This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2171
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/2171 of 24 November 2015 amending Directive 2014/25/EU of the European Parliament and of the Council in respect of the application thresholds for the procedures for the award of contracts (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2171 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu applikabbli fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2171 tal-24 ta' Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu applikabbli fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 307, 25.11.2015, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/7 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2171
tal-24 ta' Novembru 2015
li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu applikabbli fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwisti b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/25/UE huwa li tippermetti lill-entitajiet kontraenti li japplikawha biex fl-istess waqt ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-livelli limitu stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, aġġustati 'l isfel għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-livelli limitu tad-Direttiva 2014/25/UE li mhumiex koperti mill-Ftehim. Id-Direttiva 2014/25/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Peress li l-kalkolu tal-livelli limitu riveduti għandu jsir abbażi ta' valur medju tal-euro għal perjodu definit li jagħlaq fil-31 ta' Awwissu u l-livelli limitu riveduti għandhom jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' Novembru, meta jiġi applikat dan ir-Regolament għandha tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE jiġi emendat kif ġej:
(a) |
fil-punt (a) l-ammont “EUR 414 000” jinbidel b'“EUR 418 000”, |
(b) |
fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Il-Ftehim huwa ftehim plurilaterali fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-għan tal-Ftehim huwa li jwassal għall-ftuħ reċiproku tas-swieq tal-akkwisti pubbliċi fost il-partijiet tiegħu.