EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0594

2010/594/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas- 16 ta’ Settembru 2010 li temenda l-lista tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill

ĠU L 263, 6.10.2010, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/594/oj

6.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tas-16 ta’ Settembru 2010

li temenda l-lista tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill

(2010/594/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 236(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu riflessi l-bidliet li t-Trattat ta’ Lisbona ġab fit-Trattati preċedenti, fir-rigward tal-oqsma tal-ispazju u l-isport, fl-ismijiet tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, għandu jinbidel l-isem tal-konfigurazzjoni “Kompetittività (Suq Intern, Industrija u Riċerka)” billi tiżdiedlu l-kelma “spazju”, u dak tal-konfigurazzjoni “Edukazzjoni, żgħażagħ u kultura” billi tiżdiedlu l-kelma “sport”.

(2)

Konsegwentement għandha tiġi emendata l-lista ta’ konfigurazzjonijiet tal-Kunsill li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/878/UE (Affarijiet Ġenerali) tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-lista ta’ konfigurazzjonijiet tal-Kunsill b’żieda ma’ dawk imsemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 16(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1), li tinsab ukoll fl-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ konfigurazzjonijiet tal-Kunsill li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/878/UE u, konsegwentement, il-lista ta’ konfigurazzjonijiet tal-Kunsill li tinsab fl-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill huma b’dan modifikati kif ġej:

1)

il-Punt 6 “Kompetittività (Suq Intern, Industrija u Riċerka)” għandu jinbidel bit-test li ġej:

“6.

Kompetittività (suq intern, industrija, riċerka u spazju)”;

2)

il-Punt 10 “Edukazzjoni, Żgħażagħ u Kultura” għandu jinbidel bit-test li ġej:

“10.

Edukazzjoni, żgħażagħ, kultura u sport”.

In-noti f’qiegħ il-paġni m’għandhomx jinbidlu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 46.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35.


Top