Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0334

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/334/PESK tal- 25 ta’ Ġunju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

ĠU L 165, 26.6.2012, p. 75–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/334/oj

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/75


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/334/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Fil-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fit-18 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda l-lista tal-individwi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b’dan emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

L-entrati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni msemmija hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati kif imniżżlin hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Shams Ur-Rahman Abdul Zahir (magħruf ukoll bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman (c) Shamsurrahman Abdurahman, (d) Shams ur-Rahman Sher Alam).

Titlu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Raħal ta' Waka Uzbin, Distrett ta' Sarobi, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2132370 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). (b) 812673 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'Ġunju 2007, Shams ur-Rahman Sher Alam kien il-membru Taliban responsabbli mill-provinċja ta' Kabul. Huwa kien responsabbli mill-operazzjonijiet militari tat-Taliban f'Kabul u fil-madwar tiegħu u kien involut f'ħafna attakki.

2.

Ubaidullah Akhund Yar Mohammed Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund).

Titlu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1964, (b) 1969. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Żona ta' Nalgham, Distrett ta' Zheray, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (d) Allegatament miet f'Marzu 2010, (e) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (e) Jappartjeni għat-tribù Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

3.

Mohammad Jawad Waziri.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Dipartiment tan-NU, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Disrett ta' Jaghatu, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Sharana, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Wazir. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

4.

Nazir Mohammad Abdul Basir (magħruf ukoll bħala Nazar Mohammad)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Sar Muallim. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Sindku tal-Belt ta' Kunduz (b) Aġent Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Malaghi, Distrett ta' Kunduz, Provinċja ta' Kunduz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet fid-9 ta' Novembru 2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

5.

Abdulhai Salek

Titlu: Maulavi Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Uruzgan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Awlyatak, Żona ta' Gardan Masjid, Distrett ta' Chaki Wardak, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament miet fit-Tramuntana tal-Afganistan fl-1999, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Wardak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

6.

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Membru tal-Qorti Suprema tat-Taliban u Kap tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill fl-2009, (c) Kmandant tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan mill-2010, (d) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afghanistan minn tard fl-2009, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (f) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai). Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-"Kunsill Miram Shah" tat-Taliban f'Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F'Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

7.

Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb).

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

8.

Zabihullah Hamidi (magħruf ukoll bħala Taj Mir)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1958-1959. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Payeen Bagh, Distrett ta' Kahmard, Provinċja ta' Bamyan, l-Afganistan. Indirizz: Iż-żona ta' Dashti Shor, Mazari Sharif, Provinċja ta' Balkh, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

9.

Mohammad Yaqoub.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan (b) Distrett ta' Janda, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali tat-Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

10.

Mohammad Shafiq Ahmadi.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

11.

Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada).

Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċji ta' Zabol u Uruzgan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1966-1967. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Lablan, Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, (b) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, fil-bidu tal-2007, (b) Ħaten Mullah Mohammed Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmad Jan Akhunzada Shukoor Akhunzada kien il-membru tat-Taliban inkarigat mill-Provinċja ta' Uruzgan fil-bidu tal-2007.

12.

Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani).

Titlu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, il-Pakistan; (b) Qrib Dergey Manday Madrasa fir-Raħal ta’ Dergey Manday, qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan, (c) Raħal ta’ Kayla qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan; (d) Raħal ta’ Sarana Zadran, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Post tat-twelid: Raħal ta' Sarana, żona ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan; Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan, (b) Qabel kien ivvjaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, Emirati Għarab Magħquda, (c) Ħu Jalaluddin Haqqani u ziju ta' Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU:9.2.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Khalil Ahmed Haqqani huwa membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li topera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani, li jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, twaqqaf minn ħu Khalil Haqqani, Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01.), li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90.

 

Khalil Haqqani jieħu sehem f'attivitajiet ta' ġbir ta' fondi f'isem it-Taliban u n-Netwerk ta' Haqqani, u ta' spiss jivvjaġġa barra mill-pajjiż biex jiltaqa' ma' persuni li jagħtu appoġġ finanzjarju. Minn Settembru 2009, Khalil Haqqani vvjaġġa lejn l-istati tal-Golf u ġabar fondi minn sorsi hemmhekk, kif ukoll minn sorsi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja.

