Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0235

    2013/235/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2013) 2905) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 139, 25.5.2013, p. 29–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/235/oj

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 139/29


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta’ Mejju 2013

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

    (notifikata bid-dokument C(2013) 2905)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2013/235/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u partikolarment l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u partikolarment it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati b’konformità mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Id-Danimarka kkomunikat li ċentru ta’ spezzjoni ġdid ġie miżjud fil-post ta’ spezzjoni fuq il-funtiera fil-port ta’ Esbjerg. Għalhekk, il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (3)

    Wara komunikazzjoni mill-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Portugall, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’dawk l-Istati Membri għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (4)

    Is-servizz ta’ verifika tal-Kummissjoni (li qabel kien magħruf bħala s-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni), l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, wettaq verifika fi Spanja, wara li għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Spanja kkomunikat li port u diversi postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruporti għandhom jiġu temporanjament sospiżi. Għalhekk, l-annotazzjonijiet għal dawk il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

    (5)

    L-Italja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Brindisi għandu jitħassar mil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru. Il-Portugall ikkomunika li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Viana do Castelo għandu jitħassar mil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru. Il-listi ta’ annotazzjonijiet għal dawk l-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

    (6)

    Ir-Renju Unit ikkomunika li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Hull għandu jiġi sospiż temporanjament. Il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Wara verifika sodisfaċenti mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fil-Litwanja, l-approvazzjoni ta’ post ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’Kybartai, li jiftaħ uffiċjalment fil-21 ta’ Mejju 2013, tista’ tiġi estiża għal annimali ħajjin għall-kategoriji kollha (U, E u O). Għalhekk, l-annotazzjoni rilevanti għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (8)

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

    (9)

    Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u r-Renju Unit, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawn l-Istati Membri stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (10)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (11)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-emenda stabbilita fil-punt (1)(a) tal-Anness għandha tapplika mill-21 ta’ Mejju 2013.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (4)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


    ANNESS

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-annotazzjoni għall-port ta’ Esbjerg tiġi sostitwita b’li ġej:

    “Esbjerg

    DK EBJ 1

    P

    Intercargo Coldstores ApS

    HC-T(FR)(1)(2), HC-NT(6), NHC-T(FR)(2), NHC-NT(6)(11)

     

    E D & F Man Terminals Denmark ApS

    HC-NT(6), NHC-NT(6)(11)”

     

    (b)

    il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Cuxhaven tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Cuxhaven

    DE CUX 1

    P

     

    HC-T(FR)(2)(3)”

     

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Hannover-Langenhagen tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Hannover-Langenhagen

    DE HAJ 4

    A

     

    HC(2), NHC(2)

    O (10)”

    (iii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Jade-Weser-Port Wilhelmshaven tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “JadeWeserPort Wilhelmshaven

    DE WVN 1

    P

     

    HC, NHC-T(FR), NHC-NT”

     

    (c)

    il-parti li tikkonċerna lil Spanja tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Almeria tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Almeria(*)

    ES LEI 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC(2)(*)

    O(*)”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Bilbao tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Bilbao(*)

    ES BIO 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC(2)(*)

    O(*)”

    (iii)

    id-daħla għall-ajruport ta’ Gerona tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Gerona(*)

    ES GRO 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC(2)(*)”

     

    (iv)

    id-daħla għall-port ta’ Las Palmas de Gran Canaria tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Las Palmas de Gran Canaria

    ES LPA 1

    P

    Productos

    HC, NHC

     

    Animales(*)

     

    U(*), E(*), O(*)”

    (v)

    id-daħla għall-ajruport ta’ Madrid tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Madrid

    ES MAD 4

    A

    Iberia

    HC-T(FR)(2), HC-NT(2), NHC(2)

    U, E, O

    Flightcare

    HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

    O

    PER4

    HC-T(CH)(2)

     

    WFS: World Wide Flight Services

    HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT

    O”

    (vi)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Málaga tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Málaga

    ES AGP 1

    P

     

    HC, NHC(*)

    U(*), E(*), O”

    (vii)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Palma de Mallorca tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Palma de Mallorca(*)

    ES PMI 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC(2)(*)

    O(*)”

    (viii)

    l-annotazzjonijiet għall-ajruport u l-port ta’ Santander jiġu sostitwiti b’ dan li ġej:

    “Santander(*)

    ES SDR 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC(2)(*)

     

    Santander(*)

    ES SDR 1

    P

     

    HC(*), NHC(*)”

     

