This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0058
Council Implementing Decision (CFSP) 2018/58 of 12 January 2018 implementing Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/58 tat-12 ta' Jannar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/58 tat-12 ta' Jannar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 10, 13.1.2018, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/58
tat-12 ta' Jannar 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
Fit-28 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti bis-saħħa tal-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 2375 (2017) tal-KSNU. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KRALEVA
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
ANNESS
Il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:
“5. |
Isem: BILLIONS NO. 18 Informazzjoni addizzjonaliOMI: 9191773 |
6. |
Isem: UL JI BONG 6 Informazzjoni addizzjonaliOMI: 9114555 |
7. |
Isem: RUNG RA 2 Informazzjoni addizzjonaliOMI: 9020534 |
8. |
Isem: RYE SONG GANG 1 Informazzjoni addizzjonaliOMI: 7389704”. |