 

Khalil Haqqani jipprovdi wkoll appoġġ lit-Taliban u lin-Netwerk ta' Haqqani li joperaw fl-Afganistan. Minn kmieni fl-2010, Khalil Haqqani pprovda fondi lil ċelloli tat-Taliban fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Fl-2009, Khalil Haqqani pprovda u kkontrolla madwar 160 kumbattenti fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, u kien wieħed minn diversi persuni responsabbli għad-detenzjoni ta' priġunieri għedewwa maqbuda mit-Taliban u min-Netwerk ta' Haqqani. Khalil Haqqani ħa ordnijiet għal operazzjonijiet tat-Taliban minn Sirajuddin Haqqani, in-neputi tiegħu.

 

Khalil Haqqani aġixxa wkoll f'isem Al-Qaida u kellu konnessjoni mal-operazzjonijiet militari tagħha. Fl-2002, Khalil Haqqani skjera persunal biex issaħħu elementi ta' Al-Qaida fil-Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan.

13.

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).

Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1975- 1979. Post tat-twelid: Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) kmandant tal-operazzjonijiet tan-Netwerk ta' Haqqani u membru tax-shura tat-Taliban f'Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta' attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani. Data tan-nomina min-NU:11.5.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani u Sirajuddin Haqqani, kif ukoll in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani.

 

Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan. Badruddin ipoġġi fuq ix-shura tat-Taliban f'Miram Shah, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

 

Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għall-ħtif ta' nies għan-Netwerk ta' Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta' bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

14.

Malik Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Malik Noorzai, (b) Hajji Malak Noorzai, (c) Haji Malek Noorzai, (d) Haji Maluk, (e) Haji Aminullah).

Titlu: Haji. Indirizz: (a)Triq Boghra, ir-Raħal ta' Miralzei, Chaman, il-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b)Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, il-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-Twelid: (a) 1957, (b) 1960. Post tat-twelid: belt ta' Chaman fuq il-fruntiera, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier Taliban. (b) Għandu negozji fil-Ġappun u jivvjaġġa spiss lejn id-Dubai, l-Emirati Għarab Maqgħuda, u l-Ġappun. (c) Mill-2009, iffaċilita l-attivitajiet Talibani, inkluż permezz tar-reklutaġġ u l-forniment ta' appoġġ loġistiku. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai. (f) Ħu Faizullah Khan Noorzai. Data tan-nomina min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Malik Noorzai huwa negozjant ibbażat fil-Pakistan li pprovda appoġġ finanzjarju lit-Taliban. Malik u ħuh, Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan, investew miljuni ta' dollari f'diversi negozji għat-Taliban. Tard f-2008, ir-rappreżentanti tat-Taliban ikkuntattjaw lil Malik bħala negozjant li miegħu jinvestu fondi Talibani. Sa mill-inqas l-2005, Malik ikkontribwixxa personalment ukoll għexieren ta' eluf ta' dollari u qassam mijiet ta' eluf ta' dollari lit-Taliban, li uħud minnhom inġabru minn donaturi fir-reġjun tal-Golf u l-Pakistan u uħud minnhom kienu l-flus ta' Malik stess. Malik kien responsabbli għal kont hawala fil-Pakistan li rċieva għexieren ta' eluf ta' dollari trasferiti mill-Golf kull ftit xhur biex jiġu appoġġati l-attivitajiet Talibani. Malik iffaċilita wkoll attivitajiet Talibani. Mill-2009, Malik kien serva bħala l-kap gwardjan ta' madrassa (skola reliġjuża), għal 16-il sena fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, li ntużat mit-Taliban għall-indottrinazzjoni u t-taħriġ ta' rekluti. Fost affarijiet oħra, Malik ta l-fondi li appoġġaw il-madrassa. Malik, flimkien ma' ħuh, kellu rwol fil-ħżin ta' vetturi li jintużaw fl-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani u għen biex imexxi ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-l-Afganistan. Malik għandu negozji fil-Ġappun u ta' spiss iżur id-Dubai u l-Ġappun għan-negozju. Sa mill-bidu tal-2005, Malik kellu negozju tal-importazzjoni tal-vetturi fl-l-Afganistan li importa vetturi minn Dubai u l-Ġappun. Huwa importa karozzi, parts tal-karozzi u ħwejjeġ minn Dubai u l-Ġappun għan-negozji tiegħu, li fihom investew żewġ kmandanti Talibani. F'nofs l-2010, Malik u ħuh assiguraw ir-rilaxx ta' mijiet ta' kontejners tal-merkanzija, irrappurtati li jiswew miljuni ta' dollari, li l-awtoritajiet Pakistani ssekwestraw iktar kmieni dik is-sena għax kienu tal-fehma li r-riċevituri kellhom konnessjoni mat-terroriżmu.