    (ix)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Santiago de Compostela tiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Santiago de Compostela(*)

    ES SCQ 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC(2)(*)”

     

    (x)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Vigo tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Vigo(*)

    ES VGO 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC(2)(*)”

     

    (xi)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Vitoria tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Vitoria(*)

    ES VIT 4

    A

     

    HC(2)(*), NHC-NT(2)(*), NHC-T(CH)(2)(*)

    U(*), E(*), O(*)”

    (d)

    fil-parti li tikkonċerna Franza, l-annotazzjoni għall-port ta’ Sète tiġi sostitwita b’li ġej:

    “Sète

    FR SET 1

    P

     

    HC(1)(2), NHC-NT”

     

    (e)

    il-parti li tikkonċerna lill-Italja tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Brindisi titħassar;

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Livorno-Pisa tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Livorno-Pisa

    IT LIV 1

    P

    Porto Commerciale

    HC, NHC-NT

     

    Sintemar(*)

    HC(*), NHC(*)

     

    Lorenzini

    HC, NHC-NT

     

    Terminal Darsena Toscana

    HC, NHC”

     

    (iii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Taranto tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Taranto

    IT TAR 1

    P

     

    HC, NHC-NT”

     

    (f)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Latvja, l-annotazzjoni għall-port f’Riga (BFT) tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Riga (BFT)

    LV RIX 1b

    P

     

    HC-T(FR)(2), HC-NT(2)”

     

    (g)

    fil-parti li tikkonċerna l-Litwanja, l-annotazzjoni għat-triq f’Kybartai tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Kybartai(13)

    LT KBK 3

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O”

    (h)

    fil-parti li tikkonċerna l-Pajjiżi l-Baxxi, l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Amsterdam tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Amsterdam

    NL AMS 4

    A

    Aviapartner Cargo B.V.

    HC(2), NHC-T(FR), NHC-NT(2)

    O(14)

    Schiphol Animal Centre

     

    U(8), E

    KLM-2

     

    U, E, O(14)

    Freshport

    HC(2), NHC(2)

    O(14)”

    (i)

    il-parti li tikkonċerna lill-Portugall tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Porto tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Porto

    PT OPO 4

    A

     

    HC-T(CH)(2), NHC-NT(2)”

     

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-port fi Viana do Castelo titħassar;

    (j)

    fil-parti li tikkonċerna r-Renju Unit, l-annotazzjoni għall-port ta’ Hull tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Hull(*)

    GB HUL 1

    P

     

    HC-T(1,3)(*), HC-NT (1,3)(*)”

     

    (2)

    L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-annotazzjoni għall-unità lokali “DK00100 RØDOVRE“ tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “DK00100

    GLOSTRUP”,

    (b)

    fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE32403 Osnabrueck, Stadt” titħassar;

    (c)

    il-parti li tikkonċerna lill-Italja tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IT00410 TERNI-AREA ORVIETANA” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “IT00410

    TERNI”

    (ii)

    l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “IT00010 UMBRIA” jitħassru:

    “IT00110

    CITTA’ DI CASTELLO

    IT00310

    FOLIGNO”,

    (d)

    il-parti li tikkonċerna lill-Pajjiżi l-Baxxi tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “NL00000 VWA”tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “NL00000

    NVWA”

    (ii)

    l-annotazzjonijiet għall-ħames unitajiet reġjonali attwali VWA NOORD, VWA NOORDWEST, VWA OOST, VWA ZUID u VWA ZUIDWEST jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “NL00001

    NVWA NOORD

    NL00002

    NVWA NOORDWEST

    NL00003

    NVWA OOST

    NL00004

    NVWA ZUID

    NL00005

    NVWA ZUIDWEST”

    (e)

    il-parti li tikkonċerna lill-Awstrija tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “AT00602 BRUCK AN DER MUR” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “AT00602

    BRUCK-MÜRZZUSCHLAG”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “AT00604 FELDBACH” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “AT00604

    SÜDOSTSTEIERMARK”

    (iii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “AT00608 HARTBERG” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “AT00608

    HARTBERG-FÜRSTENFELD”

    (iv)

    l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “AT00600 STEIERMARK” jitħassru:

    “AT00605

    FÜRSTENFELD

    AT00615

    MÜRZZUSCHLAG

    AT00616

    RADKERSBURG”

    (f)

    fil-parti li tikkonċerna r-Renju Unit, l-annotazzjoni għall-unità lokali “GB07104 LARNE” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “GB07104

    MALLUSK”


    Top