta' operazzjoni ta' trasferiment bejn il-vapuri.

62.

KOREA ANSAN SHIPPING COMPANY

KOREA ANSAN SHPG COMPANY

Pyongchon 1-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker AN SAN 1 tar-RDPK li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

63.

KOREA MYONGDOK SHIPPING CO

 

Chilgol 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tal-YU PHYONG 5. Lejn l-aħħar ta' Novembru 2017, il-YU PHYONG 5 għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' 1 721 tunnellata metrika ta' żejt tal-fjuwil.

64.

KOREA SAMJONG SHIPPING

 

Tonghung-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tankers tar-RDPK SAM JONG 1 u SAM JONG 2. Iż-żewġ bastimenti huma maħsuba li importaw żejt raffinat lejn ir-RDPK bi ksur tas-sanzjonijeit tan-NU lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

65.

KOREA SAMMA SHIPPING CO

 

Rakrang 3-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Tanker bil-bandiera tar-RDPK, SAM MA 2 ta' Korea Samma Shipping Company, għamel trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri u ffalsifika dokumenti f'nofs Ottubru 2017 meta għabba kważi 1 600  tunellata ta' żejt tal-fjuwil fi transazzjoni waħda. Il-kaptan tal-vapur ngħata struzzjonijiet li jħassar SAMMA SHIPPING u l-kliem Korean li kien jinsab fuq is-siġill tal-vapur u minflok ipoġġi “Hai Xin You 606” biex jaħbi l-identità tiegħu bħala bastiment tar-RDPK.

66.

KOREA YUJONG SHIPPING CO LTD

 

Puksong 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru OMI tal-kumpannija 5434358

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker tar-RDPK YU JONG 2, li għabba 1 168  kilolitru ta' żejt tal-fjuwil fid-19 ta' Novembru 2017 permezz ta' operazzjoni ta' trasferiment bejn il-vapuri.

67.

KOTI CORP

 

Il-Belt tal-Panama, il-Panama

30.3.2018

Maniġer tal-vapur u maniġer kummerċjali tal-bastiment KOTI bil-bandiera tal-Panama, li għamel trasferimenti bejn il-vapuri ta' prodotti probabbli taż-żejt lil KUM UN SAN 3 bil-bandiera tar-RDPK fid-9 ta' Diċembru 2017.

68.

MYOHYANG SHIPPING CO

 

Kumsong 3-dong, Mangyondae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Maniġer tal-vapur tat-tanker YU SON tar-RDPK ta' prodotti taż-żejt, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

69.

PAEKMA SHIPPING CO

Care of First Oil JV Co Ltd

Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri f'nofs Jannar 2018.

70.

PHYONGCHON SHIPPING & MARINE

PHYONGCHON SHIPPING AND MARINE

Otan-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker JI SONG 6 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta' Jannar 2018. Il-kumpannija hi wkoll is-sid ta' JI SONG 8 u WOORY STAR.

71.

PRO-GAIN GROUP CORPORATION

 

Le Sanalele Complex, Ground Floor, Vaea Street, Saleufi, Apia, Samoa

30.3.2018

Kumpannija ta' Tsang Yung Yuan u kkontrollata minnu u involuta fi trasferimenti illeċiti ta' faħam tar-RDPK.

72.

SHANGHAI DONGFENG SHIPPING CO LTD

 

Room 601, 433, Chifeng Lu, Hongkou Qu, Shanghai, 200083, China

30.3.2018

Sid irreġistrat, maniġer tal-vapuri u kummerċjali tad-DONG FENG 6, bastiment li għabba faħam f'Hamhung, ir-RDPK fil-11 ta' Lulju 2017 għal esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

73.

SHEN ZHONG INTERNATIONAL SHIPPING

Image

Unit 503, 5th Floor, Silvercord Tower 2, 30, Canton Road, Tsim Sha Tsui, Kowloon, Hong Kong, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapuri ta' HAO FAN 2 u HAO FAN 6, bastimenti bil-bandiera ta' Saint Kitts u Nevis. HAO FAN 6 għabba faħam f'Nampo, ir-RDPK fis-27 ta' Awwissu 2017. HAO FAN 2 għabba faħam tal-Korea ta' Fuq f'Nampo, ir-RDPK fit-3 ta' Ġunju 2017.

74.

WEIHAI WORLD-SHIPPING FREIGHT

 

419-201, Tongyi Lu, Huancui Qu, Weihai, Shandong 264200, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' XIN GUANG HAI, bastiment li għabba faħam f'Taean, ir-RDPK fis-27 ta' Ottubru 2017 u kellu Valutazzjoni Teknika Ewropea fl-14 ta' Novembru 2017 għal Cam Pha, il-Vjetnam, iżda ma wasalx u minflok mar f'Port Klang, il-Malasja fit-18 ta' Diċembru 2017.

75.

YUK TUNG ENERGY PTE LTD

 

17-22, UOB Plaza 2, Raffles Place, Singapore 048624, Singapore

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' YUK TUNG, li għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' prodotti ta' żejt raffinat.”

2)

Il-bastimenti elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “A. Bastimenti li l-bandiera tagħhom tneħħiet”

“1.   Isem: ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8916580

2.   Isem: XIN GUANG HAI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9004700

3.   Isem: HUA FU

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9020003

4.   Isem: YUK TUNG

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9030591

5.   Isem: KOTI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9417115

6.   Isem: DONG FENG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9008201

7.   Isem: HAO FAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8747604

8.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597

9.   Isem: JIN HYE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518572

10.   Isem: FAN KE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8914934

11.   Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

12.   Isem: MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni addizzjonali

OMI: ma jeżistix”

3)

Il-bastimenti elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “D. Bastimenti li huma pprojbiti jidħlu fil-portijiet”

“9.   Isem: CHON MYONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8712362

10.   Isem: AN SAN 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7303803

11.   Isem: YU PHYONG 5

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8605026

12.   Isem: SAM JONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8405311

13.   Isem: SAM JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7408873

14.   Isem: SAM MA 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8106496

15.   Isem: YU JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8604917

16.   Isem: PAEK MA

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066978

17.   Isem: JI SONG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8898740

18.   Isem: CHON MA SAN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8660313

19.   Isem: NAM SAN 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8122347

20.   Isem: YU SON

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8691702

21.   Isem: WOORY STAR

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8408595

22.   Isem: ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8916580

23.   Isem: XIN GUANG HAI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9004700

24.   Isem: HUA FU

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9020003

25.   Isem: YUK TUNG

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9030591

26.   Isem: KOTI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9417115

27.   Isem: DONG FENG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9008201

28.   Isem: HAO FAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8747604

29.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597

30.   Isem: JIN HYE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518572

31.   Isem: FAN KE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8914934

32.   Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

33.   Isem: MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni addizzjonali

OMI: ma jeżistix”

4)

Il-bastimenti elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “E. Bastimenti soġġetti għal iffriżar tal-assi”

“1.   Isem: CHON MYONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8712362

2.   Isem: AN SAN 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7303803

3.   Isem: YU PHYONG 5

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8605026

4.   Isem: SAM JONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8405311

5.   Isem: SAM JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7408873

6.   Isem: SAM MA 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8106496

7.   Isem: YU JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8604917

8.   Isem: PAEK MA

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066978

9.   Isem: JI SONG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8898740

10.   Isem: CHON MA SAN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8660313

11.   Isem: NAM SAN 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8122347

12.   Isem: YU SON

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8691702

13.   Isem: WOORY STAR

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8408595

14.   Isem: JI SONG 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8503228

15.   Isem: HAP JANG GANG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066540”


Top