This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0187
(2014/187/EU): Commission Implementing Decision of 3 April 2014 amending Decision 2009/821/EC as regards the lists of border inspection posts and veterinary units in Traces (notified under document C(2014) 2094) Text with EEA relevance
(2014/187/UE): Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2014) 2094) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
(2014/187/UE): Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2014) 2094) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 102, 5.4.2014, p. 13–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014
5.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta' April 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces
(notifikata bid-dokument C(2014) 2094)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/187/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(2) |
Wara komunikazzjoni minn Spanja u l-Portugall, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruporti ta' Madrid u Tenerife Sur fi Spanja u fl-ajruport ta' Porto u fil-port u fl-ajruport ta' Ponta Delgada fil-Portugall għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/408/UE (5) tistabbilixxi regoli u proċeduri ssimplifikati għall-applikazzjoni tal-kontrolli sanitarji għal prodotti tas-sajd, molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gasteropodi tal-baħar u għall-prodotti sekondarji tagħhom u prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-Groenlandja jew li huma introdotti fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi u mbagħad jiġu importati mill-Groenlandja lejn l-Unjoni. L-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni jelenka fid-dettall ir-rekwiżiti għall-kontrolli veterinarji fuq dawn il-prodotti fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u li l-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati fil-Groenlandja għandha tiġi inkluża fil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Istati Membri approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. |
(4) |
Is-servizz ta' verifika tal-Kummissjoni (li qabel kien magħruf bħala s-servizz ta' spezzjoni tal-Kummissjoni), l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO), wettaq verifika għal żewġ postijiet ta' spezzjoni fil-frunitera proposti fil-Groenlandja, u mbagħad għamel għadd ta' rakkomandazzjonijiet lil dak il-pajjiż. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew indirizzati b'mod sodisfaċenti mill-Groenlandja bi pjan ta' azzjoni u ż-żewġ postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera proposti għandhom jiżdiedu mal-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
(5) |
Billi r-regoli u l-proċeduri simplifikati għall-kontrolli tal-importazzjoni huma applikabbli biss għal ċerti prodotti, fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE mar-rimarki speċjali għandha tiżdied nota f'qiegħ il-paġna li tiddetermina l-prodotti tas-sajd, il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar u għall-prodotti sekondarji tagħhom u prodotti derivati minn dawn il-prodotti sekondarji. |
(6) |
F'Novembru 2011, twettqet verifika mill-FVO fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Italja, u warajha saru għadd ta' rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew indirizzati b'mod sodisfaċenti mill-Italja bi pjan ta' azzjoni u bl-emenda tal-kategoriji ta' approvazzjoni tal-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-portijiet ta' Livorno-Pisa, Trieste u Venezia, li għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għal dak l-Istat Membru. |
(7) |
Il-Pajjiżi l-Baxxi kkomunikaw li żdied ċentru ta' spezzjoni ġdid fil-post ta' spezzjoni fil-funtiera fil-port ta' Rotterdam. Il-lista ta' annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces). |
(9) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE (6), il-Majott ma baqax pajjiż jew territorju extra-Ewropew u sar reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. L-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali għal Franza fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/408/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi regoli u proċeduri ssimplifikati dwar kontrolli sanitarji ta' prodotti tas-sajd, ta' molluski bivalvi ħajjin, ta' ekinodermi, ta' tunikati, ta' gasteropodi tal-baħar, ta' prodotti sekondarji tagħhom u ta' prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji, li jiġu mill-Groenlandja (ĠU L 182, 12.7.2011, p. 24).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).
ANNESS
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness II fil-parti li tikkonċerna lil Franza, l-annotazzjoni li ġejja għal unità lokali ġdida qed tiżdied wara l-annotazzjoni għal Martinique: “IL-MAJOTT
|