15.

Faizullah Khan Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Faizullah Khan Noorzai, (b) Haji Faizuulah Khan Norezai, (c) Haji Faizullah Khan, (d) Haji Fiazullah, (e) Haji Faizullah Noori, (f) Haji Faizullah Noor, (g) Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan (h) Haji Pazullah Noorzai, (i) Haji Mullah Faizullah).

Titlu: Haji. Indirizz: (a)Triq Boghra, ir-Raħal ta' Miralzei, Chaman, il-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b)Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1962, (b) 1961, (c) bejn 1968 u 1970, (d) 1962. Post tat-twelid: (a) Lowy Kariz, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kadanay, Distrett ta' Spin Boldak Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier prominenti Taliban. (b) Minn nofs l2009, ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku lill-ġellieda Talibani; ġabar fondi għat-Taliban, u pprovda taħriġ għalihom, fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan. (c) Qabel organizza u ffinanzja operazzjonijiet Talibani fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. (d) Mill-2010, ivvjaġġa lejn u kellu negozji f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Ġappun. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai, is-sottotribù Miralzai. (f) Ħu Malik Noorzai. (g) Isem il-missier huwa Akhtar Mohammed (magħruf bħala: Haji Mira Khan). Data tan-nomina min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan serva bħala finanzier prominenti Taliban li miegħu investew fondi l-mexxejja kbar Talibani. Huwa ġabar aktar minn USD 100 000 għat-Taliban mid-donaturi fil-Golf u fl-2009 ta somma mill-flus tiegħu stess. Huwa appoġġa finanzjarjament ukoll lill-kmandant Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar u pprovda fondi biex jgħin fit-taħriġ tal-ġellieda Talibani u tal-Al-Qaida li kellhom imexxu l-attakki kontra l-Koalizzjoni u l-forzi militari Afgani. Minn nofs l-2005, Faizullah organizza u ffinanzja operazzjonijiet tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-Afganistan. Minbarra l-appoġġ finanzjarju tiegħu, Faizullah iffaċilita b'mod ieħor it-taħriġ u l-operazzjonijiet Talibani. Min-nofs l-2009, Faizullah ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku għall-ġellieda Talibani min-Nofsinhar tal-Afganistan. Minn nofs l-2008, Faizullah kien responsabbli għall-akkomodazzjoni ta' qattiela suwiċidi bil-bombi Talibani u li jittrasferihom mill-Pakistan għall-Afganistan. Faizullah ipprovda wkoll missili kontra inġenji tal-ajru għat-Taliban, għen biex imexxi lill-ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-Afganistan, iffaċilita l-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani, u ta radji u vetturi lill-membri Talibani fil-Pakistan.

 

Min-nofs l-2009, Faizullah mexxa madrassa (skola reliġjuża) fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, fejn inġabru għexieren ta' eluf ta' dollari għat-Taliban. L-artijiet tal-madrassa ta' Faizullah intużaw biex jipprovdu taħriġ għall-ġellieda tat-Taliban fil-bini u l-użu ta' apparat splussiv improvizzat (IEDs). Tard fl-2007, il-madrassa ta' Faizullah serviet biex tħarreġ lill-ġellieda tal-Al-Qaida li iktar tard intbagħtu fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-l-Afganistan.

 

Fl-2010, Faizullah kellu uffiċini u possibbilment proprjetajiet, inklużi lukandi, f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Faizullah ivvjaġġa regolarment lejn id-Dubai u l-Ġappun ma' ħuh, Malik Noorzai, biex jimporta karozzi, partijiet tal-karozzi, u ħwejjeġ. Mill-bidu tal-2006, Faizullah kellu negozji fid-Dubai u fil-Ġappun.


Top