This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D2311
Commission Implementing Decision (EU) 2015/2311 of 9 December 2015 amending Implementing Decisions (EU) 2015/1500 and (EU) 2015/2055 on protective measures against lumpy skin disease in Greece (notified under document C(2015) 8585) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2311 tad-9 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2015) 8585) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2311 tad-9 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2015) 8585) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 326, 11.12.2015, p. 65–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/11/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D2008
11.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/65 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2311
tad-9 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2015) 8585)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jinkiseb is-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikulari l-paragrafi (1)(a), (3)(a) u (6) tal-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali. Dawn jinkludu l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' suspett u l-konferma tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'azjenda, il-miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni ristretti u miżuri addizzjonali oħrajn sabiex tiġi kkontrollata l-marda. Dawn il-miżuri jipprevedu wkoll it-tilqim ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa tal-marda tal-infafet fil-ġilda b'mod supplimentari għal miżuri oħra ta' kontroll. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 (5) tistabbilixxi miżuri ta' protezzjoni komprensiva u restrizzjonijiet fuq il-moviment u t-tqassim ta' annimali bovini u tas-semen tagħhom, kif ukoll it-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti tal-annimali minn ċertu żoni fil-Greċja milquta mill-marda tal-infafet fil-ġilda. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 (6) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-programm għal tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 emendat ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u estendiet iż-żona ristretta biex tinkludi mhux biss l-unità reġjonali ta' Evros, iżda wkoll l-unitajiet reġjonali ta' Rodopi, Xanthi, Kavala u Limnos. |
(4) |
Fid-19 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni b'tifqigħat addizzjonali fl-unità reġjonali ta' Chalkidiki u għal darb'oħra fil-21 ta' Ottubru 2015 dwar l-intenzjoni tagħhom li japplikaw it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fl-unitajiet reġjonali ta' Chalkidiki, Tessaloniki u Kilkis u fil-11 ta' Novembru dwar l-intenzjoni tagħhom li japplikaw it-tilqim fl-unitajiet reġjonali ta' Drama u Serres. Dan jeħtieġ li ż-żona ristretta stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 kif ukoll iż-żona fejn jista' jitwettaq it-tilqim jitkabbru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS
IŻ-ŻONI RISTRETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(b)
L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:
— |
L-unità reġjonali ta' Evros |
— |
L-unità reġjonali ta' Rodopi |
— |
L-unità reġjonali ta' Xanthi |
— |
L-unità reġjonali ta' Kavala |
— |
L-unità reġjonali ta' Chalkidiki |
— |
L-unità reġjonali ta' Thessaloniki |
— |
L-unità reġjonali ta' Kilkis |
— |
L-unità reġjonali ta' Limnos |
— |
L-unità reġjonali ta' Drama |
— |
L-unità reġjonali ta' Serres.” |
Artikolu 2
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS I
L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:
— |
L-unità reġjonali ta' Evros |
— |
L-unità reġjonali ta' Rodopi |
— |
L-unità reġjonali ta' Xanthi |
— |
L-unità reġjonali ta' Kavala |
— |
L-unità reġjonali ta' Chalkidiki |
— |
L-unità reġjonali ta' Thessaloniki |
— |
L-unità reġjonali ta' Kilkis |
— |
L-unità reġjonali ta' Limnos |
— |
L-unità reġjonali ta' Drama |
— |
L-unità reġjonali ta' Serres.” |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.
(4) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 (ĠU L 234, 8.9.2015, p. 19).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 tal-10 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-programm għal tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD) fil-Greċja u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 31).